Dokument ta' sessjoni
B8-1401/2015 } RC1
16.12.2015
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:
ECR ( B8-1362/2015 )
ALDE ( B8-1363/2015 )
GUE/NGL ( B8-1364/2015 )
PPE ( B8-1396/2015 )
Verts/ALE ( B8-1397/2015 )
EFDD ( B8-1398/2015 )
S&D ( B8-1401/2015 )
dwar l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton
( 2015/2979(RSP) )
Cristian Dan Preda, Jacek Saryusz-Wolski, Elmar Brok, Andrej Plenković, David McAllister, Eduard Kukan, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Lars Adaktusson, László Tőkés, Jaromír Štětina, Michael Gahler, Michèle Alliot-Marie, Dubravka Šuica, Gabrielius Landsbergis, Ivana Maletić, Davor Ivo Stier, Gunnar Hökmark, Ramona Nicole Mănescu, Marijana Petir, Fernando Ruas, József Nagy, Lara Comi, Dariusz Rosati, Claude Rolin, Romana Tomc, Roberta Metsola, Milan Zver, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Anna Maria Corazza Bildt
f'isem il-Grupp PPE
Knut Fleckenstein, Tanja Fajon, Afzal Khan, Tonino Picula, Victor Boştinaru, Richard Howitt, Nikos Androulakis, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Nicola Caputo, Andrea Cozzolino, Andi Cristea, Miriam Dalli, Viorica Dăncilă, Nicola Danti, Isabella De Monte, Monika Flašíková Beňová, Doru-Claudian Frunzulică, Enrico Gasbarra, Elena Gentile, Michela Giuffrida, Neena Gill, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Jeppe Kofod, Marlene Mizzi, Sorin Moisă, Luigi Morgano, Demetris Papadakis, Vincent Peillon, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Daciana Octavia Sârbu, Monika Smolková, Tibor Szanyi, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, István Ujhelyi, Elena Valenciano, Julie Ward, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho
f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Ryszard Antoni Legutko, Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Czarnecki, Angel Dzhambazki, Raffaele Fitto, Tomasz Piotr Poręba
f'isem il-Grupp ECR
Jozo Radoš, Nedzhmi Ali, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Gérard Deprez, José Inácio Faria, Juan Carlos Girauta Vidal, Filiz Hyusmenova, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Ilhan Kyuchyuk, Alexander Graf Lambsdorff, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans
f'isem il-Grupp ALDE
Jiří Maštálka, Marie-Christine Vergiat
f'isem il-Grupp GUE/NGL
Igor Šoltes, Davor Škrlec, Ulrike Lunacek, Terry Reintke, Tamás Meszerics, Michèle Rivasi, Bronis Ropė
f'isem il-Grupp Verts/ALE
Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao
f'isem il-Grupp EFDD
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton
( 2015/2979(RSP) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton, il-qafas ġenerali u t-tnax-il anness tiegħu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005[1], tal-15 ta' Jannar 2009[2] u tad-9 ta' Lulju 2015[3] dwar Srebrenica,
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-11 ta' Marzu 2005 dwar ir-riforma kostituzzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton ġie ffirmat fl-14 ta' Diċembru 1995 f'Pariġi u temm l-aktar gwerra mdemmija fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn;
B. billi l-Ftehim temm il-gwerra, iżda naqas milli joħloq stat li jiffunzjona u li kapaċi jsostni lilu nnifsu, u billi l-istruttura istituzzjonali tal-pajjiż hija kumplessa żżejjed u rriżulta li mhijiex effikaċi;
1. Ifakkar fl-importanza tal-iffirmar tal-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton, jiftakar fil-vittmi traġiċi kollha tal-gwerra fil-Bożnija-Ħerzegovina u jagħti l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji ta' dawk li tilfu ħajjithom;
2. Jieħu nota, b'dispjaċir, li 20 sena wara tmiem il-gwerra u t-twaqqif ta' Ftehim ta' Qafas Ġenerali li jistabbilixxi l-aspetti prinċipali tal-ftehim ta' paċi u tal-forma futura tal-pajjiż, il-gvernijiet suċċessivi naqsu milli jibnu stat li jiffunzjona bis-sħiħ u li kapaċi jsostni lilu nnifsu;
3. Jilqa' r-riżultati miksuba bir-ritorn ta' refuġjati u ta' persuni spustati internament (IDPs), bir-rikostruzzjoni u bir-restituzzjoni tal-proprjetà, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VII tal-Ftehim ta' Dayton; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-anness u l-istrateġija relatata jiġu implimentati bis-sħiħ biex jiżguraw ritorn sostenibbli, kif ukoll soluzzjonijiet ġusti, komprensivi u dejjiema għall-persuni spustati internament, għar-rifuġjati u għal persuni oħra affettwati mill-gwerra; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir progress fit-titjib tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' dawk li rritornaw; jitlob li l-isforzi fil-livelli kollha jiġu kkoordinati aħjar u li l-persuni spustati l-aktar vulnerabbli, inklużi r-Rom u l-vittmi ta’ vjolenza nisa, jingħataw aktar attenzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' integrazzjoni lokali għal dawk li ma setgħux jirritornaw lejn iż-żoni ta' oriġini tagħhom; jieħu nota, b'dispjaċir, li, skont il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, għad hemm madwar 7 000 ruħ nieqsa, li għadu mhux magħruf x'sar minnhom;
4. Jirrikonoxxi t-trasformazzjoni pożittiva li għaddiet minnha l-Bożnija-Ħerzegovina f'dawn l-aħħar 20 sena, minn pajjiż mifni bil-gwerra u ħiereġ minn kunflitt, għal stat li jaspira għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea;
5. Itenni l-impenn tal-UE rigward il-perspettiva Ewropea u t-tkomplija tal-proċess ta’ adeżjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent; jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea huma l-aħjar mod biex tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni u biex jingħelbu l-mibegħda u l-firdiet;
6. Jistieden lill-awtoritajiet jużaw l-20 anniversarju mill-Ftehim ta' Paċi ta' Dayton bħala inċentiva biex jimxu 'l quddiem bir-riformi meħtieġa – speċjalment fid-dawl tal-applikazzjoni li l-Bożnija-Ħerzegovina mistennija tagħmel għall-adeżjoni mal-UE; ifakkar li l-prijorità trid tkun l-indirizzar tal-ħtiġijiet soċjoekonomiċi taċ-ċittadini, kif ukoll l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinament effikaċi dwar kwistjonijiet tal-UE; itenni li huwa kruċjali wkoll li jitkomplew, b'mod parallel, ir-riformi politiċi u d-demokratizzazzjoni tas-sistema politika, li sejrin imexxu lill-pajjiż fid-direzzjoni li jiżgura ugwaljanza reali u rappreżentanza demokratika tat-tliet popli kostitwenti kollha u taċ-ċittadini kollha tiegħu; jissottolinja li jeħtieġ li ċ-ċittadini kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina jkollhom opportunitajiet ugwali li jiġu eletti fil-livelli kollha tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerżegovina u lill-entitajiet tiegħu, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.