<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>5.7.2010</Date><Ref>B7-0413/2010</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l&#8209;Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97017">Ulrike Lunacek</Author>, <Author id="28409">Raül Romeva i Rueda</Author>, <Author id="96728">Barbara Lochbihler</Author>, <Author id="96739">Reinhard Bütikofer</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE442.011v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0413/2010</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonjiet ta' Tferrix (CCM) adottata minn 107 pajjiżi fil-konferenza diplomatika li saret f'Dublin mid&#8209;19 sat 30 ta' Mejju 2008,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-messaġġ tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-30 ta' Mejju 2008, li fih ħeġġeġ 'lill-Istati biex jiffirmaw u jirratifikaw dan il-ftehim importanti mingħajr dewmien', u fejn stqarr li jistenna bil-ħerqa 'd-dħul fis-seħħ tiegħu fi żmien qasir',</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal&#8209;20 ta’ Novembru 2008 dwar il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-tip Cluster (<ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0565" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0565/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2008)0565</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal 10 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP (<ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0061" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0061/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2010)0061</ANCHOR>)</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l&#8209;Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi s-CCM ilha miftuħa għall-iffirmar mit&#8209;3 ta' Diċembru 2008 f'Oslo, u wara fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York, u billi se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara t-tlettax-il ratifika, li se jaħbat l&#8209;1 ta' Awwissu 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi s-CCM se tipprojbixxi l-użu, il-produzzjoni, il-ħżin u t-trasferiment tal-munizzjonijiet ta' tferrix bħala kategorija sħiħa ta' armi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi s-CCM se tesiġi li l-istati kontraenti jeqirdu l-ħażniet ta' dan it-tip ta' munizzjon,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi s-CCM se tistabbilixxi standard umanitarju ġdid għall-assistenza tal-vittmi u tobbliga lill-Istati biex inaddfu l-fdalijiet mhux sploduti ta' munizzjonijiet tat-tferrix li tħallew wara l-kunflitti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi sal-lum għoxrin Stat Membru tal-UE ffirmaw, ħdax irratifikaw, u sebgħa la ffirmaw u lanqas irratifikaw is-CCM,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi wara d-dħul fis-seħħ tas-CCM fl&#8209;1 ta' Awwissu 2010 l-proċess tal-adeżjoni mal-konvenzjoni se jsir aktar esiġenti minħabba li l-Istati se jkun jeħtiġilhom jaderixxu mal-Konvenzjoni fi proċess ta' pass wieħed biss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-appoġġ tal-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE u għadd enormi ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kien deċiżiv biex is-CCM tikkonkludi b'suċċess il-'Proċess ta' Oslo', </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-iffirmar u r-ratifika mis&#8209;27 Stat Membru kollha tal-UE qabel id-dħul fis-seħħ tas-CCW fl&#8209;1 ta’ Awwissu 2010 jkunu jirrappreżentaw sinjal politiku qawwi favur dinja ħielsa mill-munizzjonijiet ta' tferrix u l-objettivi tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi li joqtlu b’mod indiskriminat, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jiffirmaw u jirratifikaw is-CCM b'urġenza, preferibbilment qabel l&#8209;1 ta’ Awwissu 2010, inklużi l-Istati mhux firmatarji l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Istati li ffirmaw iżda li għadhom ma rratifikawx jiġifieri l-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u l-Isvezja; iżomm quddiem għajnejh li s-CCM tidħol fis-seħħ fl&#8209;1 ta' Awissu 2010 u li wara dik id-data l-Istati se jkun jeħtiġilhom jaderixxu mal-Konvenzjoni fi proċess ta' pass wieħed biss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE li ffirmaw il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix biex jieħdu kull opportunità sabiex iħeġġu lil Stati li mhumiex partijiet fis-CCM biex jiffirmaw u jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni mill-aktar fis possibbli, inkluż permezz ta' laqgħat bilaterali, djalogu bejn is-servizzi militari u fora multilaterali, kif għandhom l-obbligu jagħmlu skont l Artikolu 21 tal-Konvenzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex ma jieħdu l-ebda azzjoni li tista' twassal biex ikunu evitati jew ipperikolati s-CCM u d-dispożizzjonijiet tagħha; b'mod partikolari, jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE biex la jadottaw, la japprovaw jew lanqas sussegwentement iħallu li jintrabtu bi protokoll possibbli għal Konvenzjoni dwar l-Armi Konvenzjonali (CCW) li jippermetti l-użu ta' munizzjonijiet ta' tferrix li ma jkunx kompatibbli mal-projbizzjoni ta' dan it-tip ta' munizzjon skont l&#8209;Artikoli 1 u 2 tas-CCM; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE biex jaġixxu rispettivament fil-laqgħa li jmiss tas-CCW mit-30 ta' Awwissu sat-3 ta' Settembru 2010 f'Ġinevra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE li għadhom mhux parti f'din il-Konvenzjoni biex jieħdu passi interim fl-istennija tal-adeżjoni, inkluż li jadottaw moratorju fuq l-użu, il-produzzjoni u t-trasferiment tal-munizzjonijiet ta' tferrix u li jibdew b'urġenza jeqirdu l-ħażniet ta' munizzjonijiet ta' tferrix;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Iħeġġeġ lill-Istati kollha biex jipparteċipaw fl-Ewwel Laqgħa tal-Istati Partijiet (1MSP) li ġejja li għandha ssir bejn it&#8209;8 u t&#8209;12 ta' Novembru 2010 fi Vientiane, Laos, il-pajjiż l-aktar kontaminat bil-munizzjonijiet ta' tferrix fid-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jieħdu passi ħalli jibdew jimplimentaw il-Konvenzjoni inkluż billi jeqirdu l-ħażniet, iwettqu t-tindif u jipprovdu għajnuna lill-vittmi, u jikkontribwixxu għall-finanzjament jew għal forom differenti ta' assistenza lil stati oħrajn biex jimplimentaw il-Konvenzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE li ffirmaw il-Konvenzjoni biex jgħaddu leġiżlazzjoni li timplimentaha fil-livell nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tagħmel kull sforz ħalli twettaq l-adeżjoni tal-Unjoni mas-CCM, li hija possibbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tagħmel kull sforz bil-għan li tiżviluppa strateġija għall-ewwel konferenza ta' reviżjoni fil-forma ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu l-projbizzjoni tal-munizzjonijiet ta' tferrix bħala klawsola standard fi ftehimiet ma' pajjiżi terzi minbarra l-klawsola standard dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jintroduċu l-ġlieda kontra l-munizzjonijiet ta' tferrix fil-programmi Komunitarji ta' għajnuna biex jirfdu lil pajjiżi terzi fil-qerda tal-ħażniet u fl-assistenza umanitarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex ikunu trasparenti dwar l-isforzi tagħhom skont din ir-riżoluzzjoni u biex jirrappurtaw pubblikament dwar l-attivitajiet tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Koalizzjoni kontra l-Munizzjonijiet ta' Tferrix.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>