<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>18.11.2009</Date><Ref>B7-0153/2009</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2009-0210" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2009-0210">B7&#8209;0210/2009</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2247">Mathieu Grosch</Author>, <Author id="96778">Artur Zasada</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="25718">Saïd El Khadraoui</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4243">Dirk Sterckx</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28238">Michael Cramer</Author>, <Author id="28463">Frieda Brepoels</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE428.771v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0153/2009</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsija orali tal-15 ta’ Ottubru 2009 lill-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta’ falliment tal-linja tal-ajru (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2009-0089" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2009-0089">O-0089/09</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2009-0210" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2009-0210">B7&#8209;0210/2009</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2027/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tirregola ċerti aspetti tan-negozju tal-vaganzi kollox kompriż u tipprevedi kumpens xieraq u r-ripatrijazzjoni tal-konsumaturi fil-każ ta’ falliment tal-kumpaniji tal-vaganzi kollox kompriż,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi r-Regolament (KE) Nru 2027/97 jistabbilixxi n-natura tar-responsabilità tat-trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti u arranġamenti ta’ kumpens għall-passiġġieri,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi r-Regolament (KE) Nru 785/2004 jistipula r-rekwiżiti tal-assigurazzjoni li għandhom jiġu ssodisfati mit-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi r-Regolament (KE) Nru 261/2004 jipprevedi kumpens u assistenza għall-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu abbord jew li t-titjiriet tagħhom jitħassru jew jittardjaw b’ħin twil,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jistabbilixxi regoli finanzjarji stretti għall-operaturi tal-ajruplani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi kien hemm tkabbir sostanzjali matul dawn l-aħħar għaxar snin fl-għadd ta’ kumpaniji ta’ trasport bl-ajru bl-irħis relattivament żgħar li jtiru lejn destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi kif ukoll fl-għadd ta’ passiġġieri li huma jġorru,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi kien hemm 77 falliment fis-settur tal-avjazzjoni matul l-aħħar disa’ snin, li wħud minnhom wasslu biex eluf ta’ passiġġieri tħallew l-art fid-destinazzjonijiet tagħhom u ma setgħux jużaw il-parti tar-ritorn tal-biljett tal-ajru tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jinnota li l-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati fir-rigward tal-fallimenti tal-linji tal-ajru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Ifakkar li l-Kummissjoni wettqet studju importanti tad-diffikultajiet li jikkonċernaw il-fallimenti tal-linji tal-ajru u tal-impatt tagħhom fuq il-passiġġieri u għaddiet ir-riżultati tiegħu lill-Parlament fi Frar 2009;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jinnota s-sejbiet ta’ dan l-istudju u l-firxa ta’ possibilitajiet li huwa jeżamina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Ifakkar, f’dan ir-rigward, li hemm numru ta’ possibilitajiet li l-Kummissjoni tista’ ssegwi sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru falluti, inkluża assigurazzjoni obligatorja għal-linji tal-ajru, arranġament ta’ assigurazzjoni volontarja għall-passiġġieri li l-linji tal-ajru jkunu meħtieġa li jipproponu lill-passiġġieri, u t-twaqqif ta’ fond ta’ garanzija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità ta’ proposta leġiżlattiva u tippreżentaha sal-1 ta’ Lulju 2010, jekk tqis li din tkun xierqa, li jkollha l-objettiv speċifiku li tipprevedi l-għoti ta' kumpens lill-passiġġieri tal-linji tal-ajru li jfallu u li tistabbilixxi arranġamenti finanzjarji u amministrattivi, inkluż il-prinċipju tar-responsabilità reċiproka għall-passiġġieri tal-linji tal-ajru kollha li jtiru fl-istess direzzjoni b’sits vojta, li jiżguraw ir-ripatrijazzjoni tal-passiġġieri li jitħallew l-art f’ajruport li ma jkunx dak ta’ fejn joqogħdu fil-każ li tfalli l-linja tal-ajru; jitlob lill-Kummissjoni sabiex, fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-pakketti ta’ vjaġġi (90/314/KE), tipproponi estensjoni għar-ripatrijazzjoni jew il-bdil tal-itinerarju għall-passiġġieri kkonċernati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-possibilità li dawn il-miżuri jiġu estiżi għal-linji tal-ajru li ma baqgħux joperaw u li kkawżaw lill-passiġġieri inkonvenjenzi simili għal dawk ikkawżati minn kumpaniji li jfallu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-possibilità tal-ħelsien rapidu tal-ajruplani ssekwestrati mill-entitajiet regolatorji nazzjonali sabiex dawn l-ajruplani jkunu jistgħu jintużaw biex il-passiġġieri li jitħallew l-art jittieħdu lura f’pajjiżhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>