<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20071121">21.11.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0484" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0484" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0484">B6‑0484/2007</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Nirj Deva f'isem il-Grupp PPE-DE</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Corina Creţu f'isem il-Grupp PSE</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Thierry Cornillet f'isem il-Grupp ALDE</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp UEN</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Luisa Morgantini f'isem il-Grupp GUE/NGL</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>Jens-Peter Bonde</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar il-proklamazzjoni ta’ Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="398.137">PE398.137v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0484" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0484">B6‑0484/2007</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proklamazzjoni ta’ Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-konsensus li ntlaħaq mill-Kunsill għall-Kwistjonijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tad-19 u l-20 ta’ Novembru 2007 dwar ‘Stqarrija Konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja’;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra t-Trattat ta' Riforma li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew f’Liżbona fit-18 u d-19 ta’ Ottubru 2007, li rrikonoxxa l-għajnuna umanitarja bħala qasam tal-politika ta’ l-UE bis-saħħa tad-dritt tagħha.</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 dwar Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li għall-ewwel darba il-Kunsill, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni qablu li jiddefinixxu viżjoni komuni, objettivi komuni għall-politika u prinċipji komuni għat-twassil aktar effettiv ta’ għajnuna umanitarja ta’ l-UE f’pajjiżi terzi; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Japprova għaldaqstant id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: ‘Il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja’;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>