<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><AQE.QER VERSION="2"><QUESTION QID="P-007421-17" AIDREF="AP-007421-17" LEG.VAL="WQ"><HEAD.Q><TI1><P.WQ>Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub<NO.WQ QID="Q-P-007421-17">P-007421-17</NO.WQ></P.WQ><P.WQ><DEST.WQ ORG="COM">lill-Kummissjoni</DEST.WQ></P.WQ></TI1><TI2><P.WQ>Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura</P.WQ><P.WQ><AUTHOR.WQ PERSID="124970">Miriam Dalli</AUTHOR.WQ><POL.GROUP GR="S&amp;D">(S&amp;D)</POL.GROUP></P.WQ></TI2><P.WQ><DATE.WQ DATE.DOC="20171201">(1 ta' Diċembru 2017)</DATE.WQ></P.WQ></HEAD.Q><OBJ.Q OBJID="O-P-007421-17"><INT.OBJ.Q>Suġġett:</INT.OBJ.Q><TXT> Il-kummerċ tal-iskjavi tal-Libja</TXT></OBJ.Q><CONTENTS CTNID="QC-P-007421-17"><P>Diversi rapporti li ħarġu mil-Libja kixfu r-realtà xokkanti tal-kummerċ tal-iskjavi tal-pajjiż. Huwa rrappurtat li mijiet ta' persuni li joriġinaw mill-pajjiżi fl-Afrika Ċentrali qed jiġu torturati, abbużati u umiljati qabel ma jiġu rkantati bħala skjavi.</P><P>Ir-rivelazzjonijiet xokkanti kixfu ksur serju tad-drittjiet tal-bniedem fir-reġjun, li qed jiġi amplifikat minħabba n-nuqqas ta' stabbiltà fiż-żona.</P><P>L-UE trid, flimkien ma' partijiet ikkonċernati internazzjonali, taġixxi biex iġġib fit-tmiem it-traġedja orrenda li qed isseħħ fin-nofsinhar tax-xtut tal-Ewropa.</P><P>— X'azzjoni qed tieħu l-Kummissjoni f'dan ir-rigward?</P><P>— Il-Kummissjoni ħadet passi biex timmobilizza l-komunità internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, sabiex tilħaq lill-awtoritajiet Libjani dwar din il-kwistjoni?</P><P>— Il-Kummissjoni qed tippjana li tieħu azzjoni sabiex timmonitorja l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja?</P></CONTENTS></QUESTION></AQE.QER>