<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20071206">6.12.2007</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0513" YEAR="2007"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0513" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0513">B6‑0513/2007</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa wara l-mistoqsija li titlob tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0387" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0387">B6‑0387/2007</ANCHOR></CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Giuseppe Gargani</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Kuntratti</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="398.195">PE 398.195v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2007-0513" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2007-0513">B6‑0513/2007</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Kuntratti</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR>Il-Parlament Ewropew</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Kuntratti<EXPL ID="1"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2006-0352" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2006-0352/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2006)0352</ANCHOR>.</EXPL>,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu dwar il-liġi Ewropea dwar il-kuntratti u r-reviżjoni ta' l-<I>acquis</I>: prospettivi għall-futur<EXPL ID="2"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2006-0109" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2006-0109/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2006)0109</ANCHOR>.</EXPL>,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet relevanti tiegħu tas-26 ta' Mejju 1989, tas-6 ta' Mejju 1994, tal-15 ta' Novembru 2001 u tat-2 ta' Settembru 2003,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar l-implikazzjonijiet istituzzjonali u legali ta’ l-użu ta’ strumenti ta’ soft law<EXPL ID="3"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2007-0366" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2007-0366/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2007)0366</ANCHOR>.</EXPL>,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea<EXPL ID="4"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2007-0363" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2007-0363/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2007)0363</ANCHOR>.</EXPL>,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2007 bl-isem"It-Tieni Rapport dwar il-Progress tal-Qafas ta' Referenza Komuni"<B><EXPL ID="5"> COM(2007)447.</EXPL></B>,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Qafas Komuni ta' Referenza, li hu intenzjonat mill-Kummissjoni bħala "kaxxa ta' l-għodda" jew gwida għal-leġiżlatur Ewropew biex jintuża meta tkun qed tiġi riveduta leġiżlazzjoni eżistenti jew titfassal leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam tal-liġi dwar il-kuntratti, attwalment mhux intenzjonat li jkollu xi effett legali li jorbot u b'hekk jibqa' fil-qasam ta' <I>soft law,</I></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Qafas Komuni ta' Referenza, li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li taffrontah fil-forma ta' <I>White Paper, </I>se jkollu effetti legali u prattiċi indiretti u se jiddetermina parti kbira tal-miżuri leġiżlattivi tal-ġejjieni fil-qasam tal-liġi dwar il-kuntratti,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>billi d-deċiżjoni dwar liema partijiet mill-abbozz ta' riċerka tal-Qafas Komuni ta' Referenza għandhom jintgħażlu għall-Qafas Komuni ta' Referenza finali u d-deċiżjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Komuni ta' Referenza huma politiċi ħafna fin-natura tagħhom,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>D.</SYMBOL>
<CONTENT>billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-partijiet ta' l-abbozz ta' riċerka magħżulin għall-Qafas Komuni ta' Referenza ikunu koerenti bejnithom, mas-segwitu għall-<I>Green Paper </I>tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007 u mal-leġiżlazzjoni Komunitarji l-oħra relata mal-liġi dwar il-kuntratti,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>E.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-Qafas Komuni ta' Referenza hu intenzjonat biex ikun strument ta' regolar aħjar bl-għan li jiġu żgurati l-konsistenza u l-kwalità tajba tal-leġiżlazzjoni tal-KE fil-qasam tal-liġi dwar il-kuntratti; billi, madankollu, l-għan tar-regolar aħjar m'huwiex li jiġi limitat il-kamp ta' applikazzjoni għall-azzjoni tal-koleġiżlaturi Ewropej,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>F.</SYMBOL>
<CONTENT>billi jrid jasal iż-żmien meta l-Kummissjoni tiddeċiedi jekk għandhiex tuża d-dritt ta' inizjattiva tagħha jew le u, jekk iva, għal liema oqsma relatati mal-liġi dwar il-kuntratti u fuq liema bażi legali,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Jilqa' t-tlestija ta' l-abbozz ta' riċerka tal-Qafas Komuni ta' Referenza;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2. </SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta pjan ċar għall-proċess - li għandu jibda wara li jkun ġie provdut l-abbozz ta' riċerka tal-Qafas Komuni ta' Referenza - ta' l-għażla tal-partijiet tal-Qafas Komuni ta' Referenza ta' riċerka li għandhom jiġu inklużi fil-Qafas Komuni ta' Referenza finali tal-Kummissjoni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Parlament f'dan il-proċess qabel ma jittieħdu xi passi proċedurali;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi x-xogħol tar-riċerkaturi apparti r-riżultati tal-<I>workshops </I>dwar il-Qafas Komuni ta' Referenza li diġà saru u ta' dawk il-<I>workshops </I>ġodda dwar il-Qafas Komuni ta' Referenza li se jiġu organizzati mid-DĠ JLS u d-DĠ MARKT;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkoordina l-ħidma fuq il-Qafas Komuni ta' Referenza fid-DĠ diversi involuti taħt proċedura trasparenti u formalizzati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-oqsma differenti relatati mal-liġi dwar il-kuntratti;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tiddeċiedix dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Komuni ta' Referenza finali sakemm ma jkunx sar proċess ta' diskussjoni wiesgħa mal-gruppi, ir-riċerkaturi relevanti kollha u dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam u bil parteċipazzjoni tal-Parlament ukoll; jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Komuni ta' Referenza, tqis il-pożizzjoni tal-Parlament, li diġà ġiet stipulata f'diversi riżoluzzjonijiet;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għal approċċ bażat fuq Qafas Komuni ta' Referenza usa' dwar kwistjonijiet generali dwar il-ligi dwar il-kuntratti li jmorru lil hinn mill-qasam tal-harsien tal-konsumatur;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza l-konvinzjoni tiegħu li approċċ bażat fuq ir-regolar aħjar għall-Qafas Komuni ta' Referenza jfisser li l-Qafas Komuni ta' Referenza ma jistax ikun limitat għal kwistjonijiet li huma relatati biss mal-liġi dwar il-kuntratti tal-konsumatur imma jrid jiffoka fuq kwistjonijiet relatati mal-liġi dwar il-kuntratti ġenerali, li għalihom għandhom ikunu żgurati approċċ konsistenti għar-reviżjoni tal-<I>acquis </I>dwar il-konsumatur u b'mod partikulari strument orizzontali eventwali f'dan il-qasam;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni li l-għażliet diversi possibbli għall-iskop u l-forma legali ta' strument tal-Qafas Komuni ta' Referenza għall-futur, inkluż strument fakultattiv, għandhom jinżammu miftuħin;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>10.</SYMBOL>
<CONTENT>Għal darb'oħra jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Parlament fil-ħidma tiegħu swar il-Qafas Komuni ta' Referenza;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>11.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>