<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>3.3.2010</Date><Ref>B7-0133/2010</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija b’talba għal tweġiba orali B7&#8209;0000/2010 – <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2010-0025" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2010-0025">O-0025/2010</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta’ Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="33570">Sharon Bowles</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2862"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE432.992v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0133/2010</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2009 dwar is-Samit tal-G20 ta' Londra tat-2 ta' April 2009<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <span font-style="italic">Testi adottati, </span><ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2009-0330" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2009-0330/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2009)0330</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Mexxejja maħruġa wara l-Laqgħa Għolja ta' Pittsburgh tal-Grupp tal-Għoxrin (G20) tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <span font-style="italic">Testi adottati, </span><ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2009-0028" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2009-0028/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2009)0028</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-komunikat tal-laqgħa tal-G20 f'St Andrews tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tas-7 ta’ Novembru 2009,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2009, u b’mod partikulari l-paragrafu 15 tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President Barroso tal-15 ta' Diċembru 2009 lill-Parlament Ewropew,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-ittra tat-18 ta’ Jannar 2010 mill-Ministru tal-Finanzi Svediż lill-Presidenza tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ tariffa ta’ stabilità fl-Istati Membri,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni (COM(2007)747),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta’ Frar 2010 lill-Kummissjoni dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2010-0025" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2010-0025">O-0025/2010</ANCHOR> – B7&#8209;0000/2010),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Parlament laqa’ l-ħidma investigattiva mibdija fil-livell tal-G20, wara s-Samit ta’ Pittsburgh f’Settembru 2009 fir-rigward ta’ qafas internazzjonali għal tassazzjoni tat-transazzjonijiet finanzjarji,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-Parlament talab progress rapidu biex jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b’mod ġust għall-irkupru ekonomiku u l-iżvilupp minħabba li hemm kostijiet u konsegwenzi sostanzjali li qed jinġarru mill-ekonomija reali, minn dawk li jħallsu t-taxxi, mill-konsumaturi, mis-servizzi pubbliċi u mis-soċjetà b’mod ġenerali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza tat-tiġdid tal-kuntratt ekonomiku u soċjali bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-soċjetà li huma jservu u l-importanza li jiġi żgurat li l-pubbliku jibbenefika fi żminijiet tajbin u jkun protett mir-riskju; billi l-Kunsill Ewropew ħeġġeġ, f’dan il-kuntest, lill-FMI biex fir-reviżjoni tiegħu jikkunsidra l-firxa sħiħa ta' għażliet, li jinkludu fost affarijiet oħra imposta globali fuq it-transazzjonijiet finanzjarji; billi, f’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jidentifikaw il-prinċipji ewlenin li l-arranġamenti globali l-ġodda jeħtieġu jirrispettaw,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi bosta Stati Membri talbu taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-inizjattivi regolatorji l-ġodda, bħalma huma azzjoni kontra r-rifuġji fiskali, it-tneħħija ta’ lakuni li ma jkunux evidenti fuq il-karta tal-bilanċ, rekwiżiti għal negozjar fil-kambju u l-użu ta’ repożitorji tal-kummerċ għar-reġistrazzjoni tad-derivattivi, biddlu b’mod ċar il-kuntest ta’ azzjoni politika f’dan il-qasam,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-Kummissjoni, wara l-kwistjonijiet li tqajmu fil-laqgħa bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kummissarju responsabbli għat-tassazzjoni fis-6 ta’ Ottubru 2009, u kif ikkonfermat mill-President Barroso fid-dikjarazzjoni tiegħu lill-Parlament fil-15 ta’ Diċembru 2009, qiegħda taħdem fuq ideat għal ‘finanzi innovattivi’ fil-kuntest tal-isfidi globali, inklużi taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, sabiex tressaq proposti fi żmien xieraq,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-FMI attwalment qed jiġbor opinjonijiet mill-pubbliku dwar il-kwistjoni tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju bħala parti mit-talba li saret mill-G20 fis-Samit ta’ Pittsburgh tal-24 u l-25 ta’ Settembru 2009,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi t-taxxi u l-imposti fuq it-transazzjonijiet finanzjarji jeżistu f’forom differenti fl-Istati Membri; billi dawn it-taxxi u sisa nazzjonali normalment ikopru biss it-transazzjonijiet ta’ assi partikulari; billi l-Belġju u Franza adottaw leġiżlazzjoni dwar taxxa fuq transazzjonijiet ta’ muniti fil-livell nazzjonali, iżda se jdaħħluha fis-seħħ biss jekk tkun implimentata fil-livel tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi, b’differenza minn forom ta’ taxxi oħrajn, it-taxxi indiretti fuq il-ġbir ta’ kapital, bħalma huma d-dazju kapitali, il-bolla fuq it-titoli u d-dazju fuq operazzjonijiet ta’ ristrutturar, joħolqu diskriminazzjoni, tassazzjoni doppja u diskrepanzi li jinterferixxu mal-moviment ħieles tal-kapital,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi kien hemm żieda kbira u rapida matul l-aħħar għaxar snin fil-volum ta’ transazzjonijiet finanzjarji meta mqabbel mal-volum ta’ kummerċ ta’ prodotti u servizzi, u dan jista’ jiġi spjegat, fost affarijiet oħrajn, bis-suq tad-derivattivi li qed jikber b’rata mgħaġġla ħafna,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi l-mexxejja tal-G20 għandhom responsabilità kollettiva biex jimmitigaw l-impatt soċjali tal-kriżi, kemm fl-istati membri tagħhom kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ntlaqtu b’mod qawwi bl-effetti indiretti tal-kriżi; billi taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-kostijiet iġġenerati mill-kriżi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha taqbel dwar pożizzjoni komuni fil-qafas internazzjonali tal-laqgħat tal-G20 fir-rigward tal-possibilitajiet dwar kif is-settur finanzjarju għandhu jikkontribwixxi b’mod ġust u sostanzjali sabiex iħallas għal kwalunkwe piż li kkawża lill-ekonomija reali jew li huwa assoċjat mal-intervenzjonijiet tal-gvernijiet biex is-sistema bankarja tistabbilizza ruħha; huwa tal-fehma li l-UE , b’mod parallel u konsistenti mal-ħidma tal-G20, għandha tiżviluppa l-istrateġija tagħha stess fir-rigward tal-firxa ta’ għażliet possibbli għal azzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Iqis li, sabiex tintlaħaq pożizzjoni koerenti tal-UE bbażata fuq analiżi oġġettiva, il-Kummissjoni għandha telabora, biżżejjed minn qabel is-Samit tal-G20 li jmiss, valutazzjoni tal-impatt ta’ taxxa globali fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, filwaqt li tesplora kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni tagħha, tqis bir-reqqa dawn l-aspetti li ġejjin:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(a) l-esperjenzi tal-passat fir-rigward tat-taxxi fuq it-transazzjonijiet, speċjalment f’termini ta’ tendenzi ta’ evażjoni fiskali u migrazzjoni ta’ kapital jew forniment ta’ servizz għal lokazzjonijiet alternattivi, speċjalment l-impatt ta’ dawn it-taxxi fuq l-investituri individwali u fuq l-SMEs;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(b) il-benefiċċji u l-iżvaantaġġi tal-introduzzjoni ta’ taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni Ewropea biss, meta mqabbla mal-introduzzjoni tagħhom fil-livell globali u meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(c) il-potenzjal li jiġi ġġenerat biżżejjed dħul apparagun ta’ sorsi oħrajn ta’ dħul fiskali, l-ispejjeż ta’ ġbir u d-distribuzzjoni tad-dħul bejn il-pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(d) il-fatt li, fil-valutazzjoni tad-dħul potenzjali mit-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji f'livell globali jew f'dak Ewropew, għandhom jitqiesu l-għażliet ta' tfassil differenti, filwat li tiġi kkwantifikata ż-żieda fl-ispejjeż tat-transazzjonijiet fis-swieq kollha potenzjalment ikkonċernati (transazzjoni fuq kambju organizzat, tranżazzjonijiet direttament bejn żewġ partijiet (<span font-style="italic">over-the-counter</span>)) u għal transazzjonijiet bejn negozju u ieħor (B2B) u bejn in-negozji u l-konsumaturi (B2C);</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(e) il-fatt li l-valutazzjoni għandha tqis ukoll il-potenzjal tal-possibilitajiet differenti li jaffettwaw kemm il-livelli tal-prezzijiet u kemm l-istabilità fuq perjodu ta’ żmien qasir u anke fit-tul, kif ukoll il-likwidità u t-transazzjonijiet finanzjarji;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(f)  kif jeħtieġ li titfassal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji sabiex jiġu mitigati l-effetti sekondarji negattiva li normalment huma assoċjati mat-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(g) sa liema punt taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji f'termini tal-effetti tagħha fuq l-eċċessività ta’ kummerċ fuq perjodu ta’ żmien qasir, l-ispekulazzjoni u fuq it-trasparenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">(h) jekk taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tistax tevita kriżi finanzjarja futura billi tkun immirata lejn ċerti tipi ta’ transazzjonijiet ‘mhux mixtieqa’; li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni għandha imperattivament tevita li tnaqqas il-kompetittività tal-UE jew li xxekkell l-investiment sostenibbli, l-innovazzjoni u t-tkabbir, li huma ta’ benefiċċju għall-ekonomija reali u għas-soċjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jenfasizza l-importanza li titqies in-neċessità li s-settur bankarju jibni kapital b’saħħtu, sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tas-sistema bankarja fir-rigward tal-finanzjament tal-investimenti fl-ekonomija reali; u li jiġi evitat teħid ta’ riskju eċċessiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jivvalutaw il-potenzjal tal-kontribuzzjoni ta’ possibilitajiet differenti ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jivvalutaw sa liema punt il-possibilitajiet ikkunsidrati jistgħu jintużaw ukoll bħala mekkaniżmi finanzjarji innovattivi biex jiġi pprovdut appoġġ kemm għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni ta’ dan it-tibdil għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll għall-finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>