<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>3.11.2010</Date><Ref>B7-0604/2010/rev.2</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi, u dwar ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jinfetħu n-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96761">Axel Voss</Author>, <Author id="96978">Nuno Melo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE-DE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96932">Birgit Sippel</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28266">Sophia in 't Veld</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96736">Jan Philipp Albrecht</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4542">Timothy Kirkhope</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96821">Rui Tavares</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2950"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE450.422/rev.2v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0604/2010</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi, u dwar ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jinfetħu n-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 16 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha, u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikulari l-Artikoli 6, 8 u 13 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Pasiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/malmstrom/archive/COMM_NATIVE_COM_2010_0492_F_EN_COMMUNICATION.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/malmstrom/archive/COMM_NATIVE_COM_2010_0492_F_EN_COMMUNICATION.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill li tawtorizza li jinfetħu negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja għat-trasferiment u l-użu ta’ dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati transnazzjonali serji oħrajn,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill li tawtorizza li jinfetħu negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja għat-trasferiment u l-użu ta’ dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati transnazzjonali serji oħrajn,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill li tawtorizza li jinfetħu negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada għat-trasferiment u l-użu ta’ dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati transnazzjonali serji oħrajn,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-protezzjoni ta' data personali meta din tkun ittrasferita u pproċessata għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġuridika f'materji kriminali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   –   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni tad-data tal-PNR bejn l-UE u l-Istati Uniti, b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar it-tnedija ta' negozjati għal ftehimiet dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN</span></a> </p>
</footnote>, tat-13 ta' Marzu 2003 dwar it-trasferiment ta' data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta' titjiriet transatlantiċi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_1#def_1_1" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_1#def_1_1</span></a> </p>
</footnote>, u r-riżoluzzjoni tad-9 ta' Ottubru 2003 dwar it-trasferiment ta' data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta' titjiriet transatlantiċi: is-sitwazzjoni tan-negozjati mal-Istati Uniti<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_2#def_1_2" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_2#def_1_2</span></a> </p>
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-livell adegwat ta' protezzjoni provdut mid-data personali misjuba fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNRs) trasferiti lejn il-Bureau of Customs and Border Protection tal-Istati Uniti<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_3#def_1_3" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_3#def_1_3</span></a> </p>
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tas-7 ta' Settembru 2006 dwar in-negozjati għal ftehima mal-Istati Uniti dwar l-użu tad-data tar-rekords ta’ ismijiet ta’ passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u r-reati transnazzjonali, inkluża l-kriminalità organizzata, u għall-ġlieda kontrihom<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_4#def_1_4" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_4#def_1_4</span></a> </p>
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tal-14 ta’ Frar 2007 dwar is-SWIFT, il-ftehima dwar il-PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_5#def_1_5" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_5#def_1_5</span></a> </p>
</footnote>, u r-riżoluzzjoni tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar il-ftehim PNR mal-Istati Uniti<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_6#def_1_6" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_6#def_1_6</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   –   wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni biex jiġi konkluż il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR), minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_11#def_1_11" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_11#def_1_11</span></a> </p>
</footnote> u biex jiġi konkluż il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="left"> <a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_12#def_1_12" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2010-0144+0+DOC+XML+V0//EN&amp;language=EN#def_1_12#def_1_12</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data tal-PNR lil pajjiżi terzi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi t-Trattat ta' Lisbona, li jemenda t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret torbot mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi fis-26 ta’ Mejju 2010 l-Kummissjoni ppreżentat ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill biex tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-protezzjoni ta' data personali meta din tkun ittrasferita u pproċessata għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġuridika f'materji kriminali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona l-Parlament qed jintalab biex jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehimiet bejn l-UE u, rispettivament, l-Istati Uniti u l-Awstralja, dwar it-trasferiment ta’ data tal-PNR, bil-għan li jiġu konklużi dawn il-ftehimiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi fil-5 ta’ Mejju 2010 l-Parlament iddeċieda li jipposponi l-votazzjoni dwar it-talba għall-approvazzjoni għall-ftehimiet mal-Istati Uniti u mal-Awstralja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-kommunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi, u dwar ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jinfetħu n-negozjati bejn l-UE u l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti jirriflettu elementi importanti li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada dwar it-trasferiment tal-PNR m’għadux validu, minħabba li skadiet id-Deċiżjoni ta’ Adegwadezza f’Settembru 2009, u t-trasferiment tad-data tal-PNR minn dik id-data ’l quddiem seħħ fuq il-bażi ta’ negozjati unilaterali mill-Kanada mal-Istati Membri,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi pajjiżi terzi oħra diġà qed jitolbu t-trasferiment tad-data tal-PNR, jew ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan fil-futur qarib,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi fiż-żminijiet diġitali tagħna, il-protezzjoni tad-data, id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva, id-drittijiet personali u d-dritt għall-privatezza saru valuri li għandhom rwol dejjem qed jikber u għalhekk għandhom jiġu protetti b’attenzjoni speċjali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi, f’dinja fejn il-mobilità hija essenzjali, is-sigurtà akbar u l-isforzi mtejba biex jiġu miġġielda l-kriminalità serja u t-terroriżmu għandhom imorru id f’id ma’ skambji aktar effettivi, iffukati u rapidi tad-data kemm fl-Ewropa kif ukoll fil-livell dinji,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu li jiġġieled kontra t-terroriżmu u kontra l-kriminalità organizzata u transnazzjonali, u fl-istess ħin fit-twemmin sod tiegħu fil-ħtieġa li jitħarsu l-libertajiet ċivili u d-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet għall-privatezza, għall-awtodeterminazzjoni informattiva u għall-protezzjoni tad-data; itenni li n-neċessità u l-proporzjonalità, kif stipulati fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huma prinċipji ewlenin li mingħajrhom il-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tistax tkun effettiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jilqa’ r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill li tawtorizza li jinfetħu negozjati għal ftehimiet bejn l-UE u l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti għat-trasferiment u l-użu ta’ dejta tal-PNR għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati transnazzjonali serji oħrajn; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jniedi n-negozjati kollha simultanjament, filwaqt li jirrikonoxxi li t-tul tan-negozjati jista’ jvarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jenfasizza l-importanza tas-spirtu ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu dinji u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Uniti biex jibqgħu jaħdmu b’kooperazzjoni sabiex dejjem aktar jiġġieldu t-theddida mit-terroriżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Ifakkar li l-għan tal-ftehimiet huwa li jiġi żgurat li t-trasferiment tad-data jkun konformi mal-istandards Ewropej tal-protezzjoni tad-data; jenfasizza, għaldaqstant, li l-bażi legali trid tinkludi l-Artikolu 16 TFUE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jirrimarka li l-proporzjonalità għadha prinċipju ewlieni fil-politiki dwar il-protezzjoni tad-data, u li kull ftehim jew miżura politika għandhom jirrispettaw ukoll il-proporzjonalità legali, filwaqt li juru li l-iskop tagħhom huwa li jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat u ma jmorrux ’l hinn minn dak li jinħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħtih evidenza fattwali li l-ġbir, il-ħżin, u l-ipproċessar tad-data tal-PNR huma meħtieġa għal kull wieħed mill-għanijiet imsemmija; itenni bl-istess mod l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tistudja alternattivi anqas intrużivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li d-data tal-PNR m’għandha fl-ebda ċirkostanza tintuża għall-estrazzjoni tad-data jew għat-tħejjija tal-profili tad-data; f’dan ir-rigward, itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiċċara d-differenzi bejn il-kunċetti tal-“analiżi tar-riskju” u tat-“tħejjija tal-profili” fil-kuntest tal-PNR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jenfasiiza l-ħtieġa li jkun infurmat bis-sħiħ dwar l-iżviluppi kollha relatati mal-PNR u dawk relevanti biex ikun jista’ jikkunsidra jekk jagħtix l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehimiet li jkun qed jiġu nnegozjati; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiċċaraw għall-aħħar il-qagħda attwali fir-rigward tal-ftehimiet u tal-memoranda ta’ qbil bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti dwar l-iskambju ta’ data dwar l-infurzar tal-liġi u dwar il-parteċipazzjoni fil-Programm ta’ Eżenzjoni mill-Viża (Visa Waiver Programme) tal-Istati Uniti, kif ukoll il-Programm ta’ Kontroll Uniku ta’ Sigurtà (One-Stop Security); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jenfasizza li l-memoranda ta’ qbil bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti, b’mod parallel man-negozjati bejn l-UE u l-Istati Uniti, jmorru kontra l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet tal-UE; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħti aktar informazzjoni u ċarezza legali dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-bażi legali u l-kompetenza tal-memoranda ta’ qbil bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti fir-rigward tal-iskambji ta’ informazzjoni li jikkonċernaw id-data tal-PNR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jilqa’ u jappoġġja bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-protezzjoni ta' data personali meta din tkun ittrasferita u pproċessata għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġuridika f'materji kriminali, jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni li dan il-ftehim ta’ qafas ikun japplika għall-ftehimiet kollha futuri u eżistenti tal-UE u tal-Istati Membri mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar it-trasferiment u l-ipproċessar ta’ data personali għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġuridika f'materji kriminali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jenfasizza li l-objettivi fissi stipulati fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill biex awtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-protezzjoni ta' data personali meta din tkun ittrasferita u pproċessata għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġuridika f'materji kriminali, huma essenzjali għal kwalunkwe ftehim ta’ skambju ta’ data mal-Istati Uniti tal-Amerika – bħalma hu essenzjali wkoll li jkun hemm bidu bikri tan-negozjati dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data li jistgħu jiġu infurzati, b’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mad-Direttiva 95/46/KE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kungress Amerikan u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.</p>
</Section></Motion>