<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20070502">2.5.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0189" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0189" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0189">B6‑0189/2007</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>biex tagħlaq id-dibattitu fuq l-istqarrija tal-Kummissjoni</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Jan Jerzy Kułakowski u Bernard Lehideux</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f'isem il-Grupp ALDE</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="389.460">PE 389.460v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0189" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0189">B6‑0189/2007</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u speċjalment id-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet soċjali kif ukoll l-Artikolu 136 tat-trattat KE, skond liema wieħed mill-objettivi ta' l-Istati Membri huwa l-promozzjoni tax-xogħol, il-kundizzjonijiet imtejba ta' l-għajxien u tax-xogħol, il-ħarsien soċjali xieraq, id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-għan li jinkiseb l-ikbar numru ta' impjiegi possibbli u l-ġlieda kontra l-esklużjoni,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-11 ta' Marzu 2002<EXPL ID="1">ĠU L 80 tat-23.2.2002, p. 29.</EXPL> dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, id-Direttiva 98/59/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar it-tqarrib tal-leġiżlazzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sensji kollettivi, u d-Direttiva 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar il-ħolqien ta' Kumitati għall-intrapriża Ewropej; wara li kkunsidra li dawn l-aħħar żewġ direttivi, jittrattaw l-istandardizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar l-istrumenti ta' djalogu bejn l-imsieħba soċjali ;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strutturar mill-ġdid u impjiegli tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjiegi: ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0120 finali) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2005 (CESE 1495/2005);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar "Ristrutturar mill-ġdid u Impjiegi" (2005/2188(INI)) adottata fis-16 ta' Marzu 2005,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li għamlet il-Kummissjoni waqt is-sessjoni plenarja tal-25 ta' April 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Istrateġija ta' Liżbona għandha l-għan li titrasforma l-Unjoni Ewropea fl-iktar ekonomija kompetittiva u dinamika tad-dinja, li kapaċi jkollha tkabbir ekonomiku sostenibbli flimkien mal-ħolqien ta' numru ikbar ta' impjiegi kif ukoll ta' impjiegi aħjar u koeżjoni soċjali ikbar,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Ewropa tesiġi politiki koerenti u effikaċi sabiex jinbnew pontijiet bejn is-soċjetà postindustrijali lejn soċjetà globalizzata ibbażata fuq l-għarfien filwaqt li tikkonserva il-valuri u l-identitajiet tagħha,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>billi, djalogu soċjali qawwi, politika industrijali orjentata lejn l-innovazzjoni u politiki tax-xogħol attivi, huma l-mezzi ewlenin kif jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona bi tkabbir intelliġenti u ekoloġiku, kif turi l-Istrateġija ta' Liżbona, filwaqt li tirrapreżenta l-kundizzjonijiet li fihom l-attivitajiet industrijali li jħaddmu parti kbira mill-popolazzjoni attiva fl-Ewropa, jistgħu jinżammu u jiġu żviluppati,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>D.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-proċessi ta' strutturar mill-ġdid, l-assoċjazzjonijiet, il-lokazzjonijiet mill-ġdid eċċ, imissu is-setturi kollha ta' l-attività u jipprovokaw bidla fl-istruttura tas-soċjetajiet u jintensifikaw il-produzzjoni u l-impjiegi,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni, kif diġà talabha f'diversi okkazzjonijiet oħra u riċentiment fir-riżoluzzjoni tas-16 ta' Marzu 2006 (2005/2188(INI)), sabiex teżamina u timmodernizza l-leġiżlazzjoni Ewropea li tikkonċerna l-konsultazzjoni u l-informazzjoni tal-ħaddiema sabiex ikun assigurat qafas ġuridiku koerenti u effikaċi, sabiex tkun evitata l-inċertezza ġuridika u sabiex tittejjeb l-artikulazzjoni tad-djalogu soċjali bejn il-livelli nazzjonali u Ewropej;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu malajr kemm jista' jkun miżuri sabiex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u sabiex tieħu malajr kemm jista' jkun miżuri kontra l-Istati Membri fejn id-direttivi fil-qasam ta' l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ma ġewx implimentati;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Jinnota li d-Direttiva 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar il-ħolqien ta' kumitati ta' entrapriża Ewropea kemm jekk ġew imwaqqfin u kemm jekk le, sabiex jiġu mwaqqfa iżda b'diverġenzi kbar skond l-għażliet ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tagħhom; jappella lill-Kummissjoni sabiex malajr kemm jista' jkun tevalwa s-sitwazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, tieħu l-miżuri xierqa rigward l-Istati Membri;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni sabiex itejjeb il-kordinazzjoni interna tal-politiki tagħha fil-qasam ta' l-impjiegi u ta' l-affarijiet soċjali, ta' l-affarijiet ekonomiċi u monetarji, ta' l-industrija, tar-riċerka u l-iżvilupp u sabiex tinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali jieħdu parti attiva fl-iżvilupp u l-politiki koerenti kollha għaż-żamma ta' industrija Ewropea kompetittiva u innovattiva;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kumitati kompetenti tal-parlament Ewropew sabiex jinkludu fil-programm ta' ħidma tagħhom rapporti li jservu ta' bażi għall-Kummissjoni għall-iżvilupp ta' politiki attivi li jaffaċċjaw il-globalizzazzjoni permezz ta' djalogu soċjali mtejjeb, tat-tkabbir ta' l-investiment privat u pubbliku fl-R&amp;D u billi jiżguraw taħriġ kontinwu aħjar u politiki tax-xogħol attivi;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija iktar determinata għat-tbassir ta' l-istrutturar mill-ġdid industrijali u sabiex tikkunsidra l-impatt soċjali tiegħu, kif ukoll sabiex tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' l-anzjetajiet taċ-ċittadini Ewropej dwar is-suġġett tal-globalizzazzjoni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet, lill-parlamenti u lill-imsieħba soċjali ta' l-Istati Membri.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>