<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20070423">23.4.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0164" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0164" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0164">B6‑0164/07</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>biex tagħlaq id-dibattitu fuq l-istqarrijiet tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa minn Joseph Daul, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Simon Coveney, Antonio Tajani, f'isem il-grupp PPE-DE </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Elena Valenciano Martínez-Orozco, Pasqualina Napoletano, f'isem il-Grupp PSE </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Marco Cappato u Marco Pannella f'isem il-Grupp ALDE </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Roberta Angelilli u Eoin Ryan f'isem il-Grupp UEN</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Flautre, Frassoni, Romeva, Horacek u Beer f'isem il-Grupp V-ALE</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Morgantini, Portas, Agnoletto f'isem il-Grupp GUE/NGL</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar l-inizjattiva favur moratorju universali għall-piena tal-mewt</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV><NUM-PE NUM="389.430">PE 389.430</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0164" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0164">B6‑0164/07</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-inizjattiva favur moratorju universali għall-piena tal-mewt</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
	<CONTENT>- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 dwar l-inizjattiva favur moratorju universali għall-piena tal-mewt </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>wara li kkunsidra l-Linjigwida dwar il-politika ta' l-UE lejn pajjiżi terzi fir-rigward tal-piena tal-mewt, tat-3 ta' Ġunju 1998,</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>- wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tat-tielet Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt organizzat f'Pariġi mill-1-3 ta' Frar 2007;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar it-tneħħija tal-piena tal-mewt mogħtija fid-19 ta' Diċembru 2006 fl-Assemblea Ġenerali tan-NU mill-Presidenza ta' l-UE, li ġiet iffirmata minn 85 pajjiż mill-gruppi ġeografiċi kollha;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li nqrat mill-Presidenza ta' l-UE f'isem l-Unjoni Ewropea waqt ir-raba' sessjoni tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-29 ta' Marzu 2007;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>- wara li kkunsidra l-appoġġ pubbliku għall-moratorju espress mis-Segretarju Ġenerali tan-N.U waqt iż-żjara reċenti tiegħu f'Ruma</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>- wara li kkunsidra l-Artikolu 103 tar-Regoli ta’ Proċedura;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>Billi l-bżonn ta' moratorju universali għall-piena tal-mewt huwa pass strateġiku lejn it-tneħħija tal-piena tal-mewt fil-pajjiżi kollha;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>Billi r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 ħeġġet lill-Presidenza ta' l-UE biex tressaq malajr test ta' riżoluzzjoni lill-Assemblea Ġenerali tan-NU attwali u biex iżżomm lill-Parlament informat dwar ir-rżultati miksuba; billi sa dan il-punt ma tressqet l-ebda riżoluzzjoni lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>Billi d-dikjarazzjoni dwar il-piena tal-mewt, imressqa mill-Unjoni Ewropea fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Diċembru 2006, issa ġabret 88 firma ta' Stati mill-gruppi ġeografiċi kollha;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri ta' l-UE biex jiġbru appoġġ għad-Dikjarazzjoni minn pajjiżi terzi; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-UE biex taħtaf l-opportunitajiet eżistenti billi tkompli għaddejja u jitlob lill-Istati Membri Ewropej u lill-UE biex iressqu immedjatament - billi jfittxu ko-sponsorizzazzjoni ta' pajjiżi minn kontinenti oħra - riżoluzzjoni għall-moratorju universali għall-piena tal-mewt fl-Assemblea Ġenerali tan-NU;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob lill-Presidenza biex tħeġġeġ il-pajjiżi li fadal li għadhom ma ffirmawx u ma rratifikawx it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi biex jagħmlu dan, kif ukoll dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-Protokoll No. 13 lill-ECHR dwar il-piena tal-mewt;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Jappoġġja bis-sħiħ id-dikjarazzjoni finali tat-tielet Kungress Dinji u għandu intenzjoni li  jsegwi dan il-Kungress, partikolarment billi joħloq id-dimensjoni parlamentari tal-kampanja globali kontra il-piena tal-mewt u billi jqajjem il-kwistjoni fost id-delegazzjonijiet u l-parteċipazzjonijiet inter-parlamentari waqt l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-EU u l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu kull opportunità possibbli biex jappoġġjaw it-twaqqif ta' koalizzjonijiet reġjonali abolizzjonisti,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob lill-Istituzzjonijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Kunsill ta' l-Ewropa, biex jappoġġjaw il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt billi jiġi ċċelebrat kull 10 ta' Ottubru, jibda mill-2007, il-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt, u jassoċja ruħu ma' l-inizjattiva li jorganizza Konferenza Ewropea ta' importanza kbira kontra l-Piena tal-Mewt b'konnessjoni ma' dak il-Jum; jagħti mandat lill-President biex jirrappreżenta l-Parlament Ewropew, flimkien mad-delegazzjoni relevanti, għal din l-okkażjoni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri Ewropej, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-istati membri tan-NU.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>