<QUEST VERSION="2" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iMaQp-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iMaQp-v1-0# iMaQp_v1-0.xsd"><TI><TI-INTRO>Mistoqsija għal tweġiba orali <QREF QID="O-2017-000005">O-000005/2017</QREF></TI-INTRO><TI-DEST>lill-<INST TYPE="COM">Kummissjoni</INST></TI-DEST><TI-RULES-EP>Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura</TI-RULES-EP><TI-AUTHOR><PERSON ID="125128">Iskra Mihaylova</PERSON><BRK/>f'isem il-<COMMITTEE COMMID="2869">Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali</COMMITTEE></TI-AUTHOR></TI><OBJECT OBJID="OBJ000005">Suġġett: Dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) - L-impatt fuq il-politika ta' koeżjoni u t-triq 'il quddiem</OBJECT><CONTENT><PARA>Minħabba l-konklużjoni tardiva tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 (QFP) u r-regolamenti tal-Fondi SIE, hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, fin-nomina tal-awtoritajiet maniġerjali, taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditjar u fl-implimentazzjoni tal-proġetti fil-livell lokali u f'dak reġjonali. Il-kobor tad-dewmien irriżulta fi tnaqqis ta' kważi 24 % fl-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt l-Intestatura 1b fl-abbozz ta' baġit tal-UE għall-2017 apparagun tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-UE għall-2016. L-implimentazzjoni tardiva diġà wasslet, fl-2016, għal proposta ta' tnaqqis ta' EUR 7 biljun fil-pagamenti taħt l-Intestatura 1b permezz tal-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 4/2016. </PARA><PARA>Sa Settembru 2016 kienu ġew adottati 564 programm operattiv tal-Fondi SIE, u kienu ġew innominati l-awtoritajiet għal 334 programm. Il-pagamenti interim imwettqa kienu jammontaw għal EUR 11,5 biljun. L-applikazzjonijiet għal pagamenti ġodda ppreżentati fl-2016 kienu jammontaw għal EUR 10 biljun. It-talbiet għall-pagament pendenti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kienu jammontaw għal EUR 3,9 biljun.</PARA><PARA>Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI) jenfasizza l-ħtieġa ta' pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni fl-ewwel kwart tal-2017. Abbażi tar-rapporti ta' implimentazzjoni li l-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli sa tmiem l-2016, nipproponu li jkun hemm dibattitu dwar dan il-pjan ta' azzjoni, bil-ħsieb li jitwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin:</PARA><PARA>1. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra forom addizzjonali ta' flessibilità bħall-proposta għar-rimborż tad-diżimpenji fil-baġit tal-UE, inkluż mill-Intestatura 1b, minħabba n-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali? </PARA><PARA>2. Se żżomm pjan ta' pagamenti adegwat sal-2023 u tipproponi limiti massimi ogħla għall-pagamenti, jekk meħtieġ, sal-aħħar tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali;</PARA><PARA>3. Fid-dawl tal-isfidi li għandna quddiemna, il-Kummissjoni kif se talloka l-assistenza teknika u s-servizzi ta' konsulenza meħtieġa lill-awtoritajiet maniġerjali, taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditjar bl-għan li tiffaċilita u tħaffef l-implimentazzjoni tal-politika fil-prattika? </PARA><PARA>4. Il-Kummissjoni lesta tissokta d-diskussjoni dwar dawn il-kwistjonijiet fil-Forum dwar il-Koeżjoni u toħroġ b'soluzzjonijiet fis-Seba' Rapport dwar il-Koeżjoni, filwaqt li tieħu wkoll il-passi meħtieġa biex tiżgura li l-perjodu ta' wara l-2020 jibda fi żmien debitu?</PARA></CONTENT></QUEST>