<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="P-005441-16" AIDREF="AP-005441-16" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-P-005441-16">P-005441-16</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="118858">Marlene Mizzi</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="S&amp;D">(S&amp;D)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20160701">(1 ta' Lulju 2016)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-P-005441-16"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> Ir-referendum fir-Renju Unit</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-P-005441-16"><P>Ir-referendum fir-Renju Unit kien jum storiku — u mhux f'sens tajjeb — li se nibqgħu niftakru għal dejjem. Wara dan il-vot, jeħtieġ li nirriflettu u naċċertaw x'mar ħażin u wassal biex iċ-ċittadini jitilfu l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea. Issa jeħtieġ li nevalwaw x'għandhom ikunu l-passi li jmiss. Minn perspettiva legali, jeħtieġ li niċċaraw x'inhuma l-passi legali u proċedurali li rridu nieħdu, u xi jfisser li jiskatta l-Artikolu&#xa0;50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Mil-lat politiku, jeħtieġ li niddiskutu kif nistgħu ntejbu u nipproteġu l-Unjoni. Ir-referendum Britanniku huwa allarm li jgħidilna li jeħtieġ li nibdew nirriflettu b'mod aktar wiesa' dwar il-ġejjieni tal-Unjoni tagħna. Jeħtieġ li naħsbu u nsawru Ewropa ġdida billi nindirizzaw it-tħassib u l-problemi ewlenin taċ-ċittadini.</P><P>Fid-dawl tal-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit, il-Kummissjoni kif qed tippjana li tindirizza t-tħassib u l-inċertezza fost iċ-ċittadini tal-UE wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni?</P><P>X'ostakli huma mbassra għat-twettiq ta' integrazzjoni akbar fi ħdan l-Unjoni? </P><P>Il-Kummissjoni kif se ssegwi l-politiki ta' integrazzjoni mal-bqija tal-Istati Membri, filwaqt li fl-istess ħin iżżomm f'moħħha l-fehmiet taċ-ċittadini tal-UE?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>