<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20080416">16.4.2008</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0147" YEAR="2008"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2008-0147" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2008-0147">B6‑0147/2008</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kunsill u mill-Kummissjoni</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skond l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, João de Deus Pinheiro, Peter Šťastný, Fernando Fernández Martín, Francisco José Millán Mon u José Ribeiro e Castro</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f'isem il-Grupp PPE-DE</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar il-Ħames Samit bejn bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f’Lima</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV>
<NUM-PE NUM="401.465">PE401.465v01-00</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2008-0147" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2008-0147">B6‑0147/2008</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Ħames Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew ta’ Lima</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet ta' l-erba' Laqgħat Għolja tal-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern ta' l-Amerika Latina u tal-Karibew u ta' l-Unjoni Ewropea li saru sa issa f'Río de Janeiro (28 u 29 ta' Ġunju 1999), f'Madrid (17 u 18 ta' Mejju 2002), fi Guadalajara (28 u 29 ta' Mejju 2004) u fi Vjenna (12 u 13 ta' Mejju 2006),</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tat-XIII-il Laqgħa Ministerjali bejn il-Grupp ta' Rio u l-Unjoni Ewropea, li saret f'Santo Domingo fir-Repubblika Dominikana fl-20 ta' April 2007,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Laqgħa Ministerjali ta' Djalogu ta' San José bejn it-Trojka ta' l-Unjoni Ewropea u l-Ministri tal-pajjiżi ta' l-Amerika Ċentrali, li saret f'Santo Domingo fir-Repubblika Dominikana fid-19 ta' April 2007,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Att Finali tas-XVII-il Konferenza Interparlamentari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina, li saret f'Lima bejn l-14 u s-16 ta' Ġunju 2005,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-15 ta' Novembru 2001 dwar Sħubija Globali u Strateġija Komuni għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina<EXPL ID="1"> ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 569.</EXPL>, u tas-27 ta' April 2006 dwar Sħubija Msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet ta’ l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi hemm il-ħtieġa, aktar minn qatt qabel, li tkompli tissaħħaħ is-Sħubija Strateġika Bireġjonali proklamata fl-erba’ Laqgħat Għolja ta’ qabel, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi, għalkemm saru passi importanti, baqa’ ħafna xi jsir, kemm rigward l-aspetti politiċi u ta’ sigurtà, kif ukoll rigward l-aspetti soċjali, kummerċjali u baġitarji tas-Sħubija, </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>billi s-Sħubija Strateġika għandha tiffavorixxi relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn is-soċjetajiet konċernati, ittejjeb il-livelli ta' l-iżvilupp soċjali u tagħti kontribut deċiżiv favur it-tnaqqis qawwi tal-faqar u ta' l-inugwaljanza soċjali, speċjalment fl-Amerika Latina, mira li għandha tkun ukoll faċilitata permezz tat-tkabbir ekonomiku li qed isir fir-reġjun fl-aħħar snin, kif ukoll permezz ta' l-iskambji u l-għajnuna ta' kull tip u t-trasferiment ta' l-esperjenzi fil-qasam tal-koeżjoni soċjali li tista' toffri l-UE ,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni l-impenn tiegħu għall-appoġġ tal-ħidma ta' l-entitajiet distinti ta' l-integrazzjoni reġjonali fl-Ewropa u fl-Amerika Latina u li jagħmel dak kollu li jista' biex jiżgura li s-Samit ta' Lima jkun verament pass 'il quddiem għas-Sħubija Strateġika; japprezza li l-Kopresidenza Peruvjana u Slovena tas-Samit, il-Presidenza Slovena ta’ l-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Unjoni għamlu sforzi deċiżi f’dan ir-rigward;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>Prinċipji u prijoritajiet tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu favur il-fokus bireġjonali u l-importanza tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali bħala l-aħjar mod biex jitħarsu l-prinċipji, l-valuri u l-interessi komuni ta’ l-imsieħba fuq iż-żewġ naħat ta' l-Atlantiku;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar, għaldaqstant, li d-Dikjarazzjoni tas-Samit ta' Madrid (2002) dwar il-valuri u l-Pożizzjonijiet Komuni għaż-żewġ reġjuni għadha tapplika, kif ukoll ifakkar fl-impenn komuni favur il-multilateraliżmu, l-integrazzjoni reġjonali u l-koeżjoni soċjali li mtenni fis-Samits ta'  Guadalajara (2004) u Vjenna (2006);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Jipproponi viżjoni strateġika konġunta għas-Sħubija, li ma tkunx limitata għal proposti u azzjonijiet iżolati u li ssegwi bħala għan aħħari l-ħolqien ta' Zona Ewro-Latinamerikana ta' Sħubija Globali Interreġjonali madwar is-sena 2012, li tinkludi Sħubija Strateġika reali fl-oqsma politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali, kif ukoll il-mira konġunta ta' żvilupp sostenibbli;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrakkomanda li l-aspetti politiċi u ta' sigurtà tas-Sħubija tkun ibbażata fuq djalogu politiku regolari, settorjali u effettiv, u fuq Karta Ewro-Latinamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà li, fuq il-bażi tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tippermetti t-tħejjija konġunta ta' proposti politiċi, strateġiċi u dwar is-sigurtà;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza li sabiex ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn iż-żewġ imsieħba jkunu ta’ benefiċċju għat-tnejn, jeħtieġ li:
<LIST TYPE="DASH">
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>jagħtu kontribut għad-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-mekkaniżmi tal-produzzjoni nazzjonali ta’ l-Amerika Latina – li għadhom dipendenti ħafna fuq ftit prodotti ta’ l-esportazzjoni, li ħafna minnhom huma primarji jew semi-industrijalizzati – b’alternattivi teknoloġiċi effikaċi u pożittivi għall-ħolqien ta’ l-impjiegi u ż-żieda fis-salarji tal-familji;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>jgħaddu mid-dimensjoni strettament kummerċjali għal dik ekonomika, filwaqt li jqisu l-assimetriji ta’ l-ekonomiji taż-żewġ reġjuni u l-enfasi neċessarju fuq l-aspett soċjali u ambjentali, inklużi pjanijiet ta’ trasferiment u ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet f'teknoloġiji li ekoloġikament nodfa, permezz ta’ investimenti mħallta bireġjonali u sistemi ta’ produzzjoni komuni; </CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>jinsistu fuq l-importanza li jkun issalvagwardjat il-prinċipju tas-sigurtà ġuridika u fuq il-ħtieġa li jinħoloq qafas xieraq u propizju għall-investimenti;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>jqisu d-differenzi bejn il-livelli relattivi ta’ l-iżvilupp, ħaġa li għandha tkun applikata permezz ta’ modalitajiet ta’ trattament speċjali divrenzjat min-naħa ta’ l-Unjoni, b’mod partikulari mal-pajjiż bl-iktar livell baxx ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>jinċentivaw l-integrazzjoni Latinamerikana;</CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>Jappoġġa l-Aġenda proposta għas-Samit ta’ Lima u l-ittrattar tagħha ta’ żewġ oqsma kbar: minn naħa, il-kwistjonijiet relatati mal-faqar, l-inugwaljanza u l-inklużjoni u, min-naħa l-oħra, l-iżvilupp sostenibbli u t-temi relatati ma' l-ambjent, il-bidla fil-klima u l-enerġija;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar li t-twaqqif rapidu ta’ l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana (EuroLat) wara s-Samat preċedenti ta’ Vjenna, bħala istituzzjoni parlamentari ta’ l-Isħubija Strateġika, ifisser tisħiħ importanti tal-leġittimità demokratika tas-Sħubija u tal-qafas istituzzjonali tagħha, li fih jiġu integrati l-funzjonijiet ta’ dibattitu, kontroll u segwitu tal-kwistjonijiet relatati mas-Sħubija Strateġika li jikkorrispondu għall-Asamblea;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrakkomanda lis-Samit ta' Lima li jtenni l-adeżjoni ta’ l-UE u bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew mal-prinċipji u l-valuri tad-demokrazija pluralista u rappreżentattiva, il-libertà ta’ l-espressjoni u ta’ l-istampa, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċaħda ta’ kwalunkwe forma ta’ dittatura jew awtoritarjaniżmu;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>Azzjonijiet konġunti għall-kisba ta’ multilateraliżmu effikaċi</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>10.</SYMBOL>
<CONTENT>Jenfasizza l-vantaġġi li l-impenn komuni għall-multilateraliżmu jista’ jġib lill-imsieħba Ewro-Latinamerikani, li flimkien jgħaqqdu aktar minn elf miljun ruħ u terz ta’ l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti u aktar minn kwart tal-kummerċ dinji;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>11.</SYMBOL>
<CONTENT>Jipproponi li s-Sħubija Strateġika tiġi msejsa fuq objettivi realistiċi u fuq programmi komuni mnebbħa mill-għażla komuni għall-multilateraliżmu (il-Protokoll ta’ Kyoto, il-Qorti Kriminali Internazzjonali, il-ġlieda kontra l-piena tal-mewt u kontra t-terroriżmu, l-irwol fundamentali tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, eċċ.);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>12.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrakkomanda li jittieħdu azzjonijiet konġunti fl-oqsma u l-fora kollha fejn b’mod ċar jikkonverġu l-prinċipji, il-valur u l-interessi tagħhom, inklużi l-paċi kollettiva u s-sistema ta’ politika tas-sigurtà organizzati fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, il-politiki għall-ħarsien ta’ l-ambjent, l-iżvilupp, il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ governanza globali u r-riforma tas-sistema finanzjarja internazzjonali u l-istituzzjonijiet internazzjonali (il-Bank Dinji, il-Fond Monetarju Internazzjonali);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>13.</SYMBOL>
<CONTENT>Jissottolinja li l-fokus multilaterali hu l-aktar wieħed adegwat sabiex jiġu affrontati miri u sfidi komuni li jeffettwaw lill-imsieħba Ewro-Latinamerikani, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, it-traffikar tal-bnedmin, inkluża l-immigrazzjoni illegali, il-bidla fil-klima jew fir-rigward tal-kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà enerġetika;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>14.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha ssir bl-aktar rispett strett tad-drittjiet tal-bniedem, tal-libertajiet ċivili u ta’ l-Istat tad-Dritt; jitlob għall-ħelsien immedjat u bla ebda kundizzjoni tal-persuni kollha ssekwestrati fil-Kolombja, u l-ewwel u qabel kollox, dawk li huma morda; hu ta’ l-opinjoni li dan il-ħelsien jeħtieġ iseħħ b’deċiżjoni unilaterali tal-FARC jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni oħra responsabbli għall-ħtif jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ skambju umanitarju urġenti;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>15.</SYMBOL>
<CONTENT>Jappoġġa r-riżoluzzjonijiet imtennija tan-Nazzjonijiet Uniti, tas-Samit bejn UE u l-Amerika Latina u l-Karibew u ta’ dan il-Parlament li fihom huma miċħuda l-miżuri kollha ta’ sfurzar, bħal dawk li jinsabu fid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet extraterritorjali li minħabba l-karattru unilaterali u extraterritorjali tagħhom, huma kuntrarji għal-Liġi Internazzjonali, jagħwġu l-kummerċ bejn l-imsieħba Ewro-Latinamerikani u jpoġġu fil-periklu l-impenn komuni favur il-multilateraliżmu;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>Spinta deċiża għall-integrazzjoni reġjonali u l-Ftehimiet ta’ Sħubija</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>16.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li t-twettiq u l-applikazzjoni effikaċi ta’ xi Ftehimiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Amerika Latina kompluti, ambizzjużi u bbilanċjati, li jikkontribwixxu għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, dawk ekonomiċi u soċjali tal-popolazzjoni u għal żvilupp reċiproku sostenibbli, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ l-inugwaljanzi soċjali, bħala element addizzjonali għall-multilateraliżmu ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jikkostitwixxu objettiv strateġiku f’kuntest internazzjonali dejjem iktar interdipendenti u kkaratterizzat mit-tkabbir ekonomiku, l-emerġenza ta’ potenzi ekonomiċi ġodda u ż-żieda ta' l-isfidi dinjija;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>17.</SYMBOL>
<CONTENT>Jipproponi, għaldaqstant, li fil-kuntest ekonomiku u kummerċjali, il-ħolqien taz-Zona Ewro-Latinamerikana ta' Sħubija Globali Interreġjonali tkun ibbażata fuq mudell li jkun kompatibbli ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ u mar-Reġjonaliżmu, u li għandu jiġi applikat f'żewġ fażijiet:
<LIST TYPE="LC">
<ITEM><SYMBOL>a)</SYMBOL><CONTENT>l-ewwel fażi kkaratterizzata mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehima ta’ Sħubija Interreġjonali bejn l-UE u l-Mercosur, l-UE u l-Komunità Andina u l-UE u l-Amerika Ċentrali fl-iqsar żmien possibbli, kif ukoll mit-tisħiħ tal-Ftehimiet li diġà jeżistu bejn l-UE u l-Messiku u l-UE u ċ-Ċile; </CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>b)</SYMBOL><CONTENT>it-tieni fażi, li tilħaq il-qofol tagħha fl-2012, immirata lejn il-kisba ta’ Ftehima ta’ Sħubija Globali Interreġjonali li tagħti appoġġ legali u istituzzjonali u kopertura ġeografika sħiħa għall-aspetti differenti tas-Sħubija Strateġika, u li tqis il-moviment ħieles tal-persuni u l-iskambji kummerċjali bireġjonali permezz tat-tisħiħ, min-naħa, tal-ftehimiet ta’ integrazzjoni fl-Amerika Latina u, min-naħa l-oħra, tal-proċess ta’ sħubija ta’ l-Unjoni mal-pajjiżi kollha u mal-gruppi reġjonali; </CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>18.</SYMBOL>
<CONTENT>Jipproponi li s-Samit ta' Lima jniedi studju tal-vijabilità dwar il-Ftehima ta' Sħubija Globali Interreġjonali, bil-għan li tinħoloq iz-Zona ta' Sħubija Globali proposta;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>L-Aġenda ta’ Lima għall-Qerda tal-Faqar, l-inugwaljanza u l-esklużjoni</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>19.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob lis-Samit ta’ Lima biex l-Aġenda msemmija tinkludi l-adozzjoni ta’ sensiela limitata ta’ impenji ċari, konkreti u verifikabbli f’dawn it-temi kollha, li minnhom innifishom huma suxxettibbli li jagħmlu spinta ġdida lis-Sħubija Strateġika u li jtejbu b’mod sostanzjali l-livell ta’ l-għixien taċ-ċittadini tagħhom taż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku; jirrakkomanda li tingħata attenzjoni partikulari sabiex jonqsu l-inugwaljanzi soċjali u lill-integrazzjoni tal-gruppi li bħalissa huma soċjalment emarġinati u mingħajr opportunitajiet, l-ewwelnett fost il-popolazzjoni indiġena;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>20.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li hu fundamentali li ż-żewġ reġjuni jinkludu l-għan tal-koeżjoni soċjali b’mod permanenti, koerenti u prattiku fl-inizjattivi u fil-programmi konġunti kollha tagħhom; jafferma li l-imsieħba Ewro-Latinamerikani għandhom proġett solidari komuni fejn l-ekonomija tas-suq u l-koeżjoni soċjali m’għandhomx ikunu kuntrarji iżda kumplimentari;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>21.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrakkomanda li l-Aġenda ta’ Lima għall-qerda tal-faqar, l-inugwaljanza u l-esklużjoni għandha tinkludi miżuri konkreti bħal:
<LIST TYPE="DASH">
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>azzjonijiet konġunti ffokati fuq l-għan komuni li jintlaħqu l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp sas-sena 2015;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>użu ta’ l-Istrument ta’ Finanzjament tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-Unjoni li jkun adattat għall-ħtiġijiet reali fil-post, peress li dan jeffettwa b’mod konsiderevoli lil pajjiżi emerġenti u dawk ta' dħul medju li għalihom il-koperazzjoni fl-oqsma tat-teknoloġija, ta’ l-edukazzjoni superjuri u ta’ l-innovazzjoni, u l-koperazzjoni ekonomika għandhom importanza partikulari;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-użu progressiv ta’ riżorsi mill-Istrument għall-Promozzjoni tad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem ta’ l-Unjoni għal għajnuniet u programmi maħsuba biex itejbu l-governanza, l-istituzzjonalità demokratika u l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fl-Amerika Latina; </CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>il-ftuħ tal-programmi ta' l-UE fl-oqsma tat-taħriġ, l-edukazzjoni, il-koperazzjoni xjentifika u teknika, il-kultura, is-saħħa u l-migrazzjoni għall-pajjiżi Latinamerikani;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>l-appoġġ għal programmi ta' riformi istituzzjonali u fiskali;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>il-ħolqien ta’ Fond ta' Solidarjetà Bireġjonali,</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>–</SYMBOL><CONTENT>iż-żieda fir-riżorsi baġitarji assenjati, b’tali mod li jkunu mal-livell ta' l-ambizzjonijiet kbar iddikjarati;</CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>22.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob li l-imsieħba jadottaw politiki sodi u effiċjenti fl-oqsma tal-governanza demokratika, il-kwistjonijiet soċjali, il-finanzi pubbliċi u t-taxxi, bil-għan li tiżdied il-koeżjoni soċjali u li jonqsu l-faqar, l-inugwaljanzi u l-emarġinazzjoni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>23.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li l-edukazzjoni u l-investiment fil-kapital uman huma s-sisien tal-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u l-mobilità soċjali; itenni l-appoġġ deċiż tiegħu għall-ħolqien ta’ “spazju komuni ta’ edukazzjoni ogħla dwar l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew”; jenfasizza li kemm fl-Amerika Latina kif ukoll fl-Ewropa, l-Istati għandu jiggarantixxi l-aċċess għall-edukazzjoni, kif ukoll għal servizzi pubbliċi oħra (saħħa, ilma, sigurtà);</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>24.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li huwa indispensabbli li tingħata spinta ġdida lill-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp ta’ l-Unjoni lejn l-Amerika Latina li, filwaqt li żżomm il-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanzi soċjali bħala element ewlieni, tadotta fokus divrenzjat li jqis id-diversi ċirkustanzi ekonomiċi u soċjali u l-livell ta’ żvilupp tal-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>25.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis indispensabbli, għaldaqstant,  li jkun superat fokus ta’ assistenza biss fil-koperazzjoni għall-iżvilupp ma’ l-Amerika Latina, bl-attenzjoni ffokata fil-koperazzjoni fl-oqsma tat-teknoloġija, l-edukazzjoni ogħla u l-innovazzjoni u li r-riżorsi ġġenerati f’dan il-qasam jintużaw fil-qafas tas-Seba’ Programm ta’ Qafas;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><I>L-iżvilupp ta’ strateġiji għall-koperazzjoni fil-qasam ta’ politiki dwar il-migrazzjoni</I></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>26.</SYMBOL>
<CONTENT>Jipproponi lis-Samit li jsir djalogu bireġjonali sistematiku dwar il-migrazzjoni li jiggarantixxi l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem tal-ħaddiema migranti, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tagħhom, u li jiżviluppa u japprofondixxi l-koperazzjoni fil-qasam tal-moviment ħieles tal-persuni mal-pajjiżi Latinamerikani ta’ oriġini u ta’ tranżitu, bl-istess kriterju globali u bilanċjat, bħal dak li diġà qed isir mal-pajjiżi Afrikani, Mediterranji u pajjiżi ġirien li jinsabu fil-Lvant u fix-Xlokk ta’ l-Unjoni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>27.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob li l-kwistjonijiet relatati ma’ l-immigrazzjoni illegali u l-possibilitajiet ta’ migrazzjoni legali jkunu prijoritarji f’dan id-djalogu, b’mod speċjali ma’ dawk il-pajjiżi ta’ oriġini u/jew tranżitu ta’ l-immigranti illegali;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>28.</SYMBOL>
<CONTENT>Jipproponi li għall-2012 jiġu studjati dispożizzjonijiet u regoli komuni b'ambitu ġenerali sabiex jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni ħielsa mhux biss tal-merkanzija, is-servizzi u l-kapital, iżda wkoll tal-persuni, filwaqt li b’mod progressiv joħolqu l-aktar Sħubija wiesgħa possibbli b’benefiċċju reċiproku u ta’ l-approċċ globali rakkomandat min-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tal-migrazzjoni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>29.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni l-ħtieġa li jitnaqqsu l-ispejjeż eċċessivi attwali tat-trasferimenti tal-flus li l-ħaddiema migranti jibagħtu lejn pajjiżhom, kif ukoll li jiġi appoġġat ir-ritorn ta’ dawk li jkunu jixtiequ dan permezz ta’ programmi li jħarsu d-drittijiet kollha tagħhom u d-dinjità u l-umanità tagħhom;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>30.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta Komunikazzjoni li testendi għall-pajjiżi ta' l-Amerika Latina u l-Karibew il-prijoritajiet, l-istrumenti u l-previżjonijiet ta' l-Approċċ Dinji tal-Migrazzjoni stabbilit fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005 u komplementat b’dak ta’ Diċembru 2006;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B>L-Aġenda ta’ Lima fir-rigward ta’ l-iżvilupp sostenibbli, u b’mod partikulari l-ambjent, il-bidla tal-klima u l-enerġija</B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>31.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrakkomanda li l-aġenda politika bejn l-UE u l-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina tagħti prijorità lill-koperazzjoni fil-qasam tal-bidla fil-klima u l-politiki għall-prevenzjoni tat-tisħin dinji; ifakkar li l-ifqar persuni, u fuq kollox il-popolazzjonijiet indiġeni, huma l-ewwel vittmi tal-bidla fil-klima u ta’ ambjent degradat;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>32.</SYMBOL>
<CONTENT>Ifakkar li s-sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina f’dan l-aspett ġejja mir-rilevanza akbar, jekk wieħed iqis l-interess taż-żewġ partijiet fil-promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibbli u l-bilanċ ambjentali, fattur li jeħtieġ appoġġ reċiproku għall-inizjattivi rispettivi rigward l-ambjent fil-livell internazzjonali; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>33.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-imsieħba Latinamerikani, fil-każi fejn ikun hemm fehmiet differenti dwar id-dettalji tal-miżuri fil-ġlieda kontra l-bidla tal-klima (pereżempju rigward it-traffiku ta' l-ajru), biex juru attitudni kostruttiva u biex bl-ebda mod ma jimblukkaw kompletament l-inizjattivi; </CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>34.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrakkomanda lill-imsieħba Ewro-Latinamerikani biex jaħdmu flimkien favur l-adeżjoni mal-Protokoll ta’ Kyoto tal-pajjiżi li jipproduċu ħafna emissjonijiet u li għadhom ma jagħmlux parti mill-Protokoll imsemmi, kif ukoll biex isaħħu u jikkoordinaw pożizzjonijiet fin-negozjati ta’ l-istrumenti internazzjonali dwar it-tisħin dinji, u fl-istess waqt, jagħtu spinta kbira lill-kummerċ fl-emissjonijiet bejn iż-żewġ reġjuni;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>35.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis li huwa indispensabbli li l-iżvilupp ekonomiku jiġi marbut ma’ l-iżvilupp sostenibbli; f’dan il-kuntest, jappoġġa lill-pajjiżi l-aktar żvantaġġati fl-isforz doppju tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet niġġiesa u jkabbru l-progress u l-benessri soċjali tagħhom;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>36.</SYMBOL>
<CONTENT>Hu favur il-ħolqien ta’ mekkaniżmi komuni u għall-koperazzjoni fil-qasam ta’ l-entitajiet internazzjonali ta’ l-Amerika Latina u l-Karibew (bħall-Organizzazzjoni tat-Trattat ta’ Koperazzjoni ta’ l-Amazonja), bil-għan li jiġi deċiż u finanzjat il-ħarsien u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżervi naturali l-kbar tal-pjaneta, bħar-reġjun ta’ l-Amazonja, li jinsab fit-territorju ta’ diversi Stati Latinamerikani;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>37.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkollabora sabiex jiġu mħeġġa politiki ambjentali fil-pajjiżi ta’ l-Amerika Latina; iqis li għandhom jiġu msaħħa l-koperazzjoni u l-livell ta’ l-aħjar prattiki, u li dan għandu jkun rifless fil-finanzjament li tagħti l-UE u fil-politika ta’ l-għajnuna għall-iżvilupp;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>38.</SYMBOL>
<CONTENT>Jitlob lis-Samit ta’ Lima sabiex isawwar inizjattivi konġunti f’oqsma bħall-bidla fil-klima, id-deżertifikazzjoni, l-enerġija (b’mod partikulari l-enerġija li tiġġedded u l-bijofjuwils), l-ilma, l-bijodiversità, l-imsaġar u l-ġestjoni tal-prodotti kimiċi, imsejsa fuq il-Ftehima ta' Bali;</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT><B><I>Dwar it-tisħ</I><I>iħ tal-mekkaniżmi istituzzjonali ta’ promozzjoni u previżjoni</I></B></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>39.</SYMBOL>
<CONTENT>Jirrakkomanda wkoll:
<LIST TYPE="LC">
<ITEM><SYMBOL>a)</SYMBOL><CONTENT>il-ħolqien ta' Fundazzjoni Ewro-Latinamerikana għall-promozzjoni tad-djalogu bejn l-imsieħba, ta' natura pubblika-privata, fuq l-istess linji ta' dawk eżistenti għal zoni ġeografiċi oħra bħall-Asja jew il-Mediterran; jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal proposta konkreta f’dan ir-rigward;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>b)</SYMBOL><CONTENT>il-ħolqien ta' Ċentru Bireġjonali għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti, iddedikat għas-sejbien bikri tal-kawżi ta' kunflitti potenzjali vjolenti u armati u għall-aħjar metodu għall-prevenzjoni tagħhom u sabiex jiġi evitat li dawn jaggravaw;</CONTENT></ITEM>
<ITEM><SYMBOL>c)</SYMBOL><CONTENT>itenni l-proposta tiegħu għall-ħolqien ta’ Osservatorju tal-Migrazzjoni<I>, </I>inkarigat mis-segwitu permanenti u dettaljat tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-flussi migratorji fiz-zona Ewro-Latinamerikana;</CONTENT></ITEM>
</LIST></CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>40.</SYMBOL>
<CONTENT>Iqis bħala indispensabbli li tissaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tas-Sħubija Strateġika, u li tkun żgurata l-inkorporazzjoni xierqa fl-Assemblea Ewro-Latinamerikana tal-Parlament tal-Mercosur stabbilit riċentement;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>41.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Presidenza tal-V Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew, lill-Kunsill ta' l-Unjoni u lill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll lill-parlamenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u lill-pajjiżi kollha ta’ l-Amerika Latina u l-Karibew, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-Parlament Latinamerikan, lill-Parlament ta’ l-Amerika Ċentrali, lill-Parlament Andin u lill-Parlament tal-Mercosur.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>