Dokument ta' sessjoni
5.11.2009 B7‑0135/2009
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
imressqa skont l-Artikolu 88(2) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta' ħidma annwali PROGRESS tal-2010 u l-lista ta' attivitajiet skont is-sezzjoni tal-politika
Elizabeth Lynne
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta' ħidma annwali Progress tal-2010 u l-lista ta' attivitajiet skont is-sezzjoni tal-politika
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress[1],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta' ħidma annwali Progress tal-2010 u l-lista ta' attivitajiet skont is-sezzjoni tal-politika,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (il-Faċilità Mikrofinanzjarja ta' Progress) ( COM(2009)0333 ) u l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress ( COM(2009)0340 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 88(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Parlament Ewropew ma kkonkludiex l-eżami tal-proposti tal-Kummissjoni dwar il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament, billi l-Kummissjoni għandha toqgħod lura milli tadotta l-miżuri seċifiċi rigward l-allokazzjoni finanzjarja tal-Progress sa ma jkun konkluż il-proċess leġiżlattiv dawr il-Faċilità ta' Mikrofinanzjament,
1. Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta' ħidma annwali Progress tal-2010 u l-lista ta' attivitajiet skont is-sezzjoni tal-politika;
2. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni provduti fid-deċiżjoni ta' hawn fuq;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan ta' ħidma annwali Progress tal-2010 u l-lista ta' attivitajiet skont is-sezzjoni tal-politika u tressaq waħda ġdida lill-Kumitat hekk kif il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu laħqu qbil dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2009)0333 ) u l-proposta emendata ( COM(2009)0340 );
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.