<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20061220">20.12.2006</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0021" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0021" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0021">B6‑0021/07</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>mill-Kumitat għall-Iżvilupp</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni Dalit fl-Indja</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="382.949">PE 382.949v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0021" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0021">B6‑0021/07</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni Dalit fl-Indja</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra s-seduta li saret mill-Kumitat tiegħu għall-Iżvilupp fit-18 ta' Diċembru 2006,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tiegħu għall-Kummerċ Internazzjonali dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ta' l-UE ma' l-Indja (<ANCHOR href="#reds:iPlRp/A-6-2006-0256" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRp/A-6-2006-0256">A6-0256/2006</ANCHOR>), l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp dwar dan ir-rapport (2006/2034(INI)) u r-Rapporti tal-Parlament dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-2000, l-2002, l-2003 u l-2005,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali XXIX (diskriminazzjoni bbażata fuq id-dixxendenza) adottata mill-Kumitat tan-NU għall-Qirda tad-Diskriminazzjoni Razzjali fit-22 ta' Awissu 2002 u t-48 miżura li għandhom jittieħdu mill-Istati Kontraenti,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-istudju li qed isir mis-Sotto-Kummissjoni tan-NU dwar il-Promozzjoni u l-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem, li fih qed jiġu żviluppati abbozzi ta' Prinċipji u Linji Gwida għall-qirda tad-'diskriminazzjoni bbażata fuq ix-xogħol u fuq id-dixxendenza', u wara li jqis ir-rapport preliminari maħruġ mir-Rapporteurs Speċjali dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq ix-xogħol u fuq id-dixxendenza,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet varji fil-Kostituzzjoni ta' l-Indja għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni Dalit, li jaffettwaw mill-inqas 167 miljun persuna, inklużi dawk dwar it-tneħħija tal-prattika li ċertu persuni ma jistgħux jintmessu (untouchability), il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-kasta, l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet fi kwistjonijiet ta' impjieg pubbliku u azzjoni affermattiva fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, tal-politika u ta' l-impjieg permezz ta' kwoti f'istituzzjonijiet immexxija mill-Istat u korpi politiċi rappreżentattivi; wara li kkunsidra wkoll il-bosta miżuri leġiżlattivi li jordnaw it-tneħħija ta' wħud mill-agħar prattiki marbuta ma' l-idea li ċertu persuni ma jistgħux jintmessu u mad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, fosthom ix-xogħol sfurzat biex jitħallas id-dejn, it-tindif tal-latrini bl-idejn u l-atroċitajiet kontra l-persuni Dalit, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kummissjonijiet Nazzjonali u Statali għall-Kasti Skedati u l-Kummissjoni Nazzjonali Safai Karamchari (li tittratta l-problema tat-tindif tal-latrini bl-idejn),</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Indja hija l-akbar demokrazija li tiffunzjona fid-dinja, fejn kull ċittadin huwa ndaqs quddiem il-kaxxa tal-vot, l-aħħar President u Kap ta' l-Istat ta' l-Indja kien Dalit, u persuni Dalit servew bħala ministri; billi jeżistu ideoloġiji Indù li jirrifjutaw id-diskriminazzjoni skond il-kasta u jqisu l-esklużjoni bħala aberrazzjoni tal-fidi tagħhom,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-persuni Dalit u gruppi simili jinsabu wkoll fin-Nepal, fil-Pakistan u fil-Bangladesh,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikoli 91 u 90(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-Indja rrappurtat li l-implimentazzjoni ta' l-Att dwar il-Kasti Skedati u t-Tribujiet Skedati (Prevenzjoni ta' l-Atroċitajiet) għadha mhix sodisfaċenti, u billi hija ppubblikat għadd ta' rakkomandazzjonijiet biex tindirizza din il-problema,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi, minkejja 27 atroċità reġistrata offiċjalment kontra l-persuni Dalit kuljum, il-pulizija spiss ma jħallux lill-persuni Dalit jidħlu fl-għases tal-pulizija, jirrifjutaw li jirreġistraw każijiet min-naħa tad-Dalit u spiss jirrikorru għall-prattika tat-tortura bl-impunità kontra d-Dalit,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>billi, minkejja l-fatt li ħafna persuni Dalit ma jirrappurtawx ir-reati minħabba li jibżgħu mit-tpattija min-naħa tal-kasti dominanti, l-istatistika uffiċjali tal-pulizija fuq l-aħħar 5 snin turi medja ta' 13-il persuna Dalit maqtula kull ġimgħa, 5 djar jew possessjonijiet tad-Dalit maħruqa kull ġimgħa, 6 persuni Dalit maħtufa kull ġimgħa, 3 nisa Dalit stuprati kuljum, 11-il persuna Dalit imsawta kuljum u delitt kontra d-Dalit kull 18-il minuta<EXPL ID="1">Skond figuri pprovduti minn <I>Crime in India 2005</I>, http://ncrb.nic.in/crime2005/home.htmhttp://ncrb.nic.in/crime2005/home.htm u http://ncrb.nic.in/crime2005/cii-2005/CHAP7.pdfhttp://ncrb.nic.in/crime2005/cii-2005/CHAP7.pdf </EXPL>, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>D.</SYMBOL>
<CONTENT>billi studju riċenti li sar fiz-zoni rurali ta' l-Indja dwar l-idea li ċertu persuni ma jistgħux jintmessu<EXPL ID="2">Ippubblika bħala <I>Untouchability in Rural India</I> minn Shah, Mander, Thorat, Deshpande u Baviskar, Sage Publications, l-Indja, 2006</EXPL>, u li kien ikopri 565 raħal fi 11-il Stat, sab li ħaddiema fil-qasam tas-saħħa pubblika rrifjutaw li jżuru d-djar tal-persuni Dalit fi 33% ta' l-irħula, li d-Dalit ma tħallewx jidħlu fl-għases tal-pulizija f'27.6% ta' l-irħula, li t-tfal Dalit kellhom ipoġġu bilqiegħda f'post separat waqt l-ikel f'37.8% ta' l-iskejjel tal-gvern, li l-persuni Dalit ma tqassmitilhomx il-posta fi djarhom f'23.5% ta' l-irħula, u li d-Dalit ġew miċħuda l-aċċess għas-sorsi ta' l-ilma fi 48.4% ta' l-irħula minħabba s-segregazzjoni u l-prattika li ċertu persuni ma jistgħux jintmessu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>E.</SYMBOL>
<CONTENT>billi nofs it-tfal Dalit ta' l-Indja mhumiex mitmugħa biżżejjed, 21% jsofru minn 'nuqqas ta' piż gravi', u 12% jmutu qabel ma jagħlqu ħames snin<EXPL ID="3">National Family Health Survey, ikkummissjonat mill-Ministeru Indjan tas-Saħħa u tal-Benessri tal-Familja, 1998-99 (l-aħħar stħarriġ disponibbli), p11, http://www.nfhsindia.org/data/india/indch6.pdf<U></U> </EXPL>, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>F.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-idea li ċerti persuni ma jistgħux jintmessu għolliet l-għadd ta' tfal li ma jkomplux l-iskola u l-illitteriżmu fost it-tfal Dalit ħafna aktar mir-rati fost il-popolazzjoni ġenerali, bid-differenza fir-rata tal-litteriżmu bejn id-Dalit u l-persuni mhux Dalit li bilkemm inbidlet mill-indipendenza ta' l-Indja 'l hawn, u bir-rati tal-litteriżmu fost in-nisa Dalit li baqgħu baxxi ferm, sa 37.8% fl-Indja rurali<EXPL ID="4">Miċ-Ċensiment ta' l-Indja ta' l-2001</EXPL>, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>G.</SYMBOL>
<CONTENT>billi n-nisa Dalit, li flimkien man-nisa 'Tribali' huma l-ifqar fost il-fqar fl-Indja, jiffaċċjaw diskriminazzjoni doppja fuq il-bażi tal-kasta u tal-ġeneru fl-oqsma kollha tal-ħajja, huma suġġetti għal ksur gravi ta' l-integrità fiżika tagħhom, fosthom l-abbuż sesswali bl-impunità mill-kasti dominanti u huma esklużi soċjalment u sfruttati ekonomikament,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>H.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Kasti Skedati osservat nuqqas sostanzjali ta' allokazzjonijiet u nuqqas ta' nfiq ta' l-allokazzjonijiet għall-benessri u l-iżvilupp tad-Dalit fi ħdan il-Pjan Speċjali tal-gvern għall-Kasti Skedati, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>I.</SYMBOL>
<CONTENT>billi d-Dalit huma suġġetti għal xogħol sfurzat u xogħol biex jitħallas id-dejn u jsofru diskriminazzjoni f'għadd ta' swieq, fosthom is-swieq tax-xogħol, tad-djar, tal-konsumatur, tal-kapital u tal-kreditu; jitħallsu pagi aktar baxxi u huma suġġetti għal ħinijiet itwal tax-xogħol, pagi li jitħallsu tard u abbuż verbali jew fiżiku, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa' d-dispożizzjonijiet varji fil-Kostituzzjoni ta' l-Indja għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni Dalit; jinnota, madankollu, li minkejja dawn id-dispożizzjonijiet, l-implimentazzjoni tal-liġijiet li jħarsu d-drittijiet tad-Dalit tibqa' ferm inadegwata, u li l-atroċitajiet, l-idea li ċerti persuni ma jistgħux jintmessu, l-illitteriżmu, l-inugwaljanza ta' l-opportunità, it-tindif tal-latrini bl-idejn, ħlas baxx tal-pagi, xogħol sfurzat biex jitħallas id-dejn, xogħol mit-tfal u nuqqas ta' art jibqgħu jippersigwitaw lill-persuni Dalit fl-Indja;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Juri t-tħassib tiegħu dwar ir-rata baxxa ta' persuni li jinstabu ħatja ta' reati ta' dan it-tip u jitlob lill-Gvern ta' l-Indja sabiex itejjeb is-sistema tiegħu tal-ġustizzja kriminali biex jiffaċilita li jiġu reġistrati akkużi kontra dawk ħatja ta' reati kontra l-persuni Dalit, biex tiżdied ir-rata ta' dawn l-awturi li jinstabu ħatja, sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti d-dewmien tal-proċeduri tal-Qorti; u biex jieħu miżuri speċjali favur il-ħarsien tan-nisa Dalit;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa' l-projbizzjoni riċenti ta' l-impjieg tat-tfal bħala sefturi domestiċi u ħaddiema f'postijiet ta' l-ikel maġenb it-triq, ristoranti, ħwienet tat-te' eċċ., u jħeġġeġ lill-Gvern Indjan biex jieħu aktar passi favur it-tneħħija totali ta' kull forma ta' xogħol magħmul mit-tfal;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob lill-Gvern ta' l-Indja biex jieħu passi urġenti biex jiggarantixxi aċċess indaqs għall-persuni Dalit għall-għases tal-pulizija u għall-istituzzjonijiet u l-faċilitajiet pubbliċi kollha, inklużi dawk marbuta ma' l-istruttura demokratika tiegħu bħall-bini panchayat u postijiet tal-votazzjoni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa' bil-ferħ il-politika fiskali segwita mill-Kummissjoni ta' l-Ippjanar ta' l-Indja u mill-Ministeri varji fil-provvista ta' l-allokazzjonijiet baġitarji favur il-benessri u l-iżvilupp tal-persuni Dalit, u jitlob lill-Gvern ta' l-Indja biex jiggarantixxi implimentazzjoni sħiħa u marbuta biż-żmien tal-miżuri politiċi u baġitarji kollha favur il-benessri u l-iżvilupp tal-persuni Dalit, fosthom l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan Speċjali għall-Kasti Skedat;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-Gvern ta' l-Indja biex ikompli jaħdem mal-korpi rilevanti tan-NU marbuta mad-drittijiet tal-bniedem dwar it-tneħħija effettiva tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, fosthom il-Kumitat għall-Qirda tad-Diskriminazzjoni Razzjali u r-Rapporteurs Speċjali tan-NU assenjati biex jiżviluppaw Prinċipji u Linji Gwida dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni bbażata fuq ix-xogħol u fuq id-dixxendenza;
<P>Jitlob lill-Gvern ta' l-Indja biex jirratifika l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u trattamenti jew kastigi oħra kiefra, inumani u degradanti u biex jieħu miżuri preventivi biex inaqqas ir-riskju li persuni Dalit jiffaċċjaw it-tortura, biex jieħu miżuri legali biex jikkriminalizza t-tortura fl-Indja, biex jieħu miżuri li jikkastigaw fil-prosekuzzjoni ta' pulizija li jwettqu t-tortura, biex jipprovdi r-rijabilitazzjoni u l-kumpens, b'mod konsistenti, għall-vittmi tat-tortura u biex iwaqqaf mekkaniżmu indipendenti li jkun aċċessibbli għall-persuni Dalit biex jilqa' l-ilmenti tal-vittmi tat-tortura;</P></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8.</SYMBOL>
<CONTENT>Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' impenn sostanzjali ta' l-UE mal-Gvern Indjan, b'mod partikulari fis-Samits UE-Indja, dwar il-problema vasta tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta waqt is-Samits UE-Indja u laqgħat oħra bħala parti mid-djalogi kollha politiċi, dwar id-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili, l-iżvilupp u l-kummerċ u biex jinfurmaw lill-kumitati konċernati dwar il-progress u r-riżultat ta' djalogi ta' dan it-tip;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>10.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-membri Ewropej tal-Kumitat ta' Azzjoni Konġunta biex jiżviluppaw djalogu dwar il-problema tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta fil-qafas tad-diskussjonijiet tiegħu dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, il-politika soċjali u ta' l-impjieg u l-koperazzjoni għall-iżvilupp;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>11.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni li jistenna li l-programmi ta' l-UE dwar l-iżvilupp fl-Indja jinkludu miżuri speċifiċi biex jassiguraw li minoritajiet bħad-Dalit u l-Adivasi u komunitajiet, tribujiet u kasti marġinalizzati oħra jkunu jistgħu inaqqsu d-differnza kbira meta mqabbla mal-bqija tal-popolazzjoni biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>12.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar it-talba tiegħu sabiex il-Kusill u l-Kummissjoni jagħtu prijorità lill-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs fl-impjieg f'kumpaniji privati bbażati fl-UE u sabiex jinkoraġġixxu kumpaniji bbażati fl-UE biex jimplimentaw il-'Prinċipji Ambedkar' (l-impjieg u prinċipji addizzjonali dwar l-esklużjoni ekonomika u soċjali fformulati biex jgħnu lill-investituri kollha barranin fl-Asja ta' Isfel biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>13.</SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa' l-impenn ta' l-UE favur l-iżvilupp ta' Prinċipji u Linji Gwida dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni bbażata fuq ix-xogħol u fuq id-dixxendenza mis-Sotto-Kummissjoni tan-NU għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikomplu jagħtu dan l-appoġġ;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>14.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament ta' l-Indja, lis-Segretarju-Ġenerali tan-NU, u lill-kapijiet tas-Sotto-Kummissjoni tan-NU għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, lill-ILO, lill-UNICEF, lill-Bank Dinji u lill-IMF. </CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>