<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20070302">2.3.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0000" YEAR="2006">B6‑0000/2006</NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>biex tagħlaq id-dibattitu dwar l-istqarrija tal-Kunsill</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Eva Lichtenberger</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f'isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima Multilaterali bejn ir-Repubblika ta’ l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, is-Serbja u l-Montenegro, ir-Rumanija u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar it-Twaqqif ta’ Żona Ewropea ta’ Avjazzjoni Komuni (ECAA)</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="382.525">PE 382.525v◄02-00►</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0148" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0148">B6‑0148/07</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima Multilaterali bejn ir-Repubblika ta’ l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, is-Serbja u l-Montenegro, ir-Rumanija u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar it-Twaqqif ta’ Żona Ewropea ta’ Avjazzjoni Komuni (ECAA)</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għall-Kunsill (COM(2006)0113)<EXPL ID="1"> ĠU C Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.</EXPL>,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iżvilupp ta’ l-aġenda għall-politika esterna tal-Komunità dwar l-avjazzjoni (P6_TA(2006)006),
<P>wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</P></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>billi, minn meta daħlet fl-UE, ir-Rumanija għandha tkun ittrattata b’mod differenti mill-Istati Membri l-oħra, u billi l-Bulgarija, minkejja l-adeżjoni tagħha, hija suġġetta għal klawsola protettiva fir-rigward ta’ interessi ta’ sigurtà u għalhekk għandha tkun ittrattata bħala Stat terz,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Kunsill adotta l-ftehima proviżorja kif proposta mill-Kummissjoni u din il-ftehima proviżorja qed tistenna li tkun irratifikata mill-partijiet kollha firmatarji,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-ECAA hija importanti bħala ftehima ta’ qafas sabiex ikunu ttrattati kwistjonijiet relatati ma’ l-avjazzjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Iżlanda u n-Norveġja b’mod partikolari u tipprovdi mudell għal ftehimiet futuri ta’ dan it-tip ma’ pajjiżi terzi oħra,</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>L-Ambjent</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>jinnota li huwa importanti li l-ftehima dwar Żona Ewropea ta’ Avjazzjoni Komuni (ECAA) għandha tkopri<B><I> </I></B>l-leġiżlazzjoni ta’ l-UE preżenti u tal-futur dwar l-emissjonijiet u miżuri oħra li se jnaqqsu l-impatt ambjentali ta’ l-avjazzjoni,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-importanza tal-ftehima fis-sens li jinħolqu l-kundizzjonijiet sabiex is-Sema Ewropew Wieħed (Single European Sky, SES) jitkabbar lilhinn mill-Istati Membri ta’ l-UE,</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>Is-Sikurezza u s-Sigurtà</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>għalhekk, jenfasizza l-importanza kruċjali ta’ l-għajnuna teknika u tan-negozjati ta’ adeżjoni bħala mezzi biex jintlaħaq il-kunsens neċessarju ma’ msieħba li mhux fl-UE u li mhux fl-EEA sabiex jintlaħaq dan l-objettiv,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>jinsisti li<B><I> </I></B>l-leġiżlazzjoni kollha ta’ l-UE dwar is-sikurezza u s-sigurtà u r-regolament adottat reċentement dwar id-drittijiet tal-passiġġieri b’diżabilità jridu jkunu inklużi fl-anness operattiv tal-ftehima,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>jinnota li l-immaniġġjar tat-traffiku ta’ l-ajru huwa inkluż fil-ftehima<B><I>, </I></B>fatt li<B><I> </I></B>huwa importanti mill-aspett li jkunu applikati r-regoli tas-Sema Ewropew Wieħed,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>jilqa’ b’sodisfazzjon<B><I> </I></B>il-vantaġġi evidenti ta’ l-applikazzjoni reċiproka u koerenti tad-direttiva dwar l-Evalwazzjoni tas-Sikurezza ta’ Ajruplani Barranin mill-firmatarji kollha tal-ftehima,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>ifakkar li t-twettiq ta’ ‘Sema Ewropew Wieħed’ jinvolvi wkoll flessibilità ta’ l-ispazju ta’ l-ajru, li jagħmel il-koperazzjoni istituzzjonalizzata bejn awtoritajiet militari u ċivili neċessarja fil-qasam tal-kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru,</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>Kwistjonijiet soċjali</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8.</SYMBOL>
<CONTENT>jilqa’ b’sodisfazzjon<B><I> </I></B>l-irwol vitali ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni fl-istħarriġ ta' esperti, fit-tħejjija manwali u fl-għoti ta' pariri tekniċi f’pajjiżi msieħba kif ukoll fl-għajnunai biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9.</SYMBOL>
<CONTENT>jenfasizza l-fatt li l-liġijiet soċjali applikabbli ta' l-UE għandhom jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-ftehima,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>10.</SYMBOL>
<CONTENT>jinnota li l-ftehima tipprovdi għall-implimentazzjoni tad-direttiva UE-OPS,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>11.</SYMBOL>
<CONTENT>jinnota li jrid ikun hemm implimentazzjoni fil-pront ta’ l-impenji fil-Ftehima u rapport ta’ progress ippreżentat lill-Parlament Ewropew sal-31 ta’ Diċembru 2008,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>13.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>