<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="E-007434-17" AIDREF="AE-007434-17" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-E-007434-17">E-007434-17</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="118859">Roberta Metsola</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="PPE">(PPE)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20171201">(1 ta' Diċembru 2017)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-E-007434-17"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> Mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-E-007434-17"><P>Fil-25&#xa0;ta'&#xa0;Ottubru&#xa0;2016, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, il-Parlament tenna l-ħtieġa għal mekkaniżmu bħal dan fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15&#xa0;ta'&#xa0;Novembru&#xa0;2017 dwar l-istat tad-dritt f'Malta, li fiha appella għal darb' oħra għal proċess regolari ta' monitoraġġ u djalogu li jinvolvi l-Istati Membri kollha sabiex jiġu ssalvagwardjati l-valuri fundamentali tal-UE fil-qasam tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u li jinvolvi lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament.</P><P>Il-Kummissjoni tista' tagħti dettalji dwar il-progress li sar fir-rigward tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu bħal dan?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>