<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>4.11.2009</Date><Ref>B7-0133/2009</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2009-0218" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2009-0218">B7&#8209;0218/2009</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar Programmazzjoni Konġunta tar-riċerka għall-ġlieda kontra l-mard newrodeġenerattiv, b’mod partikulari l-marda ta’ Alzheimer</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2025">Françoise Grossetête</Author>, <Author id="96702">Elena Oana Antonescu</Author>,</span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE-DE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28340">Patrizia Toia</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28243">Jorgo Chatzimarkakis</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96648">Philippe Lamberts</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2097">Giles Chichester</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="26851">Nikolaos Chountis</Author>,</span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2950"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE428.745v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;B7&#8209;0133/2009</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Programmazzjoni Konġunta tar-riċerka għall-ġlieda kontra l-mard newrodeġenerattiv, b’mod partikulari l-marda tal-Alzheimer</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-r-Rapport Dinji dwar l-Alzheimer 2009) maħruġ mill-organizzazzjoni Alzheimer’s Disease International (ADI) fil-kuntest tal-Jum Dinji tal-Alzheimer, il-21 ta' Settembru 2009<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.alz.co.uk/research/worldreport/" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.alz.co.uk/research/worldreport/</span></a></p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-ġlieda kontra l-mard newrodeġenerattiv, b’mod partikulari l-marda ta’ Alzheimer, permezz ta’ programmazzjoni konġunta tal-attivitajiet tar-riċerka (COM(2009)379 finali),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115 (5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">A. billi l-mard newrodeġenerattiv bħall-Alzheimer u l-Parkinson hu kontributur ewlenin għad-diżabbiltà fit-tul, u jaffettwa lil aktar minn 7 miljun Ewropew, għadd li probabbilment ser jirdoppja fis-snin li ġejjin minħabba li l-popolazzjoni qed tixjieħ, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">B.  billi attwalment ma hemm l-ebda kura disponibbli għall-mard newrodiġenerattiv, u l-għarfien dwar il-prevenzjoni, it-trattament, u l-identifikazzjoni tal-fatturi ta' riskju huwa limitat ħafna,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">C. billi l-ispiża tal-mard għad-disturbi tad-dimenzja fl-UE27 fl-2005 kienet stmata li tilħaq EUR 130 biljun, jiġifieri madwar EUR 21,000 kull sena għal kull persuna affettwata mid-dimenzja (dan it-total medju jinkludi l-ispejjeż diretti u l-ispejjeż li jintefqu f'kura informali),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">D. billi l-mard tal-Alzheimer u tal-Parkinson u forom relatati ta' dimenzja huma studjati minn perspettivi multipli u minn oqsma differenti ta' riċerka, u dan jista' jikkontribwixxi għal frammentazzjoni ulterjuri tal-attivitajiet ta' riċerka, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">E.  billi ħafna mill-isforzi tar-riċerka f'dan il-qasam jitwettqu mill-Istati Membri, b'livell relattivament baxx ta' koordinazzjoni transnazzjonali, u dan iwassal għal frammentazzjoni u l-qsim limitat tal-għarfien u tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proġett pilota propost għall-programmazzjoni konġunta tar-riċerka f'dan il-qasam; jemmen li l-istrument tal-programmazzjoni konġunta jista' jkun ta' siwi kbir fit-tnaqqis tal-frammentazzjoni tal-isforz ta' riċerka, u dan iwassal  għal ġbir flimkien ta' massa kritika ta' ħiliet, għarfien u riżorsi finanzjarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">2.  Iqis il-mard newrodeġenerattiv bħall-Alzheimer u l-Parkinson bħala waħda mill-akbar sfidi tal-Ewropa mil-lat ta' saħħa mentali, u hu tal-fehma li l-ġlieda kontra l-Alzheimer u Parkinson għandhom għalhekk jindirizzaw sfida doppja: li jipprovdu kura għal numru dejjem jikber ta' pazjenti fuq bażi ta' minn jum għall-ieħor u li jiżguraw aktar riżorsi b'tali mod li l-għadd ta' pazjenti fil-ġejjieni dejjem jonqos; konsegwentement jappoġġja r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">3.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-isforzi biex jindirizzaw l-effetti tal-mard newrodeġenerattiv, speċjalment tal-Alzheimer u l-Parkinson, fil-livell soċjali u fil-livell ta' saħħa pubblika, fil-kuntest ta' popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ u wkoll bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ġejjiena tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">4.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha sabiex jinvolvu ruħhom b'mod attiv fid-definizzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' aġenda ta' riċerka komuni fil-qasam tal-mard newrodeġenerattiv; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex itejbu d-data epidemoloġika dwar il-mard tal-Alzheimer u forom oħra ta' dimenzja, b'mod partikolari fil-fażijiet li ma jurux sintomi u qabel il-bidu tal-istat ta' inċapaċità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' approċċ multidixxiplinarju għall-riċerka f'dan il-qasam, li jinkludi fih dijanjosi, trattament, prevenzjoni u riċerka soċjali fil-benesseri tal-pazjenti u l-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom; jemmen li t-testijiet dijanjostiċi bikrija, ir-riċerka fil-fatturi ta' riskju (bħall-ambjent), u l-kriterji għal dijanjosi bikrija huma kollha kruċjali; f'dan ir-rigward iqis li hemm valur miżjud ċar fit-twettiq ta' studji epidemjoloġiċi u kliniċi fuq skala kbira b' kollaborazzjoni transnazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">7.  Jemmen li l-programmi ta' riċerka għandhom jikkonċentraw, bħala prijorità, fuq il-prevenzjoni, il-bijomarkaturi (inkluża s-suxxettibilità ġenetika), il-metodi tat-teħid ta' immaġnijiet dijanjostiċi, il-metodi ta' dijanjosi bikrija bbażati fuq approċċ multidixxiplinarju, l-istandardizzazzjoni tal-kriterji u tal-għodod dijanjostiċi u l-ħolqien ta' bażijiet tad-wiesgħa li jistgħu jintużaw għal studji dwar il-popolazzjoni, l-istrateġiji tat-trattamenti u studji kliniċi dwar sustanzi ġodda kimiċi u bijoloġiċi, vaċċini u teknoloġiji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">8.  Jirrimarka dwar l-importanza tar-riċerka dwar il-konnessjoni bejn il-proċess tax-xjuħija u dimenzja u bejn id-dimenzja u d-dipressjoni fil-fażi tax-xjuħija; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu programmi ta' riċerka li jagħtu importanza kbira lill-għażla u lill-perspettiva tal-pazjent; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">9.  Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jibni fuq l-istrutturi eżistenti għall-istabbiliment ta' dan il-proġett pilota, filwaqt li jiġi evitat il-ħolqien ta' strutturi burokratiċi ġodda, u li fejn huwa possibbli jikkollabora mal-industrija sabiex jibbenefika mir-riżorsi u mill-esperjenza disponibbli, filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza u l-awtonomija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jinkludu l-problemi tad-dimenzja fl-inizjattivi kollha  eżistenti u ġejjieni tal-Unjoni Ewropea relatati mal-prevenzjoni tal-mard, b'mod partikolari d-dijanjosi bikrija, is-saħħa kardjovaskulari u l-attività fiżika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">11. Iqis li huwa importanti li l-Kummissjoni Ewropea tadotta rakkomandazzjoni li tistieden lill-Istati Membri biex jinfurmaw l-opinjoni pubblika dwar il-bidliet fl-istil tal-ħajja li jistgħu jipposponu jew jevitaw li jibda l-mard newrodeġenerattiv, speċjalment l-Alzheimer u l-Parkinson, u li jippromwovu 'stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa tal-moħħ';  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">12. Jissuġġerixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tikkunsidra t-tnedija ta' Sena Ewropea tal-Moħħ sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-mard tal-moħħ assoċjat max-xjuħija u l-miżuri biex dan jiġi evitat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">13. Jistieden lill-Kunsill biex jinvolvi kif jixraq lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u ta' dawk li jieħu ħsiebhom u tal-fornituri tal-kura tas-saħħa b'mod xieraq fil-proġett pilota għall-Programmazzjoni Konġunta tar-riċerka f'dan il-qasam; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">14. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament dwar il-progress u r-riżultati ta' dan il-proġett pilota; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Parlament kif xieraq fi kwalunkwe deċiżjoni li tappoġġja lil dan il-proġett pilota, u kwalunkwe inizjattiva ġejjiena tal-programmazzjoni konġunta fil-qasam tar-riċerka, b'finanzjament mis-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp (FP7); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">16. Jemmen li l-Artikolu 182 (5) tat-Trattat ta' Lisbona, li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni taż-żona Ewropea tar-riċerka, jista' jipprevedi bażi legali aktar xierqa għal inizjattivi ġejjiena ta' programmazzjoni konġunta fil-qasam tar-riċerka;   jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra serjament li tuża din il-bażi legali għall-proposti kollha ġejjiena dwar il-programmazzjoni konġunta ta' attivitajiet ta' riċerka;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>