<QUEST VERSION="2" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iMaQp-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iMaQp-v1-0# iMaQp_v1-0.xsd"><TI><TI-INTRO>Mistoqsija għal tweġiba orali <QREF QID="O-2017-000053">O-000053/2017</QREF></TI-INTRO><TI-DEST>lill-<INST TYPE="CS">Kunsill</INST></TI-DEST><TI-RULES-EP>Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura</TI-RULES-EP><TI-AUTHOR><PERSON ID="28266">Sophia in 't Veld</PERSON>, <PERSON ID="97058">Guy Verhofstadt</PERSON>, <PERSON ID="28208">Nathalie Griesbeck</PERSON>, <PERSON ID="1473">Gérard Deprez</PERSON>, <PERSON ID="96677">Cecilia Wikström</PERSON>, <PERSON ID="96670">Louis Michel</PERSON>, <PERSON ID="125026">Angelika Mlinar</PERSON><BRK/>f'isem il-Grupp <GRPOL GRPOLID="4279">ALDE</GRPOL></TI-AUTHOR></TI><OBJECT OBJID="OBJ000053">Suġġett: It-tnaqqis tal-ispazju għas-soċjetà ċivili</OBJECT><CONTENT><PARA>Soċjetà ċivili attiva u żviluppata sew hija prerekwiżit għal demokrazija sana. Hi parti essenzali tas-sistema ta' kontrolli u ta' ekwilibri interni. L-UE għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ is-soċjetà ċivili kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-UE. L-importanza tas-soċjetà ċivili ġiet enfasizzata minn artikolu speċifiku fit-Trattati dwar djalogu regolari bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u s-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, appoġġ għas-soċjetà ċivli u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huwa prijorità tal-politika esterna tal-UE u hemm disponibbli mezzi sostanzjali biex jingħata appoġġ lis-soċjetà ċivili.</PARA><PARA>Madankollu, fi ħdan l-UE, l-ispazju għas-soċjetà ċivili qed jitnaqqar, hekk kif gvernijiet qed jagħmluha diffiċli għal NGOs – partikolarmant dawk li jieħdu pożizzjoni kritika lejn il-gvern – biex joperaw f'pajjiżhom. Miżuri bħal qtugħ fil-baġit, leġiżlazzjoni li timmira organizzazzjonijiet b'finanzjament barrani, regoli aktar stretti għar-reġistrazzjoni ta' NGO u restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' assemblea u l-libertà ta' espressjoni wasslu biex jonqos l-ispazju għas-soċjetà ċivili f'uħud mill-Istati Membri. Dan jimmina d-demokrazija, l-istatt tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha kemm hi. Minħabba li l-Istati Membri huma kostitwenti ewlenin tal-istrutturi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, hu essenzjali li dawn jikkonformaw b'mod sħiħ mal-istandards tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali sabiex l-UE tkun konformi kollha kemm hi.</PARA><PARA>Il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà ta' assemblea u ta' assoċjazzjoni, kif stipulati fil-Kapitlu tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, qed ikunu taħt pressjoni qawwija f'xi partijiet tal-Unjoni Ewropea.</PARA><PARA>– Il-Kunsill hu konxju tal-ispazju li qed jonqos għas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri?</PARA><PARA>– Jaqbel mal-fatt li dan jaffettwa d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi?</PARA><PARA>– Jaqbel mal-fatt li l-koerenza u l-konsistenza ta' politiki interni u esterni f'dan il-qasam huma ewlenin għall-kredibilità tal-Unjoni?</PARA><PARA>– X'inizjattivi se jieħu biex jirrimedja s-sitwazzjoni?</PARA></CONTENT></QUEST>