<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20070515">15.5.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0200" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0200" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0200">B6‑0200/2007</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa wara l-mistoqsijiet li jitolbu tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0020" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0020">B6‑0020/2007</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0121" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0121">B6‑0121/2007</ANCHOR></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta’ Proċedura</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa minn Miroslav Ouzký</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>dwar l-objettivi strateġiċi ta' l-UE għall-14-il Laqgħa tal-Konferenza tal-Firmatarji tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċijiet f'Periklu tal-Fawna u l-Flora Salvaġġi (CITES),</B> li se ssir f'Den Haag, bejn it-3-15 ta' Ġunju 2007</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="389.522">PE 389.522v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0200" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0200">B6‑0200/2007</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-objettivi strateġiċi ta' l-UE għall-14-il Laqgħa tal-Konferenza tal-Firmatarji tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċijiet f'Periklu tal-Fawna u l-Flora Salvaġġi (CITES), li se ssir f'Den Haag, bejn it-3-15 ta' Ġunju 2007</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT><B>wara li kkunsidra l-14-il Laqgħa tal-Konferenza tal-Firmatarji (CoP 14) tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċijiet f'Periklu tal-Fawna u l-Flora Salvaġġi (CITES) li se ssir bejn it-3-15 ta' Ġunju 2007 f'Den Haag, l-Olanda,</B> </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT><B>billi s-CITES hija l-ikbar ftehima eżistenti ta' konservazzjoni tal-fawna u l-flora salvaġġi, għall-prevenzjoni ta' l-isfruttar żejjed tagħhom minħabba l-kummerċ internazzjonali, b'169 firmatarju, inklużi s-27 Stat Membru,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-konsum mill-bniedem ta' riżorsi naturali, il-qerda ta' l-ambjenti naturali, il-bidla fil-klima, l-isfruttament żejjed ta' speċijiet salvaġġi u l-kummerċ illegali tal-fawna u l-flora salvaġġi huma l-kawżi ewelenin għall-eżawriment tal-bijodiversità tad-Dinja,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>C.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi r-rapporti xjentifiċi jbassru li l-bidla fil-klima se tiggrava t-telf tal-bijodiversità u s-sitwazzjoni rigward l-ispeċijiet fil-periklu,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>D.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-kuxjenza pubblika fil-pajjiżi konsumaturi kienet u għadha essenzjali għall-kontroll tal-kaċċa illegali u tal-kummerċ internazzjonali illegali ta' speċijiet fil-periklu tal-fawna u l-flora salvaġġi,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>E.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-kummerċ illegali jdgħajjef serjament l-aġenda globali għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>F.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-Istrateġija ta' l-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli tipprovdi qafas għall-immaniġġjar responsabbli u sostenibbli tar-riżorsi naturali,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>G.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-laqgħa ta' ħidma tal-Presidenza tar-Renju Unit dwar il-'Koordinazzjoni ta' l-Infurzar tal-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Salvaġġi ta' l-UE', li saret f'Ottubru 2005, wasslet għal abbozz approvat b'mod wiesa' dwar Pjan ta' Azzjoni għall-Infurzar ta' l-UE,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>H.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi s-CITES għandha rwol komplementari ma' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u ma' korpi internazzjonali oħra fil-konservazzjoni ta' l-ispeċijiet tal-baħar li jistgħu jiġu mhedda bil-kummerċ internazzjonali,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>I.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Kaċċa tal-Balieni, li hija rikonoxxuta mis-CITES bħala l-korp bl-awtorità li jirregola l-konservazzjoni u l-immaniġġjar tal-balieni, iddigrieta moratorju mad-dinja kollha dwar il-kaċċa kummerċjali tal-balieni, </B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>J.</SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-Ġappun ippropona fis-CoP14 Dok. 51 li ċ-ċetaċji kollha fl-Appendiċi I li huma mmaniġġjati mill-IWC jiġu inklużi fir-Reviżjoni Perjodika ta' l-Appendiċi, li tiġi emendata r-riżoluzzjoni tas-CITES (R.C.11.4) li tistabbilixxi r-relazzjoni bejn l-IWC u s-CITES u li l-IWC tipprovdi dejta u pariri xjentifiċi dwar l-elenkar mis-CITES ta' speċijiet ta' balieni,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>K.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-Parlament Ewropew f'Lulju 2005<B><SUP><EXPL ID="1"> <B>Riżoluzzjoni tal-PE biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar l-Infurzar, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Liġi Forestali (FLEGT) ĠU C 157 E/482, 6.07.2006</B></EXPL></SUP> esprima d-diżappunt tiegħu rigward il-"progress bil-mod ħafna" fil-proċess ta' l-Infurzar, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Liġi Forestali (FLEGT); billi fin-nuqqas ta' regolamenti obbligatorji u komprensivi li jipprojbixxu l-importazzjoni fl-UE ta' injam maqtugħ b'mod illegali u mhux sostenibbli, l-inizjattivi tas-CITES biex jiġi regolat il-kummerċ internazzjonali fi speċijiet ta' injam huma essenzjali,</B></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>L.</SYMBOL>
<CONTENT>billi fis-CoP12, kontra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, ġiet adottata deċiżjoni biex, suġġett għal kundizzjonijiet, jiġi permess bejgħ ta' darba biss ta' stokkijiet ta' l-avorju tal-gvern mill-Botswana, in-Namibja u l-Afrika t'Isfel billi l-kundizzjonijiet għall-kummerċ stipulati f'dawn id-deċiżjonijiet għadhom ma twettqux,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>M.</SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-qbid ta' l-avorju illegali</B> żdied b'mod sinifikanti mis-CoP13 'l hawn u billi huwa stmat li jinqatlu 20,000 iljunfant jew aktar kull sena;  billi aktar <B>ftuħ fil-kummerċ ta' l-avorju jkollu impatt detrimentali fuq il-popolazzjonijiet diġà mnaqqsa u frammentati ta' l-iljunfanti f'pajjiżi oħra fl-Afrika u fl-Asja,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>N.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>billi l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Speċijiet Migratorji ta' Annimali Salvaġġi elenkat il-Kelb il-Baħar l-Abjad fl-Appendiċi I u II tas-CMS, l-Awstralja elenkat l-ispeċijiet fl-Appendiċi II tas-CITES fl-2001, b'riżervi min-Norveġja u l-Ġappun, u l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali (IUCN) elenkat l-ispeċijiet bħala 'vulnerabbli' fuq il-Lista l-Ħamra tagħha ta' Speċijiet fil-Periklu sa mill-1996,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>O.<B><TAB/>billi l-popolazzjonijiet tal-qtates il-kbar Asjatiċi huma mhedda dejjem aktar u b'dispjaċir kien hemm nuqqas ta' progress fit-teħid ta' azzjoni serja biex jieqaf it-tnaqqis ta' l-għadd tat-tigri u tal-qtates il-kbar l-oħra,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>P.<B><TAB/>billi r-rekwiżiti ta' l-ittikkettar universali tal-kavjar ġew introdotti f'Mejju 2005 biex jirregolaw il-kummerċ tal-kavjar,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>Q.</SYMBOL>
<CONTENT><B><I>billi l-konservazzjoni ta' l-ispeċijiet għandha tibqa' l-bażi għall-ġustifikazzjoni tad- deċiżjonijiet dwar l-elenkar u għandhom jitqiesu l-konsiderazzjonijiet dwar l-impatti fuq l-għajxien tan-nies meta jiġu implimentati d-deċiżjonijiet ta' l-elenkar, </I></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>R.<B><I><TAB/>billi ma hemm xejn li jwaqqaf lill-UE milli tadotta miżuri aktar stretti internament fuq l-importazzjoni ta' annimali salvaġġi, ibbażati fuq objettivi ta' konservazzjoni ta' speċijiet jew bażijiet oħra, bħat-tħassib dwar il-benesseri ta' l-annimal; </I></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT><B>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-prinċipju ta' prekawzjoni bħala l-prinċipju ewlieni fid-deċiżjonijiet tagħhom kollha dwar dokumenti ta' ħidma u proposti ta' elenkar u jqisu wkoll il-prinċipju ta' min juża jħallas, l-approċċ ta' l-ekosistemi u l-prinċipji ta' konservazzjoni tradizzjonali;</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>2.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni mmirata lejn koordinazzjoni eqreb bejn is-CITES u l-konvenzjonijiet l-oħra relatati mal-bijodiversità ma ddgħajjifx in-natura tas-CITES bħala ftehima ta' konservazzjoni globali jew il-miżuri stretti ta' konservazzjoni tas-CITES; </B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>3.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Jopponi bis-sħiħ l-użu tal-vot sigriet u huwa ddiżappuntat li l-Kumitat Permanenti tas-CITES ma ppreżentax proposti biex tiġi eskluża l-possibilit<B>à ta' l-użu tal-vot sigriet fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Konvenzjoni;  </B></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>4.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kenja u tal-Mali biex ikun stabbilit moratorju għal 20 sena fuq il-kummerċ kollu ta' l-avorju, bl-appoġġ tat-Togo u tal-Gana, kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta' Akkra, iffirmata minn rappreżentanti ta' 19-il pajjiż Afrikan, li tirrakkomanda li l-kummerċ ta' l-avorju jkun ipprojbit; </B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>5.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Ifakkar li l-moratorju propost m'għandux jaffettwa d-deċizjoni meħuda fis-CoP12 biex, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jitħalla li jsir bejgħ ta' darba biss ta' stokkijiet ta' l-avorju mill-Botswana, in-Namibja u l-Afrika t'Isfel; </B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>6.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Jenfasizza li l-aċċettazzjoni tal-proposta tal-Kenja u l-Mali tagħti żmien biex jiġi rfinut il-MIKE (il-Monitoraġġ tal-Qtil Illegali ta' l-Iljunfanti) u biex il-komunità internazzjonali tkun tista' tressaq l-attenzjoni tad-dibattitu minn fuq il-kummerċ ta' l-avorju għat-theddidiet reali għall-iljunfanti u l-ambjenti naturali tagħhom; </B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>7.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Iħeġġeġ biex id-deċiżjoni meħuda fis-CoP13 għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-kontroll tal-kummerċ ta' l-avorju ta' l-iljunfant Afrikan, inklużi r-rekwiżiti tar-rapportaġġ, titwettaq bis-sħiħ mill-gvernijiet Afrikani b'kollaborazzjoni ma' l-NGOs;</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>8.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi biex il-konservazzjoni tat-tigri titjieb u tiġi mmonitorjata, pereżempju billi jiġu identifikati n-nuqqasijiet leġiżlattivi, id-diffikulatjiet ta' l-implimentazzjoni, u n-nuqqasijiet ta' l-infurzar u tal-kapaċità;</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>9.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar il-progress fl-imp<B>limentazzjoni tar-rekwiżiti ta' l-ittikkettar tal-kavjar, biex tħeġġeġ lil pajjiżi oħra li huma produtturi u konsumaturi ewlenin fl-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq u l-Asja biex jimplimentaw is-sistema ta' l-ittikkettar, u biex jissaħħaħ il-proċess biex jiġu stabbiliti kwoti ta' l-esportazzjoni sostenibbli bbażati fuq l-informazzjoni xjentifika l-iktar affidabbli u aġġornata;</B></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>10.</B></SYMBOL>
<CONTENT><B>Iħeġġeġ lill-UE biex tappoġġja l-proposti li ġejjin għas-CoP:</B>
<LIST TYPE="DASH">
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT><B>it-trasferiment ta' l-ispeċijiet tan-</B><B><I>Nycticebus </I></B><B>(primati prosimjani żgħar</B><B> ta' l-Indji tal-Lvant) mill-Appendiċi II tas-CITES għall-Appendiċi I;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>ir-rifjut tat-tħassir tal-<B><I>Lynx rufus</I></B><B> (Linċi ta' l-Amerika ta' Fuq) mill-Appendiċi II tas-CITES minħabba l-problema li jixbah il-Linċi Ewropew (</B><B><I>Lynx lynx</I></B><B>) u l-Linċi Iberjan (</B><B><I>Lynx pardinus</I></B><B>);</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT><B>l-elenkar ta' żewġ speċijiet ta' klieb il-baħar: </B><B><I>Lamna nasus</I></B><B> (il-Pixxiplamtu) u </B><B><I>Squalus acanthias</I></B><B> (il-Mazzola tax-Xewka) fl-Appendiċi II tas-CITES ippreżentat mill-Ġermanja f'isem l-Istati Membri tal-Komunit</B><B>à Ewropea;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-elenkar ta' l-ispeċijiet tal-<B><I>Pristidae</I></B><B> (il-Pixxisega) li huma elenkati kollha bħala f'Periklu Serju mill-IUCN fl-Appendiċi I tas-CITES;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-elenkar ta' l-<B><I>Anguilla Anguilla</I></B><B> (is-Sallura Ewropea) fl-Appendiċi II tas-CITES ippreżentat mill-Ġermanja f'isem l-Istati Membri tal-Komunit</B><B>à Ewropea;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-elenkar tal-<B><I>Pterapogon kauderni</I></B><B> (is-Sultan iċ-Ċawl tal-Banggai) fl-Appendiċi II tas-CITES;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT><B>l-inklużjoni ta' l-ispeċijiet tal-</B><B><I>Corallium</I></B><B> (il-Qroll Aħmar) fl-Appendiċi II tas-CITES;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-elenkar tas-siġar tropikali tal-Brazilwood - siġar ta' l-injam aħmar tal-<B>Brażil - (</B><B><I>Caesahpinia echinata</I></B><B>), tar-Rosewood (</B><B><I>Dalbergia retusa</I></B><B>, </B><B><I>Dalbergia granadillo</I></B><B> u </B><B><I>Dalbergia stevensonii</I></B><B>) u l-ispeċijiet taċ-Ċedru (</B><B><I>Cedrela</I></B><B>) fl-Appendiċi II tas-CITES;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-elenkar tal-<I>Lycaon pictus </I>(kelb salvaġġ ta' l-Afrika) fl-Appendiċi II tas-CITES;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>id-dokument ta' ħidma dwar il-Konformità u l-Infurzar ippre<B>żentat mill-Ġermanja f'isem l-Istati Membri tal-Komunit</B><B>à Ewropea;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT><B>id-dokument ta' ħidma dwar il-Kummerċ fuq l-Internet ta' kampjuni ta' speċijiet elenkati fis-CITES ippreżentat mill-Ġermanja f'isem</B><B> l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-erba' proposti ta' l-Alġerija biex jiġu elenkati ċ-<I>Cervus elaphus barbarus</I> (iċ-Ċerva Ħamra tal-Barberija), il-<I>Gazella cuivieri</I> (l-Għażżiela tal-Muntanji Atlas), il-<I>Gazella dorcas</I> (l-Għażżiela Dorcas), u l-<I>Gazella leptoceros</I> (l-Għażżiela tal-Qarn Żnell) fl-Appendiċi I tas-CITES;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT><B>id-dokument ta' ħidma dwar il-Kummerċ tal-Mediċini Tradizzjonali ppreżentata mill-Awstralja;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>il-proposta tal-Kenja u l-Mali li tistabbilixxi moratorju ta' 20 sena fuq il-kummerċ kollu ta' l-avorju;</CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>11.</SYMBOL>
<CONTENT><B>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrifjutaw:</B>
<LIST TYPE="DASH">
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>id-Dok. 51 tal-Ġappun dwar iċ-ċetaċji;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>il-kwoti ta' l-esportazzjoni tad-<I>Diceros bicornis</I> (ir-Rinoċeronti Iswed b'żewgt iqrun) għan-Namibja u l-Afrika t'Isfel;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>is-sostituzzjoni ta' l-<B>annotazzjonijiet eżistenti kollha għal-listi tal-popolazzjonijiet ta' l-iljunfanti fil-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe fl-Appendiċi II tas-CITES biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-kwoti ta' l-esportazzjoni annwali għall-kummerċ fl-avo</B><B>rju mhux maħdum;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-emenda għall-annotazzjoni ta' l-elenkar tal-popolazzjoni ta' l-ijunfanti fil-Botswana fl-Appendiċi II tas-CITES biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-kwoti ta' l-esportazzjoni annwali għall-kummerċ fl-avorju mhux maħdum, għall-kummerċ ta' annimali ħajjin għal skopijiet kummerċjali, għall-kummerċ f'oġġetti tal-ġilda għal skopijiet kummerċjali, għall-kummerċ tal-ġlud għal skopijiet kummerċjali u għall-kummerċ ta' tifkiriet tal-kaċċa għal skopijiet mhux kummerċjali;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>il-proposta li tespandi l-kummerċ tas-suf tal-<B><I>Vicugna vicugna</I></B><B> (il-Vikunja) għal disa' popolazzjonijiet tal-Bolivja, minħabba li dawn il-popolazzjonijiet huma żgħar ħafna;</B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>il-proposta biex il-popolazzjoni Brażiljana tal-<B><I>Melanosuchus niger</I></B><B> (il-Kajman Iswed) tiġi trasferita mill-Appendiċi I tas-CITES għall-Appendiċi II;  </B></CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT><B>il-proposta biex il-popolazzjoni tal-leopard (</B><B><I>Panthera pardus</I></B><B>) tiġi trasferita għall-Appendiċi II tas-CITES u biex tiżdied il-kwota ta' l-esportazzjoni tat-tifkiriet tal-kaċċa mill-Możambik;</B></CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>12</SYMBOL>
<CONTENT><B><I><TAB/>Filwaqt li jifhem li s</I><I>-CITES tista' tikkontribwixxi l-aħjar għall-għajxien tal-fqar billi tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni u billi ma tħallix li jsir kummerċ mhux regolat u illegali, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirtiraw is-CoP14 D</I><I>ok.14, "is-CITES u l-Għajxien";</I></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>13.</SYMBOL>
<CONTENT><B>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-koperazzjoni internazzjonali fl-implimentazzjoni tas-CITES billi jiżviluppaw strateġija bi prijoritajiet identifikati biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni, billi jipprovdu inċentivi addizzjonali u appoġġ finanzjarju, b'mod partikulari għat-taħriġ u l-assistenza teknika fl-identifikazzjoni ta' speċijiet u għall-miżuri ta' l-infurzar;</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>14.</SYMBOL>
<CONTENT><B>Ifakkar li l-Unjoni Ewropea hija wieħed mill-ikbar swieq għall-kummerċ illegali tal-fawna u l-flora salvaġġi u li l-konformità tvarja bejn l-Istati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-koordinazzjoni ta' l-isforzi tagħhom biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar il-kummerċ ta' fawna u flora salvaġġi;  </B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>15.</SYMBOL>
<CONTENT><B>Iħeġġeġ lill-firmatarji tas-CITES li għadhom ma rratifikawx l-Emenda ta' Gaborone biex jirratifikawha, biex il-Komunità Ewropea tkun tista' ssir parti kontraenti għas-CITES;</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>16.</SYMBOL>
<CONTENT><B>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-firmatarji tas-CITES u lis-Segretarjat tas-CITES.</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>