<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20070418">18.4.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0149" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0149" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0149">B6-0149/07</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Konrad Szymański, Adam Bielan, </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f'isem il-Grupp UEN</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar relazzjonijiet transatlantiċi</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV><NUM-PE NUM="387.119">PE 387.119</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0149" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0149">B6-0149/07</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar relazzjonijiet transatlantiċi</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Transatlantika dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti ta' l-1990 u l-Aġenda Transatlantika l-Ġdida ta' l-1995 (NTA),</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit ta’ Vjenna bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-21 ta' Ġunju 2006,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi, b'mod partikolari ż-żewġ riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-1ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qafas ta' Ftehima ta' Sħubija Transatlantika u dwar relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti u r-riżoluzzjoni konġunta dwar relazzjonijiet transatlantiċi ta’ l-10 ta’ Jannar 2005,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti bbażata fuq il-valuri komuni tal-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem hija l-pedament tas-sigurtà u l-istabilità fiz-zona Ewro-Atlantika,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi koperazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hija l-mutur ta’ l-ekonomija dinjija, filwaqt li tiġġenera 40% tal-kummerċ dinji, u tippromwovi t-tkabbir u l-innovazzjoni globalment għall-benefiċċju ta’ kulħadd,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom irwoli importanti fil-politika dinjija u fl-ekonomija dinjija u flimkien jippromwovu l-paċi, id-demokrazija u l-istabilità fid-dinja li qiegħda tiffaċċja sfidi politiċi u ekonomiċi sinifikanti ġodda,  </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>D.</SYMBOL>
<CONTENT>billi, kif stqarr kemm-il darba l-Parlament Ewropew, jeħtieġ li l-Aġenda Transatlantika ta' l-1995, li hija l-bażi għal relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, tiġi sostitwita bi Ftehima Transatlantika sabiex titwitta t-triq għat-twaqqif tas-suq transatlantiku mill-2015, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>E.</SYMBOL>
<CONTENT>billi anke s-Senat ta’ l-Istati Uniti appoġġja din l-inizjattiva fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Diċembru 2006,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1. </SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-koperazzjoni eqreb fil-politika barranija transatlantika li tidher fl-approċċ għall-Balkani, għal-Lvant Nofsani, għall-Afganistan, għall-Mediterran u għall-Afrika, u jemmen li din il-bażi pożittiva toffri l-opportunità għall-UE u l-Istati Uniti biex jaħdmu qrib xulxin fuq medda wiesgħa ta' kwistjonijiet;  </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2. </SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza l-ħtieġa ta' koperazzjoni eqreb bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra l-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa u l-ħtieġa li ż-żewġ naħat jappoġġjaw l-irwol li n-NU jrid ikollha f'dawn l-oqsma;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3. </SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa’ b’sodisfazzjon f‘dan il-kuntest il-koperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-kwistjoni nukleari ta’ l-Iran u jħeġġiġhom biex ikomplu jsaħħu l-IAEA u jwaqqfu sistema komprensiva ta' ftehimiet internazzjonali dwar in-non-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa sabiex isaħħu t-Trattat ta' Non-Proliferazzjoni b’mod konġunt;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4. </SYMBOL>
<CONTENT>Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni għandha tinftiehem bħala kumplementarja u mhux kompetittiva ma' l-istrumenti eżistenti ta' koperazzjoni transatlantika; itenni li n-NATO hija garanti tas-sigurtà Ewropea u għandha tiżviluppa wkoll bħala forum għal dibattitu politiku bejn iż-żewġ imsieħba;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5. </SYMBOL>
<CONTENT>Jemmen li l-Istati Uniti għandha tkompli tiddiskuti u tispjega lin-NATO s-sistema ppjanata tagħha ta’ difiża mill-missili sabiex tippermetti li l-Alleanza u l-Ewropa jibqgħu magħqudin u jirreżistu pressjoni barranija; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6. </SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li hemm il-kundizzjonijiet kollha biex ir-relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi jissaħħu b’mod sostanzjali iżda jenfasizza li jinħtieġ aktar xogħol biex dawn ir-relazzjonijiet jissarrfu f'kunċett operazzjonali u strateġiku li jista' jkollu biżżejjed appoġġ pubbliku u politiku;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7. </SYMBOL>
<CONTENT>Jappoġġja l-inizjattiva tal-Presidenza tal-KE biex tniedi Sħubija Ekonomika Transatlantika Ġdida li ssaħħaħ il-pożizzjoni taż-żewġ imsieħba fil-kompetizzjoni globali u sabiex ikunu jistgħu jużaw aħjar il-potenzjal ta’ l-ekonomiji tagħhom; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8. </SYMBOL>
<CONTENT>Itenni l-ħtieġa għal ftehima ta’ qafas ġdida biex jingħata pedament istituzzjonali u politiku xieraq sabiex jintlaħqu objettivi politiċi u ekonomiċi komuni u sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi tas-seklu 21; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9. </SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika biex jużaw l-opportunità tas-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti ta' April 2007 ħalli jissoktaw in-negozjati ta' Ftehima ta' Sħubija Transatlantika u ħalli flimkien jimpenjaw ruħhom għal pjan direzzjonali li jorbot għall-akkwist ta' suq transatlantiku bla fruntieri sa l-2015; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>10. </SYMBOL>
<CONTENT>Jisħaq fuq il-bżonn li jsir studju konġunt ta' ostakoli eżistenti u tal-grad u l-limiti ta’ koperazzjoni regolatorja għall-ħolqien ta' suq transatlantiku, inkluża analiżi tal-benefiċċju mil-lat ta’ l-ispejjeż u analiżi ta' settur b'settur tat-tneħħija tagħhom;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>11. </SYMBOL>
<CONTENT>Jisħaq li l-Istati Uniti u l-UE għandhom responsabiltà kbira fil-kummerċ dinji fejn spiss ikollhom objettivi komuni; għalhekk iħeġġeġ lill-mexxejja ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti bix jimpenjaw ruħhom biex id-Doha Round tad-WTO tintemm b'suċċess mingħajr dewmien;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>12. </SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden liż-żewġ imsieħba biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom dwar l-enerġija, fil-promozzjoni ta’ l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ l-enerġija, biex jistinkaw għat-twaqqif ta’ suq ta’ l-enerġija globali stabbli u li jista’ jitbassar ibbażat fuq regoli tas-suq u sabiex jaħsbu biex jinkludu dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ ta’ l-enerġija f’regolamenti tad-WTO; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>13. </SYMBOL>
<CONTENT>Jistenna li s-samit iwitti t-triq għal ftehima fis-Samit tal-G8 f’Ġunju biex titnieda sistema għall-emissjonijiet ta’ wara Kyoto li tinvolvi l-Istati Uniti u ekonomiji ewlenin li qed jiżviluppaw bħaċ-Ċina, il-Brażil, l-Indja, il-Messiku, l-Afrika ta’ Isfel u l-Indoneżja;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>14. </SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-imsieħba Ewropej u Amerikani biex iqisu fir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom l-irwol u l-karatteristiċi speċjali ta' l-oqsma kulturali u edukattivi;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>15. </SYMBOL>
<CONTENT>Jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-Kungress ta' l-Istati Uniti u tal-Parlament Ewropew f'dan il-proċess; jistieden lis-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti biex jappoġġja d-dimensjoni parlamentari tas-sħubija u biex il-leġiżlaturi jkunu involuti iżjed mill-qrib fid-djalogu bejn l-eżekuttivi ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>16. </SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti ta’ l-Istati Membri u lill-President u lill-Kungress ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>