<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20071107">7.11.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0448" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0448" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0448">B6‑0448/2007</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kunsill</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, minn</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Carlos Coelho, f’isem il-Grupp PPE-DE,<BRK/>–<TAB/>Claudio Fava, f’isem il-Grupp PSE,<BRK/>–<TAB/>Henrik Lax, f’isem il-Grupp ALDE,<BRK/>–<TAB/>Kathalijne Maria Buitenweg, f’isem il-Grupp Verts/ALE,<BRK/>–<TAB/>Roberta Angelilli u Gintaras Didžiokas, f’isem il-Grupp UEN</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka (minn hawn ‘l quddiem “l-Istati Membri kkonċernati”)</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="396.102">PE 396.102v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0448" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0448">B6‑0448/2007</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka (minn hawn ‘l quddiem “l-Istati Membri kkonċernati”)</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew,</I></INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta' l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta' l-Ungerija, fir-Repubblika ta' Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka<B> (</B>11722/07),</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL><B>–</B></SYMBOL>
<CONTENT><B></B>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, <B>A6-XXXX,</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-ħolqien taz-zona ta’ Schengen kienet waħda mill-akbar kisbiet, karatterizzata mit-tneħħija tal-kontrolli kollha fil-fruntieri komuni bejn l-istati parteċipanti kollha u l-introduzzjoni tal-libertà tal-moviment fit-territorju ta’ l-UE,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi b’mod paralleli mat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni, ġew implimentati xi miżuri kumpensatorji, inkluż t-twaqqif ta’ kontrolli effiċjenti fil-fruntieri esterni, it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi, tal-pulizija, u ġudizzjarji tagħhom, politika ta’ viża komuni u l-ħolqien tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS),</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>billi, skond l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni<EXPL ID="1"> ĠU L 236, 23.09.2003, p.33.</EXPL> ta’ l-2003, id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta' Schengen għajr dawk imsemmija fl-Anness I ta’ l-Att imsemmi għadhom japplikaw biss fi Stat Membru ġdid skond it-tifsira ta' dak l-istrument wara Deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-għan wara li jkun ġie vverifikat li ntlaħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dak l-acquis,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>D.</SYMBOL>
<CONTENT>billi huwa neċessarju li ssir verifika permezz ta’ proċeduri ta' l-evalwazzjoni sabiex ikun ikkontrollat li l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġu applikati l-partijiet kollha ta' l-acquis konċernat (Ħarsien tad-Dejta, Fruntieri ta' l-Ajru, Fruntieri fuq l-Art, Koperazzjoni tal-Pulizija, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, Fruntieri tal-Baħar u Viżi) twettqu mill-Istati Membri l-ġodda; billi din hija kundizzjoni ewlenija biex il-Kunsill ikun jista' jieħu d-deċiżjonijiet għall-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis ta' Schengen, inkluż it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma' u bejn dawk l-Istati Membri,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>E.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-evalwazzjonijiet għal dawn l-Istati Membri l-ġodda bdew, wara talba (fl-2006) minn kull Stat Membru (dikjarazzjoni ta' tħejjija); billi dawn saru f'kull Stat Membru ġdid wieħed wieħed taħt ir-responsabilità tal-grupp ta' ħidma ta' l-Evalwazzjoni ta' Schengen; billi bdew bi kwestjonajru lill-Istat Membru li jikkonċerna l-partijiet kollha ta’ l-acquis ta’ Schengen u komplew bi żjarat ta' l-evalwazzjoni; billi timijiet ta' esperti ntbagħtu fil-fruntieri, fil-konsolati, fl-SIS, eċċ, u ħejjew rapporti dettaljati li kien fihom deskrizzjonijiet fattwali, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jistgħu jeħtieġu miżuri addizzjonali u żjarat ta' segwitu; billi r-rapport finali għandu jistabbilixxi jekk l-Istat Membru l-ġdid konċernat, wara li jkun għadda mill-proċedura sħiħa ta' l-evalwazzjoni, jissodisfax il-kundizzjonijiet ewlenin għall-applikazzjoni prattika,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>F.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Gvern Portuġiż għandu jkun imfaħħar talli ressaq proposta li tipprovdi soluzzjoni teknika tranżizzjonali – SISone4all – li tippermetti lill-Istati Membri ġodda jkunu konnessi ma’ l-SIS fl-2007 filwaqt li jkunu qed jistennew l-implimentazzjoni ta’ SIS II ġdida mill-Kummissjoni,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>G.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-ħolqien ta’ l-SIS II tibqa’ prijorità għall-Parlament minħabba li kienet meħtieġa mhux biss bħala mezz li tippermetti lill-Istati Membri l-ġodda jkunu konnessi mas-sistema, iżda wkoll, fi ħdan il-qafas tal-Komunità, tibni għodda aktar soda u flessibbli, li tkun kapaċi tlaħħaq mal-ħtiġijiet li jinbidlu b’mod mgħaġġel; filwaqt li għandha tagħmilha possibbli li żżid is-siġurtà u tippermetti l-użu aktar effiċjenti tad-dejta, tintroduċi funzjonalitajiet ġodda u tieħu vantaġġ mill-iżviluppi teknoloġiċi,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>H.</SYMBOL>
<CONTENT>billi fit-12 ta’ Ġunju 2007 d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen, daħlet fis-seħħ għal disgħa mill-Istati Membri l-ġodda u l-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni korretta ta’ l-SIS fl-Istati Membri kkonċernati setgħet tiġi ffinalizzata biss fl-aħħar ta’ Settembru 2007,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>I.</SYMBOL>
<CONTENT>billi meta Stat Membru jaderixxi ma' l-Unjoni Ewropea jrid jaċċetta l-acquis ta' Schengen u, fl-istess ħin, ikollu l-aspettattiva leġittima li jkun jista’ jgawdi mill-istess drittijiet bħall-Istati Membri l-oħra u li ċ-ċittadini tiegħu jkunu jistgħu jiċċaqalqu b’mod ħieles fit-territorju,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>J.</SYMBOL>
<CONTENT>billi, sabiex jinżamm livell uniformi ta’ sigurtà fiz-zona tal-Komunità huwa imperattiv li l-Istati Membri jissodisfaw il-ħtiġijiet taz-zona ta’ Schengen b’mod strett u effiċjenti; billi, jekk dan l-għan ma jiġix meqjus, ikun ta’ theddida għas-sigurtà taz-zona ta' Schengen kollha,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>K.</SYMBOL>
<CONTENT>billi huwa mistenni li l-ħeffa tal-proċess sħiħ ta’ evalwazzjoni ma kkompromettiex il-mod strett u effettiv li għandhom jitwettqu bih dawn il-proċeduri,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>L.</SYMBOL>
<CONTENT>billi hu ta’ dispjaċir li, fil-bidu ta' din il-proċedura, meta l-Kunsill kompla għall-konsulta tal-Parlament, il-Kunsill irriffjuta, fi stadju inizzjali, li jagħti aċċess lill-Parlament għar-rapporti ta' evalwazzjoni ta' l-esperti minħabba raġunijiet ta' sigurtà,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>M.</SYMBOL>
<CONTENT>billi għandu jitqies li l-Parlament, u b’mod partikulari l-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, għandu jkollu aċċess għall-evalwazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ l-oqsma kollha ta’ Schengen, qabel ma jagħti opinjoni raġunata u motivata dwar it-tneħħija tal-fruntieri interni,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>N.</SYMBOL>
<CONTENT>billi għandhom ikunu rikonoxxuti l-isforzi u r-rieda tajba li wriet il-Presidenza Portugiża sabiex ikun assigurat li l-Parlament Ewropew, u b’mod partikulari l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, kien infurmat pass pass tal-qagħda preżenti tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni li twettqet fl-Istati Membri kkonċernati,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa’ b’sodisfazzjon id-dħul ta’ l-Istati Membri ġodda fiz-Zona ta’ Schengen, filwaqt li jifirħilhom għall-isforzi kbar li xi uħud minnhom għamlu sabiex ikunu lesti u jirrispettaw il-ħtiġijiet kollha ta' Schengen fi żmien daqshekk qasir;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar lill-Istati Membri ġodda dwar il-ħtieġa li jinżamm livell għoli ta' sigurtà u biex b'mod strett u effiċjenti jitwettqu f’kull ħin il-ħtiġijiet taz-zona ta' Schengen;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Jifraħ lill-Presidenza Portugiża talli ħolqot l-istrumenti meħtieġa sabiex testendi z-zona ta’ Schengen għall-Istati Membri ġodda fl-2007;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jitħaffu l-preparamenti għall-bidu ta’ SIS II li jaħdem b’mod sħiħ;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar lill-Istati Membri li għandhom idaħħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun il-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikunu rimedjati n-nuqqasijiet li għadhom jeżistu, iżda jinnota li, għalkemm xi kwistjonijiet għadhom m’humiex riżolti u jeħtieġ li jiġu segwiti fil-futur, m'humiex ta’ xkiel biex l-acquis ta’ Schengen tiġi applikata b’mod sħiħ lill-Istati Membri ġodda kkonċernati;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jassigura li l-Parlament jinżamm infurmat, bil-miktub, matul is-semestru li jmiss, x'bi ħsiebu jagħmel dwar ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen u msemmija fis-segwitu għal kull Stat Membru kkonċernat;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar fil-ħtiega li ssir evalwazzjoni globali, fis-sentejn li ġejjin, dwar il-mod ta’ kif is-sitema ġiet implimentata u qed taħdem f’kull pajjiż li qiegħed fiz-zona ta’ Schengen;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistenna li l-Kunsill jassigura li l-Parlament, fil-proċeduri leġiżlattivi kollha tiegħu, jingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa u disponibbli sabiex ikun jista’ jieħu deċiżjoni xierqa u jeżerċita l-iskrutinju demokratiku meħtieġ;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, u għall-informazzjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti nazzjonali kollha.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>