<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>23.11.2009</Date><Ref>B7-0165/2009</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2009-0228" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2009-0228">B7&#8209;0228/2009</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4337">Alejandro Cercas</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28116">Marian Harkin</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4531">Jean Lambert</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28248">Gabriele Zimmer</Author> u <Author id="4466">Ilda Figueiredo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2950"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE432.781v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0165/2009</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-2008 dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Patt Globali dwar l-Impjiegi tal-2009 tal-ILO,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aġenda soċjali mġedda (COM(2008)412 finali),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport tiegħu dwar l-aġenda soċjali mġedda (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/INI-2008-2330" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/INI-2008-2330">2008/2330(INI)</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-valuri fundamentali tal-libertà, id-dinjità umana, il-ġustizzja soċjali, is-sigurtà soċjali u l-ugwaljanza huma elementi essenzjali tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi, fil-kriżi ekonomika u tal-impjiegi globali attwali, dawn il-prinċipji huma saħansitra aktar rilevanti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi għandha tiġi żgurata koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE u billi l-UE tinkoraġġixxi r-ratifikazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet tal-ILO esternament,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-argumenti soċjali b'saħħithom favur ir-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden lill-Presidenza fil-kariga biex tkun kemm jista' jkun ambizzjuża fil-mandat tagħha biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjonijiet aġġornati tal-ILO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni lill-Istati Membri biex tinkoraġġixxi r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjonijiet kollha li ġew ikklassifikati mill-ILO bħala aġġornati u biex tikkontribwixxi b'mod attiv għall-implimentazzjoni tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE.</p>
</Section></Motion>