<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>18.10.2010</Date><Ref>B7-0571/2010</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> biex tingħalaq id-diskussjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà </p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</p>
</Title><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> Johannes Cornelis van Baalen, Adina-Ioana Vălean, Ramon Tremosa i Balcells, Kristiina Ojuland, Marielle De Sarnezf'isem il-Grupp ALDE </span></p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE450.387v◄►</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0571/2010</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukraina, </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra s-Sħubija tal-Lvant imnedija fi Praga f' Mejju 2009,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-konklużjoniet tiegħu tas-Samit UE-Ukraini li sar fi Kiev fl-4 ta' Diċembru 2009 u l-preparazzjonijiet għas-Samit li jmiss UE-Ukraina fi Brusell fit-22 ta' Novembru 2010,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u l-Ukraina li sar f' Marzu 2010,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u ta' Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998 u n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (FA) maħsub biex jissostitiwixxi l-FSK,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-Aġenda tal-Assoċjazzjoni UE-Ukraina u l-prijoritajiet tagħha għall-2010,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar il-faċilizzazzjoni tal-viżi ffirmat fit-18 ta' Ġunju 2007 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="35.25pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.25pt">–   wara li kkunsidra l-liġi ġdida dwar elezzjonijiet lokali adottati mill-Verkhovna Rada fl-Lulju 2010,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukraina tal-1 ta' Ottubru 2010 li ħassret ir-riformi kostituzzjonali tal-2004 u reġgħet stabbiliet il-poteri presidenzjali,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-elezzjonijiet elettorali li ġejjin fl-Ukraina fil-31 ta' Ottubru 2010,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">-<span padding-left="11.25pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">A.<span padding-left="6.75pt"> </span>billi l-Parlament Ewropew għadu impenjat bis-sħiħ biex japprofondixxi u jiżviluppa aktar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant li ma jeskludix l-perspettiva futura ta' sħubija sħiħa mal-UE bi qbil mal-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">B.<span padding-left="7.5pt"> </span>billi l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fis-17 ta' Jannar u s-7 ta' Frar 2010 kienu tista' tgħid konformi ma' standards internazzjonali, filwaqt li l-elezzjonijiet lokali li ġejjin u li se jsiru fil-31 ta' Ottubru 2010 għandhom ikomplu jsaħħu l-kredenzjali demokratiċi tal-Ukraina,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">C.<span padding-left="6.75pt"> </span>billi l-Unjoni Ewropea hija favur  Ukraina li taħdem għall-implimentazzjoni ta' prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-awtoritajiet tal-Ukraina għandhom juru impenn bla heda favur it-tħaddin ta' dawn il-prinċipji sabiex tinkiseb stabbilità politika akbar fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">D.<span padding-left="6.75pt"> </span>billi n-negożjati għat-twaqqif ta' Ftehim għal Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv (DCFTA) qed joffru opportunità sabiex ikompli jisseddaq il-potenzjal tar-relazzjonijiet ekonomiċi UE-Ukraina, </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">E.<span padding-left="8.25pt"> </span>billi l-adeżjoni tal-Ukraina mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija hija ta' importanza kbira għall-partijiet kollha,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">F.<span padding-left="8.25pt"> </span>billi s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukraina tal-1 ta' Ottubru 2010 terġa' tistabbilixxi s-sistema presidenzjali ta' governanza; billi t-twaqqif ta' sistema ta' kontrolli u bilanċi li tkun demokratika, effettiva u sostenibbli għandha tibqa' prijorità u l-proċess sabiex jinkiseb dan għandu jibqa' miftuħ, inklussiv u aċċessibbli għall-partiti politiċi u l-atturi kollha fl-Ukraina,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">G.<span padding-left="6.75pt"> </span>billi l-istabbilità politika domestika tal-Ukraina u l-iffukar fuq riforma interna huma prirekwiżit għal aktar żvilupp fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina; billi s-Sħubija tal-Lvant tibbenefika mill-impenn tal-awtoritajiet tal-Ukraina sabiex jaħdmu favur it-twettiq tal-objettivi tagħha skont l-erba' pjattaformi tematiċi, </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">H.<span padding-left="6.75pt"> </span>billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina għandu jservi bħala strument tal-proċess ta' riforma u jagħti rwol aqwa lis-soċjetà ċivili,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">1.<span padding-left="9pt"> </span> Jirrikonoxxi li l-Ukraina, bħala pajjiż Ewropew, għandha sehem mill-istorja u l-valuri komuni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukraina, Jappoġġa aktar tisħiħ tar-relazzjonijiet UE-Ukraina u jistenna li jkun hemm aktar progress fl-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma fl-Ukraina bl-għan li l-Ukraina titqarreb lejn l-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">2.<span padding-left="9pt"> </span> Jilqa' bi pjaċir il-kooperazzjoni li qed tkompli bejn l-UE u l-Ukraina fuq firxa komprensiva ta' setturi; jirrikonoxxi l-importanza ta' Standby Arrangement miftiehem mal-IMF li l-UE qed tikkomplimenta u tappoġġa permezz ta' assistenza makrofinanzjarja, jistenna l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu fl-interess tal-istabbilità ekonomika; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">3.<span padding-left="9pt"> </span> Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-liġi dwar il-funzjnament tas-suq tal-gass kif ukoll il-passi mill-Ukraina sabiex tiffinalizza l-proċess ta' Adeżjoni mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija u l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija tal-Ukraina; Jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-modernizzazzjoni sħiħa tas-settur tal-enerġija fl-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">4.<span padding-left="9pt"> </span> Jenfasizza l-bżonn ta' stabilizzazzjoni politika u ekonomika, partikolarment permezz ta' proċess ta' riforma kostituzzjonali, konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt u sforzi mġedda sabiex jikkumbattu l-korruzzjoni u jtejbu l-klima tal-kummerċ u l-investiment;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">5.<span padding-left="9pt"> </span> Japprova l-prijoritajiet għall-2010 tal-Aġenda tal-Asssoċjazzjoni UE-Ukraina u jistenna li jkun hemm progress ġenwin fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-indipendenza tal-ġudikatura u ta' djalogu politiku akbar;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">6.<span padding-left="9pt"> </span> Jirrikonoxxi s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukraina u jiddispjaċih li r-riforma Kostituzzjonali meħtieġa ġiet implimentata mingħajr proċess politiku inklussiv li jikkonsidra l-fehma tal-partijiet kollha, inkluża l-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">7.<span padding-left="9pt"> </span> Jiddispjaċih li r-regoli tal-elezzjonijiet għadhom suġġett ta' diskussjoni u jinnota l-fatt li l-ligi elettorali eżistenti, kif emendata f'Awwissu 2009, hija meqjusa bħala pass lura mill-OSCE/ODHIR meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni preċedenti, hekk li tirriżulta f'qafas legali inkomplet u mhux ċar; jinkoraġġixxi għalhekk lill-awtoritajiet tal-Ukraina sabiex jirrevedu u jikkompletaw il-leġiżlazzjoni elettorali fi proċess li tkun involuta fih l-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">8.<span padding-left="9pt"> </span> Jenfasizza li l-elezzjonijiet lokali tal-31 ta' Ottubru 2010 huma importanti għall-Ukraina u kif jitmexxew għandu juri li l-Ukraina qed tkompli fil-progress ta' organizzazzjoni ta' elezzjonijiet konformi ma' standards internazzjonali; Jenfasizza li kif jitmexxew dawn l-elezzjonijiet se jkun test għall-gvern attwali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">9.<span padding-left="9pt"> </span> Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti li l-Liġi għall-Elezzjonijiet Lokali tillimita l-possibiltajiet li jiġu eletti għadd ta' partiti stabbiliti reċentement, filwaqt li toħloq vantaġġi għall-partiti diġà stabbiliti; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">10.<span padding-left="3pt"> </span> Jenfasizza l-importanza tal-midja indipendenti u jitlob li jkun hemm investigazzjoni u evalwazzjoni indipendenti sabiex jiċċaraw rapporti li hemm rabta mill-qrib bejn l-awtorirtajiet u l-ġestituri ta' fornituri ta' midja, it-trażżin ta' ġurnaliżmu investigattiv minn uffiċjali esekuttivi tal-midja u theddid fiżiku kontra ġurnalisti indipendenti;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">11.<span padding-left="3pt"> </span> Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex ikomplu għaddejjin b'aktar preparazzjonijiet għal Ftehim ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Qawwi u Komprensiv (DCFTA) filwaqt li jitqies il-bżonn li jisseddqu r-relazzjonijiet ekonomiċi; jenfaissa li l-iffinalizzar tad-DCFTA qabel is-Samit UE-Ukraina f'Novembru 2010 mhuwiex għan fih innifsu u għalhekk għandu jikkunsidra żviluppi fl-Ukraina u l-impenji tagħha favur id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">12.<span padding-left="3pt"> </span> Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex itennu r-rieda tajba tal-UE sabiex tgħin lill-Ukraina fl-implimentazzjoni tal-impenji tagħha permezz ta' strumenti proposti mis-Sħubija tal-Lvant u l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">13.<span padding-left="3pt"> </span> Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-President, Gvern u Parlament tal-Ukraina.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>