<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="P-001066-17" AIDREF="AP-001066-17" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-P-001066-17">P-001066-17</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="124781">Alfred Sant</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="S&amp;D">(S&amp;D)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20170216">(16 ta' Frar 2017)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-P-001066-17"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> Ir-responsabbiltà fil-finanzjament mogħti mill-UE lil Euronews</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-P-001066-17"><P>Mill-2011 sal-lum, Euronews ingħata bejn EUR&#xa0;26 u 29.5&#xa0;miljun f'finanzjament mill-UE kull sena. Madankollu, dan ix-xandar jibqa' dejjem kumpanija privata u l-Kummissjoni m'għandha l-ebda influwenza ġuridika fuq l-organizzazzjoni jew l-istrateġija tal-istazzjon. Huwa mifhum li r-relazzjonijiet ma' dan l-istazzjon tal-aħbarijiet huma stabbiliti abbażi ta' Ftehim Qafas ta' Sħubija.</P><LIST TYPE="DASH" LEVEL="1"><INT.LI LEVEL="1"><P>F'dan il-kuntest:</P></INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL><P>Qatt il-Kummissjoni talbet awditu sħiħ u dettaljat ta' Euronews, indipendentement miċ-ċifri mogħtija mill-maniġment tal-istazzjon?</P></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL><P>Wara d-dħul ta' ċerti azzjonisti kontroversjali, saru diskussjonijiet fil-Kummissjoni dwar l-aħbar reċenti li l-ġgant medjatiku tal-Istati Uniti NBC mistenni jakkwista sehem ta' 15-30&#xa0;% f'Euronews, mossa li tista' tostakola serjament il-missjoni ta' xandir pubbliku Ewropew tal-istazzjon? Il-Kummissjoni qablet ma' dan?</P></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL><P>Meta l-maniġment għadu kif nefaq il-miljuni fuq kwartieri ġenerali ġodda u lussużi f'Lyon, il-Kummissjoni ddiskutiet — u taċċetta — l-argumenti ekonomiċi tal-kumpanija favur it-tnaqqis li mistennija tagħmel fl-impjiegi?</P></ITEM></LIST></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>