<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20071025">25.10.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0432" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0432" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0432">B6‑0432/2007</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa wara l-mistoqsijiet li jitolbu tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0379" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0379">B6‑0379/2007</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0380" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0380">B6‑0380/2007</ANCHOR></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Guido Sacconi, Karl-Heinz Florenz u Satu Hassi</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f’isem il-Kumitat Temporanju dwar il-Bidla fil-Klima</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar il-limitar tal-bidla fil-klima dinjija għal 2 gradi Celsius - it-triq lejn il-Konferenza ta’ Bali dwar il-Bidla fil-Klima u lil hinn (COP 13 u COP/MOP3)</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="396.081">PE 396.081v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0432" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0432">B6‑0432/2007</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-limitar tal-bidla fil-klima dinjija għal 2 gradi Celsius - it-triq lejn il-Konferenza ta’ Bali dwar il-Bidla fil-Klima u lil hinn (COP 13 u COP/MOP 3)</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu ‘Il-limitar tal-Bidla fil-Klima Dinjija għal 2 gradi Celsius – It-triq lejn l-2020 u lilhinn’ (COM(2007)0002),</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), il-Protokoll ta’ Kyoto għall-UNFCCC u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-dibattitu tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta’ April 2007 dwar l-impatt tal-bidla fil-klima fuq il-paċi u s-sigurtà,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra t-13-il Konferenza tal-Partijiet (COP 13) tal-UNFCCC u t-tielet Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kyoto (COP/MOP 3) li se jsiru f'Bali, fl-Indoneżja, bejn it-3 u l-14 ta' Diċembru 2007,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-bidla fil-klima, u b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tas-16 ta' Novembru 2005 dwar li nirbħu l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima dinjija<EXPL ID="1"><B> <TAB/></B><I>Testi Adottati</I>, P6_TA (2005)0433.</EXPL>, ir-riżoluzzjoni tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-bidla fil-klima, li titratta r-riżultati tal-Konferenza ta' Montreal (COP 11- COP/MOP 1)<EXPL ID="2"> <TAB/><I>Testi Adottati</I>, P6_TA (2006)0019.</EXPL>, ir-riżoluzzjoni ta' l-4 ta' Lulju 2006 dwar tnaqqis fl-impatt ta' l-avjazzjoni fuq il-bidla fil-klima<EXPL ID="3"> <TAB/><I>Testi Adottati</I>, P6_TA (2006)0296.</EXPL>, u r-riżoluzzjoni ta’ l-14 ta’ Frar 2007 dwar il-bidla fil-klima<EXPL ID="4"> <TAB/><I>Testi Adottati</I>, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2007-0038" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2007-0038/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2007)0038</ANCHOR>.</EXPL>,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet Orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0379" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0379">B6-0379/2007</ANCHOR> tal-Kumitat Temporanju għall-Bidla fil-Klima skond l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u wara li kkunsidra l-istqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-bidla fil-klima hija sfida kbira għas-soċjetajiet tagħna fis-seklu 21, b’effetti negattivi ambjentali, ekonomiċi, soċjali u ġeopolitiċi dinjija sinjifikanti, u jistgħu jheddu wkoll il-paċi u s-sigurtà internazzjonali,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-konsegwenzi negattivi huma mqassma b’mod inugwali, u li barra li hija diżastru ambjentali, il-bidla fil-klima tqajjem ukoll kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem u ma’ l-ekwità dinjija,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C. </SYMBOL>
<CONTENT>billi ma jistax jiġi miċħud id-dritt tal-fqar għal ħajja deċenti,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>D.</SYMBOL>
<CONTENT>billi r-raba’ Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC) jafferma li l-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-bidla fil-klima hu kkawżat mill- attività tal-bniedem u li diġà qed ikollu effetti ħżiena dinjija;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>E.</SYMBOL>
<CONTENT>billi ħafna nħawi fid-dinja diġà ġew affettwati mill-effetti ta’ żieda fit-temperaturi medji globali, u billi l-aħħar evidenza xjentifika tissuġġerixxi li l-mira ta’ l-UE fuq medda twila ta’ żmien u li dwarha kien hemm qbil, li tillimita t-tisħin għal +2°C meta mqabbla mal-livelli ta’ qabel l-era industrijali, tista’ ma tkunx biżżejjed biex jiġu evitati l-effetti negattivi sinjifikanti  tal-bidla fil-klima;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>F.</SYMBOL>
<CONTENT>billi gruppi ta’ popolazzjoni diġà ġew spustjati minħabba l-effetti l-ħżiena tal-bidla fil-klima bħal f’Tuvalu, Bangladesh u r-reġjun tas-Sahel fl-Afrika;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>G.</SYMBOL>
<CONTENT>billi r-raba’ Rapport ta’ Evalwazzjoni ta’ l-IPCC jiddikjara li t-temperatura medja globali żdiedet b’0.74 gradi Celsius matul l-aħħar 100 sena u se tibqa’ tiżdied b’madwar 0.7 gradi minħabba l-emissjonijiet GHG li diġà ħarġu; u jikkalkula li se jkun hemm aktar żieda fit-temperatura medja globali ta’ bejn 1.8 u 4 gradi Celsius matul dan is-seklu, skond l-iżvilupp tas-soċjetà;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>H.</SYMBOL>
<CONTENT>billi din is-sena, skond l-aħħar dejta mis-satellita ta’ l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), is-silġ li nħall fis-sajf fil-Pol Nord kellu tali proporzjonijiet li, għall-ewwel darba, ippermetta lill-vapuri li jivvjaġġjaw min-Northwest Passage mill-Atlantiku għall-Paċifiku u billi din hi indikazzjoni oħra ta’ bidla rapida fil-klima fl-Artiku;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>I.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-bidla fil-klima hi problema fit-tul u billi miżuri fuq perjodu ta’ żmien qasir mhux se jkunu biżżejjed waħedhom biex iwasslu għal effetti pożittivi fuq il-klima;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>J.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-pajjiżi industrijalizzati għandhom responsabilità ewlenija għall-akkumulazzjoni ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) fl-atmosfera; billi huma l-ifqar pajjiżi u l-ifqar popolazzjonijiet li l-aktar ser jintlaqtu minn klima aktar instabbli,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>K.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-iktar 25 pajjiż li jniġġsu jikkontribwixxu għal 83% ta’ l-emissjonijiet globali GHG, u l-emissjonijiet għal kull persuna fil-pajjiżi żviluppati huma ħafna drabi ogħla minn dawk tal-pajjizi li qed jiżviluppaw,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>L.</SYMBOL>
<CONTENT>billi fi Stern Review, l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa tan-nuqqas ta’ azzjoni ġew stmati għal bejn 5% u 20% tal-PGD globali kull sena; billi skond il-UNFCCC u l-Kummissjoni Ewropea, l-ispejjeż ta’ politika klimatika soda jnaqqsu t-tkabbir annwali globali tal-PGD bi ftit biss mit-tkabbir mistenni, jiġifieri bejn 0.12% u 0.19%, u dan mingħajr ma jitqiesu l-benefiċċji ambjentali u tas-saħħa jew it-titjib fis-sigurtà ta’ l-enerġija;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>M.</SYMBOL>
<CONTENT>billi r-rapporti IPCC u Stern jikkonfermaw li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma partikolarment mhedda mill-bidla fil-klima, minħabba li huma aktar esposti u vulnerabbli; billi l-bidla fil-klima kkawżata mill-bniedem se twassal għal impatti li jagħmlu l-ħsara lill-biedja u lis-sistemi idroloġiċi, lill-foresti, lis-saħħa u lill-infrastruttura ekonomika u billi tali impatti se jżidu l-faqar u jkunu ta’ theddida biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>N.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Bank Dinji jipprevedi li se jkun hemm bżonn ta’ bejn $10 - $40 biljun kull sena sabiex l-iżvilupp fl-ifqar pajjiżi jkun “kompatibbli mal-klima” u billi l-kontribuzzjonijiet għal fondi ta’ adattament allokati s’issa huma mbassra li jammontaw biss għal bejn $150 - $300 miljun fis-sena;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>O.</SYMBOL>
<CONTENT>billi jeħtieġ li jiġu stabbiliti miri li jorbtu għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet jipprovdu l-inċentivi neċessarji għal investiment mgħaġġel f’aktar żvilupp u tħaddim ta’ teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija, li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, li jagħmlu użu minn riżorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u b’rata baxxa ta’ emissjonijiet;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>P.</SYMBOL>
<CONTENT>billi ftehima internazzjonali wiesgħa dwar miri fuq medda twila ta’ żmien għal tnaqqis fl-emissjonijiet hi assolutament essenzjali biex tipprovdi ċertezza fl-investiment għal teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet b’effett serra kif ukoll għal effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija, u biex ikunu evitati investimenti f’infrastruttura ta’ l-enerġija inkompatibbli;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex tikkonferma l-irwol mexxej tagħha u tirsisti għal koperazzjoni konkreta fil-Konferenza ta’ Bali dwar il-Klima u lil hinn minnha, u sabiex dik il-laqgħa twassal għal qbil dwar il-mandat ta’ negozjar li huwa neċessarju sabiex jistabbilixxi qafas realistiku għal ftehima internazzjonali dwar il-klima għal wara s-sena 2012 li jkun konsistenti ma’ l-objettiv tal-limitar tal-bidla fil-klima għal inqas minn 2°C meta mqabbel maż-żminijiet ta’ qabel l-industrijalizzazzjoni;<B><I> </I></B>iqis li l-Unjoni Ewropea tista’ ssostni l-irwol mexxej tagħha billi tibgħat numru ta’ kapijiet ta’ gvernijiet f’Bali, li fl-istess ħin ikun qed jagħmilha ċara li l-bidla fil-klima hi problema b’ħafna faċċati li m’għandhiex tiġi diskussa mill-ministri ta’ l-ambjent biss;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li reġim ġejjieni għandu jibni fuq il-prinċipji u l-mekkaniżmi ewlenin tal-UNFCCC u tal-Protokoll ta' Kyoto u jqis responsabilitajiet komuni imma differenzjati; iqis li l-mandat ta’ Bali għandu jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:
<LIST TYPE="DASH">
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>għan fuq medda twila ta’ żmien li tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura medja globali għal inqas minn 2°C ’il fuq mill-livelli ta’ qabel l-era industrijali, li jfisser tnaqqis fl-emissjonijiet globali ta’ gassijiet b’effett serra b’mill-inqas 50% sas-sena 2050 meta mqabbla mal-livell ta' l-1990,</CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B><I><TAB/>–<TAB/>miri li jorbtu għall-pajjiżi industrijalizzati kollha,</I></B>
<LIST TYPE="DASH">
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>parteċipazzjoni usa fl-isforzi ghal tnaqqis, b’mod partikulari minn ekonomiji li qed jitfaccaw, permezz ta’ miri gusti u proporzjonati,</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>sistema globali ta’ ‘limiti massimi u skambji' (‘cap and trade’),</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>mekkaniżmi finanzjarji msaħħa għall-adattament, b’attenzjoni speċjali għar-riżorsi ta’ l-ilma,</CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B><I><TAB/>–<TAB/>inċentivi effettivi, inklużi strumenti bbażati fuq is-suq jekk ikun xieraq, sabiex tiġi evitati id-deforestazzjoni u l-emissjonijiet mill-użu ta’ l-art, inkluża l-promozzjoni ta’ prattiki tal-biedja sostenibbli,</I></B>
<LIST TYPE="DASH">
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>strumenti finanzjarji u strumenti oħra sabiex l-iżvilupp u t-trasferiment u t-tħaddim tat-teknoloġija jkunu nodfa,</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>qbil sa mhux aktar tard mill-2009;</CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza li l-miri għal użu sostenibbli tar-riżorsi u għat-tnaqqis fl-emissjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-għan fuq medda twila ta’ żmien; iqis li fid-dawl ta’ l-għarfien attwali, huwa importanti ħafna li l-emissjonijiet globali jilħqu l-quċċata fl-għaxar snin li ġejjin, li l-koncentrazzjoni tas-CO2-eq fl-atmosfera tinżamm taħt l-450 partiċella kull miljun (ppm), u li l-emissjonijiet tal-GHG ikomplu jonqsu għal livell li jkun sostnut mill-kapaċità ta' assorbiment ta' assorbenti naturali;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob li jiġu meqjusa kif jixraq it-twissijiet tal-komunità xjentifika li jgħidulna li l-biċċa xogħol diġà diffiċli li t-tisħin globali jiġi ristrett għal 2°C ma tikkostitwix fiha nnifisha standard ta’ sikurezza, peress li xorta ġġib magħha effetti u konsegwenzi estremament serji;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar li l-pajjiżi industrijalizzati, inklużi dawk li għadhom ma rratifikaws il-protokoll ta’ Kyoto, irid ikollhom irwol mexxej fl-indirizzar tal-bidla fil-klima fuq livell dinji u jridu jimpenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’mill-inqas 30% sas-sena 2020 u b’mill-inqas -80%-80% sas-sena 2050 meta mqabbla mas-sena 1990; jemmen li s-sistema ġejjiena għandha ssib triq sa l-2050 skond l-għan għal żmien twil, b’konformità ma’ miri intermedjarji b’intervalli ta’ ħames snin, meta l-miri li jorbtu għandhom jiġu stabbiliti u riveduti skond l-aħħar għarfien xjentifiku;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>F’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon il-mira ta’ l-UE adottata mill-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 li sa l-2020, l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jonqsu bi 30% mil-livell ta' l-1990, sakemm il-pajjiżi żviluppati l-oħra jimpenjaw ruħhom għal tnaqqis simili fl-emissjonijiet, u li pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkunu aktar avvanzati ekonomikament jagħmlu kontribut proporzjonat mal-kapaċitajiet u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, u jirrikonoxxu l-obbligu aċċettat mill-UE – irrispettivament mill-konklużjoni ta’ ftehima globali għall-perjodu ta’ wara l-2012 – li sa l-2020, inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra b’mill-inqas 20% meta mqabbla mal-livell ta’ l-1990; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza li tnaqqis notevoli fis-CO2 jista’ jintlaħaq biss fuq skala internazzjonali billi jiġu inklużi dawk li jarmu l-akbar ammonti ta’ CO2 fil-pajjiżi industrijalizzati, u wkoll billi jiżguraw il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li għadhom kif saru industrijalizzati;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li l-pajjiżi li qed jitfaċċaw għandhom jaċċettaw limiti fuq l-emissjonijiet tagħhom skond l-istadju ta’ l-iżvilupp tagħhom, l-emissjonijiet per capita tagħhom, il-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet u l-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tagħhom;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li l-UE u nazzjonijiet industrijalizzati oħra għandhom jgħinu lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw fit-tħaddim ta’ teknoloġiji sostenibbli u effiċjenti permezz ta’ ko-finanzjament, inkluża l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u miżuri għall-bini tal-kapaċitajiet, sabiex dawk minnhom li huma ekonomikament aktar avvanzati jkunu jistgħu jibdew inaqqsu l-emissjonijiet malli jkun jippermetti l-livell ta’ żvilupp tagħhom, u sa mhux aktar tard mill-2020;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>10.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza l-importanza li jiġu rrispettati u segwiti l-prinċipji ta’ politika ambjentali soda fil-proġetti kollha ta’ l-UE ta’ għajnuna għall-iżvilupp għal pajjiżi terzi;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>11.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li jeħtieġ ukoll li jiġu inkoraġġuti soluzzjonijiet li jagħmluha possibbli li jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu l-gassijiet b’effett serra bi 30% sas-sena 2020;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>12.</SYMBOL>
<CONTENT>Huwa mħasseb dwar il-fatt li r-ritmu tad-deforestazzjoni tropikali li jammonta għal madwar 20% ta’ l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet b’effett serra u l-impatt negattiv fuq il-kapaċità globali ta’ assorbiment ta’ assorbenti naturali u l-bijodiversità kif ukoll fuq l-għajxien ta’ komunitajiet fqar u jitlob, għaldaqstant, għall-inkorporazzjoni aktar intensiva ta’ dan it-tip ta’ inċentivi fl-allokazzjoni ta’ għajnuna għall-iżvilupp minn donaturi fl-Ewropa u fid-dinja;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B><I>13.</I></B></SYMBOL>
<CONTENT><B><I></I></B>Iqis li se jkun vitali li tinħoloq sħubija strateġika mal-pajjiżi l-aktar konċernati fir-rigward tad-deforestazzjoni tropikali; <B><I> </I></B>jemmen ħafna li inċentivi bbażati fuq prestazzjoni biex tiġi evitata d-deforestazzjoni għandhom ikunu parti minn reġim klimatiku tal-futur;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B><I>14.</I></B></SYMBOL>
<CONTENT><B><I></I></B>Iqis li dan it-tip ta’ inċentivi jeħtieġ li jkunu f’referenza mal-linji ta’ bażi speċifiċi għall-pajjiż (filwaqt li titqies l-azzjoni bikrija) u jkunu akkumpanjati minn kriterji ekoloġiċi, regoli dwar is-sostenibilità u garanziji ta’ governanza tajba;<B><I> </I></B>isostni li n-natura temporanja tal-krediti ta’ assorbiment tfisser li l-istati għandhom jibqgħu responsabbli tal-permanenza tagħhom meta jkunu utilizzati għall-konformità mal-miri obbligatorji;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>15.</SYMBOL>
<CONTENT>Jidhirlu li l-politiki prinċipali tan-NU dwar il-bijodiversità, id-deżertifikazzjoni u l-bidla fil-klima u l-Konferenzi tal-Partijiet internazzjonali li għaddejjin bħalissa u li huma marbuta ma' dawn il-politiki jeħtieġu koordinazzjoni effettiva sabiex jintlaħqu għanijiet komuni; għalhekk jisħaq fuq il-ħtieġa li tkun evitata kull kontradizzjoni fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni u ta’ adattament li ġew proposti sabiex ikunu żgurati l-koordinazzjoni u l-effiċjenza bejniethom;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>16.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis ftehima ta’ qafas internazzjonali u sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-karburanti bijoloġiċi (bijofjuwils) bħala meħtieġa, bil-għan li ssir il-prevenzjoni ta’ effetti avversi fuq l-ambjent u ta’ emissjonijiet eċċessivament ogħlja tas-CO2, li jirriżultaw, pereżempju, mid-deforestazzjoni u mill-ħruq tal-pantani tal-pit; f’dan ir-rigward, jidhirlu li r-riċerka, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-karburanti bijoloġiċi tat-tieni ġenerazzjoni huma meħtieġa;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>17.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza l-obbligu morali tal-pajjiżi industrijalizzati li b’mod prevedibbli u koerenti jipprovdu aktar appoġġ finanzjarju u appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet għat-tnaqqis tar-riskju u għall-adattament għall-bidla fil-klima fil-pajjiżi bi dħul baxx u li huma vulnerabbli;<B><I> </I></B>jitlob, b'mod partikolari li jiġu msaħħa l-fondi eżistenti taħt il-UNFCCC bħal m'huma l-Fond għall-Adattament, il-Fond ta’ l-LDC, il-Fond Speċjali għall-Bidla fil-Klima (SCCF) u l-Prijorità Strateġika dwar l-Adattament tal-GEF (SPA);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>18.</SYMBOL>
<CONTENT>Jikkonferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu li jitkompla l-użu tal-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif (‘Clean Development Mechanism’ – CDM) bħala mezz ta’ promozzjoni ta’ teknoloġiji favur il-klima; Jenfasizza li l-kundizzjonijiet għall-kontinwazzjoni u għall-iżvilupp ulterjuri tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif lilhinn mill-2012 għandhom jinħolqu mill-aktar fis possibbli;<I> </I>jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb l-effikaċja permezz ta’ kriterji aktar stretti ta’ sostenibilità, governanza mtejba, proċeduri amministrattivi simplifikati, u l-moviment possibbli lejn CDM settorjali;<I> </I>madankollu jenfasizza li, bħala mekkaniżmu ta’ kumpens, dan huwa biss soluzzjoni temporanja u l-għan għandu jibqa’ li jiġi stabbilit limitu massimu dinji tal-karbonju li jkun  ibbażat fuq allokazzjoni ta’ kwoti ġusti u proporżjonati;<B> </B>isostni l-prinċipju miftehma skond il-Protokoll ta' Kyoto li l-uzu ta’ mekkaniżmi flessibbli irid jiġi supplimentat minn tnaqqisiet domestici;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>19.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni biex meta tkun qed tirrevedi l-Iskema Ewropea ta’ l-Iskambju ta’ l-Emissjonijiet sabiex ittejjeb il-Mekkaniżmu għal-Żvilupp Nadif (CDM), tagħti bidu għal bidla fid-direzzjoni ta’ kif issir l-evalwazzjoni tal-krediti ta’ l-emissjonijiet għal proġetti ta’ afforestazzjoni u riforestazzjoni u għal proġetti ta’ mmaniġġjar sostenibbli tal-foresti;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>20.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni t-talba tiegħu biex l-emissjonijiet mill-avjazzjoni u mit-trasport marittimu jiġu inklużi fl-impenji internazzjonali għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għall-perjodu ta’ wara l-2012 u jitlob li jsiru sforzi mġedda biex jiddaħħlu taxxi fuq il-pitrolju kemm fuq il-livell ta’ l-UE u kemm fuq dak globali;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>21.</SYMBOL>
<CONTENT>Jinsab imħasseb li proporzjon dejjem akbar tar-riżorsi tad-dinja huma użati għat-trobbija tal-bhejjem; ifakkar fir-rapport ta’ l-FAO “Id-Dell Twil tal-Bhejjem tat-Trobbija" minn Novembru 2006 li jikkalkula li l-industrija tal-laħam u t-trobbija tal-bhejjem hija responsabbli għal 18% għall-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tad-dinja, jisħaq fuq il-ħtieġa li ssir ftehima internazzjonali dwar il-klima wara l-2012 li tkun tinkludi qafas għal produzzjoni sostenibbli tal-bhejjem tat-trobbija;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>22.</SYMBOL>
<CONTENT>Jipproponi li jerġa’ jiġi eżaminat sa fejn huwa possibbli li l-miżbliet, li jarmu sa 60 miljun tunnellata ta' metanu mondjalment fis-sena, ikunu jistgħu jiġu dekommissjonati u utilizzati biex jipproduċu l-enerġija sabiex jitnaqqas l-effett serra u l-perikli għall-bniedem;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>23.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrikonoxxi l-possibilitajiet li ġġib il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima billi jsir sforz favur l-iżvilupp teknoloġiku, l-iffrankar ta’ l-enerġija u tar-riżorsi u l-ħolqien ta’ soċjetajiet iktar sostenibbli;<B><I> </I></B>billi l-politiki biex l-ekonomija tiġi dekarbonizzata ser joffru opportunitajiet sinifikanti ta’ negozju f’ħafna oqsma tat-teknoloġija, bħall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija, is-sorsi ta’ l-enerġija li jiġġeddu, is-CCS etc., jitlob li jkun hemm aktar sforzi mill-Istati Membri sabiex tingħata spinta lil dan it-tip ta’ investiment u sabiex jiġu provduti inċentivi fiskali li jinkoraġġixxu r-riċerka f’teknoloġiji nodfa<B><I>;</I></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>24.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li id-dħul fis-suq ta’ teknoloġiji nodfa huwa mxekkel minn ostakli bhas-sussidji fuq il-fjuwils fossili, it-tariffi fuq l-importazzjoni, u n-nuqqas ta’ bażi ta’ għarfien; jitlob għal sforzi konklużivi skond il-UNFCC u l-Protokoll ta’ Kyoto sabiex jitneħħew dawn l-ostakli u sabiex jiġu stabbiliti inċentivi pożittivi għal investimenti f’teknoloġiji sostenibbli u għal użu akbar tal-mudelli ta’ inċentivi intraprenditorjali, b’mod partikulari s-sħubija b’saħħitha u komprensiva bejn il-pajjiżi industrijalizzati u l-ekonomiji li qed jitfaċċaw;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>25.</SYMBOL>
<CONTENT>Isostni li t-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet globali m’għandux iwassal għal theddidiet oħra bħal m’huma l-proliferazzjoni nukleari jew it-terroriżmu; jemmen, għaldaqstant,  li l-enerġija nukleari għandha tibqa’ eskluża mis-CDM u mill-JI jew mekkaniżmi oħra mmirati lejn il-ħlas bi premju għal tnaqqis ta’ l-emissjonijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>26.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħraf li l-miżati għall-għoti tal-liċenzji għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPR) fil-qasam tat-teknoloġija nadifa jistgħu jikkostitwixxu barriera għat-trasferiment ta' dan it-tip ta’ teknoloġija lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq li ftehima għal wara l-2012 għandha tinvolvi qafas għal sħubijiet ibbażati fuq id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali bejn il-pajjiżi industrijalizzati u dawk li qegħdin jiżviluppaw, filwaqt li tipprovdi mezzi alternattivi ta' kumpens għad-detenturi tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali, sabiex ikun żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà waqt li fl-istess ħin jiġu faċilitati l-flussi teknoloġiċi;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B><I>27.</I></B></SYMBOL>
<CONTENT><B><I></I></B>Jirrikonoxxi li d-differenzi fil-prezz li jirriżultaw nn impenji nazzjonali divergenti b’relazzjoni mal-bidla fil-klima jistghu isiru ghajn ta’ taghwig tal-kompetizzjoni, anke ghall-SMEs;<B><I> </I></B>jistieden lill-Kummissjoni sabiex tindirizza din il-kwistjoni b’mod serju, jiġifieri permezz ta’ l-iżvilupp ta’ strumenti li jwasslu għal livell ogħla ta’ koerenza bejn l-objettivi ambjentali u r-regoli tad-WTO;<B><I> </I></B>jirrikonoxxi li l-benchmarks kif ukoll impenji internazzjonali li jorbtu u li jkopru lis-setturi kollha li huma vulnerabbli għall-kompetizzjoni ikunu preferibbli mill-adozzjoni possibbli ta’ miżuri ta’ aġġustament konfinali sabiex jiġi bilanċjat it-tagħwiġ fost l-imsieħba kummerċjali<B><I>;</I></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>28.</SYMBOL>
<CONTENT>Fin-nuqqas ta’ sistema dinjija effettiva ta’ “limiti massimi u skambji” għall-karbonju, jappoġġja miri settorjali għall-industriji li jużaw ħafna enerġija f’pajjiżi li m’għamlux impenji li jorbtu għal tnaqqis fl-emissjonijiet bħala suppliment għall-miri li jorbtu ta' tnaqqis fl-emissjonijiet għal pajjiżi industrijalizzati mħallta ma' impenji għat-trasferiment tat-teknoloġija<B><I>;</I><I> </I></B>iqis li dan it-tip ta’ miri u/jew benchmarks huma importanti b’mod speċjali għas-setturi li jużaw ħafna enerġija li jikkompetu globalment (l-azzar, il-karta u s-siment);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>29.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima, bit-talba li din tiġi ċċirkulata mal-partijiet kollha involuti li m'humiex relatati ma’ l-UE u ma’ l-osservaturi tal-Konvenzjoni.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>