<Motion lg="MT" type="RC" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref-List><Ref>B8-0853/2016</Ref>} <Ref>B8-0855/2016</Ref>} <Ref>B8-0862/2016</Ref>} <Ref>B8-0863/2016</Ref>} RC1</Ref-List><Date>4.7.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</Title-Type><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">GUE/NGL (<ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0853" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0853">B8-0853/2016</ANCHOR>)</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">PPE, S&amp;D, ECR, ALDE (<ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0855" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0855">B8-0855/2016</ANCHOR>)</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">EFDD (<ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0862" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0862">B8-0862/2016</ANCHOR>)</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Verts/ALE (<ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0863" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0863">B8-0863/2016</ANCHOR>)</p>
<Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2600(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4282">Renate Sommer</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124787">Renata Briano</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96956">Julie Girling</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4253">Frédérique Ries</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125023">Anja Hazekamp</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="125037">Anne-Marie Mineur</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="23704">Jiří Maštálka</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="128588">Linnéa Engström</Author>, <Author id="124721">Benedek Jávor</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124797">Marco Affronte</Author>, <Author id="124844">Piernicola Pedicini</Author>, <Author id="124779">Eleonora Evi</Author>, <Author id="124831">Isabella Adinolfi</Author>, <Author id="96694">Rolandas Paksas</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE-List><Num-PE>PE585.288v01-00</Num-PE>}<Num-PE>PE585.292v01-00</Num-PE>}<Num-PE>PE585.299v01-00</Num-PE>}<Num-PE>PE585.300v01-00</Num-PE>} RC1</Num-PE-List></Cover><Section><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2600" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2600">2016/2600(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-ftehim tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni dwar limiti żero għall-qbid ("il-moratorju") fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni li daħal fis-seħħ fl-1986,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2014-5 adottata mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-kaċċa għall-Balieni fil-65 laqgħa tagħha f'Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–  wara li kkunsidra l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi miftiehma skont il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Diversità Bijoloġika,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-azzjoni Komunitarja rigward il-kaċċa għall-balieni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 46.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-31 ta' Marzu 2014 fil-kawża li tikkonċerna l-kaċċa għall-balieni fl-Antartiku (L-Awstralja vs il-Ġappun: New Zealand intervenjenti),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–  wara li kkunsidra l-inizjattiva ffirmata mill-UE f'Diċembru 2015 dwar il-fatt li l-Ġappun reġa' beda l-kaċċa għall-balieni fl-Oċean Antartiku taħt il-Programm Ġdid ta' Riċerka Xjentifika dwar il-Balieni (NEWREP-A),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A.  billi fl-1982 il-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni stabbiliet moratorju fuq il-kaċċa kummerċjali kollha għall-balieni, li għadu fis-seħħ, bil-għan li tipproteġi l-istokkijiet mill-estinzjoni u tippermettilhom jirkupraw; billi l-Konvenzjoni Internazzjonali għar-Regolamentazzjoni tal-Kaċċa għall-Balieni tinkludi dispożizzjonijiet speċjali li jippermettu l-kaċċa ta' ammonti limitati ta' balieni, strettament għal skopijiet ta' riċerka xjentifika, magħrufa bħala "kaċċa għall-balieni b'permess speċjali";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi, minkejja dan il-moratorju, il-kaċċa kummerċjali għall-balieni għadha pprattikata f'bosta pajjiżi; billi, sa mill-introduzzjoni tal-moratorju, in-numru ta' balieni maqtula permezz tal-awtorizzazzjoni tal-permess speċjali allegatament għal riċerka xjentifika fil-fatt żdied; billi l-Ġappun ilu jwettaq tali kaċċa għall-balieni b'permess speċjali għal għexieren ta' snin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C.  billi, minkejja din il-projbizzjoni internazzjonali li daħlet fis-seħħ fl-1986, il-Ġappun kompla għaddej bl-attivitajiet tiegħu ta' kaċċa għall-balieni, u qatel aktar minn 20 000 baliena<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="https://iwc.int/total-catches" shape="rect"><span text-decoration="underline">https://iwc.int/total-catches</span></a> </p>
</footnote> sal-2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D.  billi l-kaċċa għall-balieni tikkawża tbatija enormi lil annimali individwali u thedded l-istatus ta' konservazzjoni tal-popolazzjonijiet tal-balieni b'mod ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-ispeċijiet kollha ta' balieni kbar huma elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi, fis-sentenza tagħha tal-31 ta' Marzu 2014, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ordnat il-waqfien tal-kaċċa għall-balieni annwali tal-Ġappun, abbażi tal-Programm JARPA II tiegħu, minħabba li kien hemm "nuqqas ta' mertu xjentifiku" u li l-permessi li ħareġ ma ntużawx għal riċerka xjentifika kif sostna l-Ġappun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G.  billi l-permessi xjentifiċi jippermettu l-bejgħ u l-għoti tal-laħam tal-balieni, filwaqt l-ħtiġijiet xjentifiċi jistgħu jiġu ssodisfati b'alternattivi għalkollox innokwi; billi t-teħid ta' kampjuni tad-DNA u l-monitoraġġ mill-bogħod joffru opportunità lix-xjenzati biex jitgħallmu dwar il-balieni u jiġbru kampjuni bla ma joqtluhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H.  billi, f'Ottubru 2015, il-Ġappun iddepożita dikjarazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti li fiha rrikonoxxa l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, imma b'eċċezzjoni għal kwalunkwe tilwima li tinqala' minn, tikkonċerna jew tkun marbuta mar-riċerka dwar ir-riżorsi ħajjin tal-baħar, jew il-konservazzjoni, il-ġestjoni, jew l-isfruttament ta' tali riżorsi, u b'dan il-mod eskluda fil-prattika l-oġġezzjonijiet futuri fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għall-programm tiegħu ta' permess speċjali għall-kaċċa għall-balieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.  billi, f'Novembru 2015, l-Aġenzija Ġappuniża tas-Sajd innotifikat lill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni li kienet se terġa' tibda l-Programm Ġdid ta' Riċerka Xjentifika dwar il-Balieni (NEWREP-A);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.  billi l-Ġappun ilu ħafna snin involut fil-kummerċ tal-laħam u l-prodotti tal-balieni, minkejja l-fatt li dawn huma elenkati fl-Appendiċi I tas-CITES;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K.  billi l-bord espert tax-xjenzati tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni, li kkunsidra u rreveda n-NEWREP-A, ikkonkluda li l-proposta ma turix il-ħtieġa ta' teħid ta' kampjuni letali biex jinkisbu l-objettivi ddikjarati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-objettiv primarju jrid ikun il-protezzjoni tal-bijodiversità, li tinkludi l-konservazzjoni tal-ispeċijiet; billi d-Direttiva dwar il-Ħabitats li tiddefinixxi l-pożizzjoni Komunitarja rigward il-balieni (u d-dniefel) ma tippermettix li l-kaċċa kummerċjali għall-balieni tkompli għall-ebda stokk ta' balieni fl-ibħra tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kkritikaw lill-Ġappun talli reġa' beda l-attivitajiet u talli ma qiesx b'mod suffiċjenti l-gwida li tinsab fl-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-2014; billi, f'Diċembru 2015, huma ngħaqdu man-New Zealand f'inizjattiva kontra l-Gvern tal-Ġappun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N.  billi l-Ġappun huwa sieħeb strateġiku tal-UE u billi r-relazzjoni bilaterali hija bbażata fuq valuri komuni, inkluż it-twemmin sod f'multilateraliżmu effikaċi u f'ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jistieden lill-Ġappun iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu ta' kaċċa għall-balieni u josserva l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jappoġġa bil-qawwa ż-żamma ta' moratorju globali fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni u projbizzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali tal-prodotti tal-balieni; iħeġġeġ li tintemm "il-kaċċa xjentifika għall-balieni" mhux ġustifikata u jappoġġa l-għażla ta' reġjuni sostanzjali fl-oċeani u fl-ibħra bħala santwarji li fihom il-kaċċa għall-balieni tkun ipprojbita b'mod indefinit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li d-deċiżjoni biex terġa' tibda l-kaċċa għall-balieni taħt il-programm il-ġdid NEWREP-A ppermettiet il-qtil ta' 333 balenottera żgħira, inklużi 200 balenottera tqila, fl-Oċean Antartiku matul l-istaġun 2015-2016, u li l-Ġappun beħsiebu jikkaċċa total ta' kważi 4 000 baliena tul il-perjodu kumplessiv ta' 12-il sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jiddeplora l-fatt li, billi jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni, il-Ġappun manifestament qed jinjora d-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja; iqis li l-kaċċa għall-balieni, għalhekk, tikkostitwixxi ksur tal-istandards tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni u tad-dritt internazzjonali u timmina l-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar; jenfasizza li riċerka xjentifika ġenwina ma teħtieġx il-qtil tal-balieni fuq skala kbira u regolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-UE fl-inizjattiva bil-għan li twassal it-tħassib serju tagħha lill-Ġappun; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kunsill biex iħeġġu lill-Ġappun josserva l-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni tal-mammiferi tal-baħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jiddispjaċih li l-Ġappun s'issa għadu ma reġax ikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu minkejja inizjattiva diplomatika u protesti internazzjonali mifruxa; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu ħilithom kollha biex isolvu l-kwistjoni permezz ta' djalogu politiku u bl-għajnuna tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri biex kontinwament jimpenjaw ruħhom mal-Ġappun dwar il-kwistjoni ta' allegata kaċċa xjentifika għall-balieni bil-ħsieb li l-prattika tiġi abolita, permezz ta' kanali bilaterali u multilaterali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Japprova r-Riżoluzzjoni 2014-5 tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni, li tgħid li l-ebda permess ieħor ta' kaċċa għall-balieni m'għandu jinħareġ mingħajr ma qabel jiġi eżaminat fil-livell internazzjonali, inkluż mill-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni tinkorpora d-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fil-prattiki ta' ħidma tagħha u tadotta r-regoli tagħha skont tali deċiżjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni urġenti biex il-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni tissaħħaħ f'dan ir-rigward u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu pressjoni favur id-deċiżjonijiet meħtieġa waqt il-laqgħa li jmiss tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni f'Ottubru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, meta jkunu qed ifasslu pożizzjoni komuni aġġornata tal-UE dwar il-kaċċa għall-balieni wara s-66 laqgħa tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni f'Ottubru 2016, biex jieħdu approċċ li jkun prekawzjonarju tal-anqas daqskemm hi l-pożizzjoni komuni attwali (id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta' materji li jaqgħu fil-kompetenza tagħha, fit-tliet laqgħat li jmiss tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/NLE-2011-0221" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/NLE-2011-0221">2011/0221(NLE)</ANCHOR>);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ġappun.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>