<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>3.3.2010</Date><Ref>B7-0139/2010</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-diżastri naturali kbar fir-Reġjun Awtonomu ta' Madejra u fi Franza</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97131">Giommaria Uggias</Author> u <Author id="4335">Marielle De Sarnez</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE432.998v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0139/2010</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-diżastri naturali kbar fir-Reġjun Awtonomu ta' Madejra u fi Franza</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2005-0108" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2005-0108">COM(2005)0108</ANCHOR>) u l-pożizzjoni tal-Parlament tat-18 ta' Mejju 2006<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2006-0218" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2006-0218/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2006)0218</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (COM(2009)82),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi d-diżastri naturali kbar li laqtu lil Madejra fl-20 ta' Frar u lil Franza fis-27 ta' Frar, b'xita eċċessiva u bla preċedenti, irwiefen qawwija u mewġ enormi, u li f'Madejra kkawża l-mewt ta' mill-inqas 48 ruħ, 32 għebu, 370 persuna spustata u madwar 70 ruħ midruba; u fi Franza, b'mod partikolari fl-erba' reġjuni Charente-Maritime, Vendée, Deux-Sèvres e Vienne, il-mewt ta' mill-inqas 51 ruħ, bosta nies li għebu u eluf ta' nies li sfaw bla dar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi dan id-diżastru kkawża tbatija u danni psikoloġiċi irreparabbli lill-familji tal-vittmi u lill-popolazzjoni milquta,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C.  billi d-diżastru kkawża qerda fuq skala kbira, bi ħsarat sinifikanti lill-infrastrutturi pubbliċi - fosthom it-toroq, il-provvista tal-ilma, l-elettriku, l-impjanti sanitarji u t-telekomunikazzjonijiet - kif ukoll lill-bini privat, stabbilimenti kummerċjali, l-industriji, u r-raba' u għamel ukoll ħsara lill-wirt naturali u kulturali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi d-diżastru jirriskja li jipproduċi konsegwenzi ekonomiċi u soċjali fit-tul,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi jeħtieġ li ż-żoni milquta mid-diżastru jitnaddfu u jerġgħu jinbnew, kif ukoll jirkupraw il-potenzjal produttiv tagħhom u jiġu kkumpensati l-ispejjeż soċjali kkawżati mid-diżastru,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jesprimi l-mogħdrija u s-solidarjetà tiegħu mal-popolazzjonijiet milquta, partikolarment, jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Juri l-ammirazzjoni tiegħu lill-iskwadri ta' tiftix u salvataġġ li ħadmu ma waqfien biex isalvaw lin-nies u jillimitaw id-danni umani u materjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jinnota li l-ħsara kkawżata mid-diżastri naturali setgħet aktarx ġiet evitata, almenu parzjalment, u li dan imissu jagħti inċentiv biex jiġu żviluppati u implimentati politiki ta' prevenzjoni u leġiżlazzjoni adegwata fil-qasam tal-kostruzzjoni urbana ma' xatt il-baħar,  il-bini ta' digi, kif ukoll fil-qasam tal-konservazzjoni u sfruttament adegwat tal-art, prattiki agrikoli u ta' foresterija sostenibbli u ġestjoni tar-riskji effikaċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi mill-aktar fis possibbli, malli l-Gvernijiet tal-Portugall u ta' Franza jkunu ppreżentaw it-talbiet tagħhom, l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-mobilitazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea bl-aktar mod urġenti u flessibbli u fl-akbar miżura possibbli, b'kunsidrazzjoni tal-ispeċifiċità tar-reġjuni Franċiżi kkonċernati u tal-fraġilità ta' Madejra billi hija reġjun insulari u ultraperiferiku, bil-għan li l-vittmi ta' dan id-diżastru jiġu megħjuna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-Istati Membri biex jeżaminaw il-ħtieġa li jsiru investimenti fit-tul f'politiki ta' prevenzjoni ta' dawn id-diżastri u jiġu limitati l-ħsarat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw lill-operaturi ekonomiċi milquta mid-diżastru, bħall-bdiewa, is-sajjieda u l-imprendituri tal-akkwakultura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-gvern tar-Reġjun Awtonomu ta' Madejra.</p>
</Section></Motion>