Dokument ta' sessjoni

 

17.3.2010                                                                                                               B7‑0221/2010

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

imressqa skont l-Artikolu 58 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura

dwar il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa

(COM2009)0665 – ‘omnibus’

Il-Konferenza tal-Presidenti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa

(COM2009) – ‘omnibus’

Il-Parlament Ewropew,

–         wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Dicembru 2009,

 

–         wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa ( COM(2009) 665 ),

 

–         wara li kkunsidra l-ittri ta' konsultazzjoni mill-ġdid tal-Kunsill...,

 

–         wara li kkunsidra l-istqarrija tal-President tal-15 ta' Diċembru 2009 fis-seduta plenarja,

 

–         wara li kkunsidra l-Artikoli 58 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

–         wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, u b'mod partikolari l-paragrafu 75 tiegħu,

 

–         wara li kkunsidra l-iscreening mill-kumitati parlamentari tal-proposti pendenti kollha u r-riżultati tiegħu, li ġew miġbura mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fit-8 ta' Frar 2010,

 

–         wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-4 ta' Marzu 2010 li tikkonferma r-riżultati tal-proċess ta' screening,

 

A.       billi l-Parlament Ewropew ivverfika l-kompletezza tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll il-korrettezza tagħha, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-bażi legali u l-proċedura skont it-Trattat ta' Lisbona indikati mill-Kummissjoni fil-listi tagħha,

 

1.        Jikkunsidra li t-Trattat ta' Lisbona jistabbilixxi qafas legali ġdid li jeffettwa l-fajls pendenti, b'mod partikulari minħabba l-bidliet li saru għall-bażi legali tagħhom u/jew għall-proċeduri relevanti u għalhekk, jinnota l-lista li ġejja tas-17-il proċedura li għalihom jixtieq li jkun hemm proposta ġdida jew proposta emendata, jew, fejn xieraq, konsultazzjoni mill-ġdid mill-Kunsill tal-Ministri sabiex jitqies kif dovut il-qafas ġdid; jistieden liż-żewġ Istituzzjonijiet sabiex jaċċettaw dawn it-talbiet:

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) li jimplimenta skont id-Deċiżjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea Nru 3/80 tal-KEE - Kunsill ta' Assoċjazzjoni tat-Turkija, l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u membri tal-familji tagħhom, 1983/1101(CNS)

 

-       Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni komplimentari, 2005/0214(COD) ,

 

-       Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-ġlieda kontra l-mard newrodeġenerattiv, b’mod partikolari l-marda ta’ Alzheimer, permezz ta’ programmazzjoni konġunta tal-attivitajiet tar-riċerka, ( 2009/0113(CNS) ,

 

-       Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill (KE) Nru ... / .... li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu (verżjoni kkodifikata), 2008/0264 (CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/94 rigward it-tul tal-mandat tal-President tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern, 2005/0077(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2965/94 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, rigward it-tul tal-mandat tad-Direttur, 2005/0079(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1035/97 li jwaqqaf Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija, rigward it-tul tal-mandat tad-Direttur, 2005/0080(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 rigward it-tul tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tas-Sorveljanza tal-GNSS, 2005/0084(CNS),

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut ta' kumpanija privata Ewropea, 2008/0130(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni li jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, 2009/0033(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja, 2009/0114(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1104/2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), 2009/0136(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi, 2008/0112(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-Euro u t-trattament ta’ muniti tal-Euro li m’humiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni, 2009/0128(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-ftehim interim bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Bjelorussja fuq in-naħa l-oħra, dwar il-kummerċ u kwistjonijiet li jirrigwardaw kummerċ, 1996/0053(CNS) ,

 

-       Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali, 2006, 2006/0263(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2100/94 dwar it-tul tal-mandat tal-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, 2005/0078(CNS) ;

 

2.        Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu dwar id-29 proċedura li ġejjin li qed jinbidlu skont it-Trattat ta' Lisbona minn konsultazzjoni għal proċedura leġiżlattiva ordinarja, minn konsultazzjoni għal kunsens u minn kunsens ghal approvazzjoni:

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar id-Djalogu Politiku u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubbliki ta' Kosta Rika, El Salvador, Gwatemala, Ħonduras, Nikaragwa u Panama, min-naħa l-oħra, 2003/0266(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehima ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Komunità Andina u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubbliki tal-Bolivja, tal-Kolombja, tal-Ekwador, tal-Perù u r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, min-naħa l-oħra, 2003/0268(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, 2008/0183(CNS)

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att finali, 2007/0171(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom, 2007/0152(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Komunità Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni 188), 2008/0107(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Protokoll mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, 2008/0171(CNS) ,

 

-       Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI GATS mal-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja mal-Unjoni Ewropea, 2007/0055(CNS) ,

 

-       Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Qafas ta’ Ftehim għall-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, bħala parti, u r-Repubblika tal-Korea, bħala l-parti l-oħra, biex tiġi meħuda in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea, 2005/0121(CNS) ,

 

-       Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u it-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, 1998/0304(CNS) ,

 

-       Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, 2007/0083(AVC) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Istati CARIFORUM, fuq in-naħa l-oħra, 2008/0061(AVC) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-Kosta tal-Avorju, fuq in-naħa l-oħra, 2008/0136(AVC) ,

 

-        Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati, 2007/0115(AVC) ,

 

-       Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, 2005/0089(CNS) ,

 

-       Proposta għal Direttiva tal-Kunsill …/…/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata), 2008/0039(CNS) ,

 

-       Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju (verżjoni kkodifikata), 2008/0037(CNS) ,

 

-       Proposta għal direttiva tal- Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata), 2008/0253(CNS) ,

 

-       Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-privattiva Komunitarja, 2000/0177(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Reppublika tal-Albanija dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, 2005/0143(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea l-Bożnja u Ħerżegovina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, 2005/0143(CNS)

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Serbja u Montenegro dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru, 2005/0141(CNS) ,

 

-       Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Multilaterali bejn ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, is-Serbja u l-Montenegro, ir-Rumanija u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar it-Twaqqif ta’ Żona Ewropea ta’ Avjazzjoni Komuni (ECAA), 2006/0036(CNS) ,

 

-       Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, 2006/0048(CNS) ,

 

-       Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati membri tal-Unjoni ewropea, Imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill Dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra, 2006/0058(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kooperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, 2007/0111(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati, 2008/0111(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport), 2008/0262(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999, 2009/0121(CNS) ;

 

3.        Jiddeċiedi li ma jikkonfermax il-pożizzjonijiet diġà meħuda dwar l-4 proċeduri li ġejjin u jenfasizza li jixtieq li jerġa' jkun hemm l-ewwel qari tal-proposta oriġinali:

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Komunità Ewropea u dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħha, 2009/0085(CNS) ,

 

-       Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/109/KE biex testendi l-ambitu tal-applikazzjoni għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, 2007/0112(CNS) ,

 

-       Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jgħixu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru kif ukoll dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema minn pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru, 2007/0229(CNS) ,

 

-       Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Network ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN), 2008/0200(CNS)

 

4.        Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill tal-Ministri, u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti tal-Istati Membri.