<MOTION LG="MT" TYPE="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v1-0# iPlRe_v1-0.xsd">
<COVER>
<DATE-DEPOSIT DATE="20080930">30.9.2008</DATE-DEPOSIT>
<NUM-MOTION TYPE="B6" NUM="0521" YEAR="2008"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2008-0521" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2008-0521">B6‑0521/2008</ANCHOR></NUM-MOTION>
<TITLE-COV>
	<INT-TITLE><B>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</B></INT-TITLE>
<PARA>
	<CONTENT>imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>skont l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura </CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>minn Cristiana Muscardini, Eugenijus Maldeikis, Ģirts Valdis Kristovskis, Jan Tadeusz Masiel, Seán Ó Neachtain u Ryszard Czarnecki</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>f'isem il-Grupp UEN</CONTENT></PARA>
<PARA>
	<CONTENT>dwar il-ġejjieni tal-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha tad-WTO</CONTENT></PARA>
</TITLE-COV><NUM-PE NUM="413.310">PE413.310</NUM-PE></COVER>
<TITLE-DOC>
<NUM-MOTION TYPE="0" NUM="0" YEAR="0"><B><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-6-2008-0521" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-6-2008-0521">B6‑0521/2008</ANCHOR></B></NUM-MOTION>
<PARA><CONTENT><B>Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġejjieni tal-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha tad-WTO</B></CONTENT></PARA>
</TITLE-DOC>
<CORPUS>
<INT-PR><I>Il-Parlament Ewropew</I>,</INT-PR>
<PARA>
<SYMBOL>– </SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-14 ta' Novembru 2001,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>– </SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA),</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>–</SYMBOL>
<CONTENT>wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>A.</SYMBOL>
<CONTENT>billi t-taħditiet ministerjali tad-WTO maħsuba biex jikkonkludu r-rawnd ta’ Doha daħħlu f’fażi li ma setgħux jitkomplew fl-aħħar ta’ Lulju 2008,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>B.</SYMBOL>
<CONTENT>billi nkiseb xi progress sabiex il-membri tad-WTO jersqu qrib li jiffinalizzaw il-Ftehima,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>C.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-interessi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b’mod partikulari l-pajjiżi l-inqas żviluppati, kif ukoll l-impenn tal-membri kollha tad-WTO għar-‘rawnd ta' żvilupp’, għandhom jinżammu fil-qalba tan-negozjati,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>D.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-falliment li jintlaħaq ftehim jista’ jdgħajjef serjament il-kredibilità tas-sistema multilaterali tal-kummerċ u b’konsegwenza dik tad-WTO nnifisha,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>E.</SYMBOL>
<CONTENT>billi l-konklużjoni tad-DDA qed issir aktar kritika maż-żmien hekk kif il-prospetti ekonomiċi u finanzjarji jkomplu jmorru għall-agħar,</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>1.</SYMBOL>
<CONTENT>Huwa serjament iddiżappuntat u mħasseb bil-fatt li t-taħdidiet ministerjali tad-WTO f'Lulju li għadda waslu f’punt li ma setgħux jitkomplew;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>2.</SYMBOL>
<CONTENT>Itenni l-impenn sħiħ tiegħu għall-istrateġija multilaterali għall-politika kummerċjali u sabiex id-WTO tkun tista’ tiggarantixxi riżultat ibbilanċjat għall-kummerċ internazzjonali fuq il-bażi tar-rispett sħiħ għall-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>3.</SYMBOL>
<CONTENT>Huwa konvint li, fil-kuntest preżenti kkaratterizzat bi kriżi ekonomika u finanzjarja, il-konklużjoni b'suċċess tar-rawnd ta' Doha tista' tkun fattur li jwassal għal stabilità; jibqa’ jżomm sod l-impenn lejn id-DDA, minħabba li l-isfidi globali marbuta mas-sigurtà tal-ikel, l-enerġija u l-bidla fil-klima għandhom bżonn jiġu ndirizzati mid-WTO ladarba dan ir-rawnd jiġi konkluż ;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>4.</SYMBOL>
<CONTENT>Huwa konxju bis-sħiħ dwar id-diffikultajiet ta’ Impriża Waħda; jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar sa issa matul in-negozjati, liema progress għandu jipprovdi bażi importanti u kkonsolidata għal-laqgħa li jmiss sabiex jitkompla r-Rawnd ta’ Doha u sabiex jiġi miksub riżultat ta’ suċċess;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>5.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti, kif ukoll lill-G20 bħala parteċipanti ekonomiċi ġodda importanti, biex jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom fin-negozjati attwali, biex jirrispettaw bis-sħiħ l-ispirtu tar-‘rawnd ta’ żvilupp’, u biex jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom biex  jaslu għal ftehim sal-aħħar ta’ din is-sena, sabiex id-DDA xorta tkun tista’ tiġi konkluża fl-2009; jenfasizza għal darb’oħra l-importanza tad-divrenzjar bejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u pajjiżi emerġenti;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>6.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Indja u lill-Istati Uniti biex isibu soluzzjoni politika mingħajr dewmien dwar il-Mekkaniżmu ta' Salvagwardja Speċjali (SSM), sabiex jassiguraw bilanċ ġust bejn l-interessi kummerċjali u tal-iżvilupp li jippermettu kwistjonijiet agrikoli oħra li jiġu diskussi u solvuti, bħall-espansjoni fit-tariffi tal-kwoti, is-simplifikazzjoni tat-tariffi u s-sussidji tal-qoton, kif ukoll il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-NAMAs u s-servizzi;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>7.</SYMBOL>
<CONTENT>Jemmen li d-diffikultajiet tad-DDA jenfasizzaw il-bżonn, ladarba r-rawnd jintemm, biex tkun indirizzata b'urġenza l-kwistjoni tar-riforma tad-WTO sabiex tkun aktar effettiva u trasparenti u biex titjieb il-leġittimità demokratika u l-integrità tagħha fl-istruttura usa’wiesgħa tal-governanza globali; itenni l-bżonn ta' għajnuna teknika mmirata u l-bini tal-kapaċità biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu megħjuna jinvolvu rwieħhom b’mod effettiv fid-DDA;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>8.</SYMBOL>
<CONTENT>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jistabbilixxu ftehima sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament fin-negozjati internazzjonali tal-kummerċ tal-UE;</CONTENT></PARA>
<PARA>
<SYMBOL>9.</SYMBOL>
<CONTENT>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, u lid-Direttur Ġenerali tad-WTO.</CONTENT></PARA></CORPUS>
</MOTION>