<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>14.12.2010</Date><Ref>B7-0733/2010</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2010-0659" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2010-0659">B7&#8209;0659/2010</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="33570">Sharon Bowles</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2862"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE455.839v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0733/2010</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar  it-twaqqif ta’ mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 121,122, 126, 136 u 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra  r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0276" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0276/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2010)0276</ANCHOR>.</p>
</footnote> (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Rapport Ferreira’),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra  r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0277" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0277/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2010)0277</ANCHOR>.    </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta’ Ġunju 2010 lill-Kummissjoni  dwar  il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Mistoqsija orali 0095/2010.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport tiegħu tat-30 ta’ Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0253" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0253/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2010)0253</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0337" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0337/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2010)0337</ANCHOR>.</p>
</footnote> (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Rapport Garcia-Margallo’),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta’ stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0377" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0377/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2010)0377</ANCHOR>.</p>
</footnote> (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Rapport Feio’),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0376" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0376/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2010)0376</ANCHOR>.</p>
</footnote> (minn hawn ’il quddiem ‘ir-Rapport Berès’),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro tal-25 ta' Marzu 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Straordinarju tad-9 u l-10 ta’ Mejju 2010,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010 dwar ‘It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika’  (COM(2010)250 finali),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dokument tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem il-BĊE) tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar it-tisħiħ tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ (COM(2010)367/2),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra s-sitt proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar il-governanza ekonomika tal-UE tad-29 ta’ Settembru 2010 (minn hawn ’il quddiem ‘il-pakkett leġiżlattiv relatat mal-governanza ekonomika) - COM(2010)522, COM(2010)523, COM(2010)524, COM(2010)525, COM(2010)526 and COM(2010)527),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/624/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja,<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 275, 20.10.2010, p. 10.</p>
</footnote></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Rapport tat-Task Force dwar il-Governanza Ekonomika lill-Kunsill Ewropew tal-21 ta’ Ottubru dwar it-tisħiħ tal-governanaza ekonomika fl-UE, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-28 u t-29 ta’ Ottubru 2010, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-il-Grupp tal-Euro tat-28 ta' Novembru 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Mistoqsija <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2010-0199" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2010-0199">B7-0199/2010</ANCHOR> lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta’  mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi hi meħtieġa soluzzjoni komprensiva u integrata għall-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro peress li approċċ frammentat s'issa ma ħadimx, ,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi fl-Ecofin straordinarju tad-9 u l-10 ta' Mejju 2010 l-Kunsill u l-Istati Membri qablu dwar mekkaniżmu temporanju biex jippreservaw l-istabilità finanzjarja b’ammont ta’ EUR 750 biljun, inkluż fond ta' stabbilizzazzjoni ta’ reazzjoni rapida (il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni finanzjarja (minn hawn ’il quddiem ‘EFSM’)  b’volum totali ta’ sa EUR 60 biljun u Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (minn hawn ’il quddiem ‘EFSF’) b’volum totali sa EUR 440 biljun, li għandha tkun ikkomplementata minn fondi tal-FMI sa EUR 250 biljun, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-EFSM huwa bbażat fuq l-Artikolu 122 (2) tat-TFUE u ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri; billi l-attivazzjoni tiegħu hija suġġetta għal kundizzjonalità b'saħħitha, fil-kuntest ta’ appoġġ  konġunt FMI/UE, u għal termini u kondizzjonijiet simili għal dawk tal-FMI, aġġustati għall-ispeċifiċitajiet soċjali u ekonomiċi tal-pajjiżi fejn qed ikun implimentat, kif ukoll skont l-aġenda għall-iżvilupp tagħhom,  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-EFSF hija stabbilita bħala entità ad hoc li hija garantita fuq bażi pro rata mill-Istati Membri parteċipanti b'mod ikkoordinat skont il-kwota li jħallsu għall-kapital tal-BĊE u skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali nazzjonali tagħhom, u li din se tiskadi wara tliet snin,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ Mejju 2010, iddikjarat li l-kriżi wriet li qafas b'saħħtu għall-ġestjoni tal-kriżijiet huwa komplement neċessarju għall-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ kif ukoll għall-mekkaniżmu l-ġdid ta’ sorveljanza makroekonomika maħsub sabiex jevita żviluppi negattivi fil-qagħda baġitarja u l-kompetittività,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-BĊE, fid-dokument tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2010, inkluda proposti għal qafas għall-ġestjoni ta’ kriżijiet ta’ dejn, li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri taż-żona tal-euro li għandhom problemi ta’ aċċess għal kreditu privat,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi, fil-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern qablu dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex jissalvagwardjaw l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi (il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni, (minn hawn ’il quddiem ‘il-MES’),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-MES huwa maħsub biex jikkomplementa l-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika msaħħa, bl-għan ta’ sorveljanza u koordinazzjoni ekonomika effettivi u rigorużi, li se jiffokaw fuq il-prevenzjoni u se jnaqqsu sostanzjalment il-probabbiltà li jerġa’ jkollna kriżi fil-futur,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-Parlament huwa konvint mill-ħtieġa għal mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex jissalvagwardja l-istabilità finanzjarja tal-euro u talab il-ħolqien ta’ Fond Monetarju Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-‘EMF’) fir-Rapport Feio,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi l-Parlament identifika wkoll il-ħtieġa għal mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta’ kriżijiet għas-settur bankarju fir-Rapporti Ferreira u Garcia-Margallo bħala komplement meħtieġ għas-setgħat superviżorji mogħtija lill-awtoritajiet il-ġodda (ASE) sabiex jiżguraw is-superviżjoni tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tas-6 ta’ Diċembru 2010, il-President tiegħu ppropona l-ħolqien ta' bonds pan-Ewropej biex jappoġġjaw lill-pajjiżi li jidħlu f'inkwiet finanzjarju iżda din l-idea ma kinitx diskussa, għaliex uħud mill-pajjiżi esprimew oġġezzjonijiet għaliha, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi minn meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika lill-Parlament u lill-Kunsill fid-29 ta’ Settembru 2010 s-swieq sofrew diversi kriżijiet, inter alia l-kriżi tad-dejn Irlandiż, li jridu jitqiesu mill-Parlament u mill-Kunsill,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi huwa essenzjali li jkunu ssimplifikati l-proċessi attwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u jitneħħew il-partijiet li jirkbu fuq xulxin biex ikun żgurat li l-istrateġija tal-UE tkun komprensibbli mill-operaturi tas-swieq u miċ-ċittadini, kif ukoll li nibdew nużaw approċċi iktar integrati u nintroduċu bidla fil-proċess tat-teħid taddeċiżjonijiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N. billi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn ’il quddiem il-'BERS’) huwa responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ riskji sistemiċi għall-istabilità finanzjarja fl-UE u b’hekk ikunu evitati perjodi ta’ taqlib finanzjarju mifrux u jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u b’hekk jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jispeċifika kemm jista’ jkun malajr il-bidliet fit-Trattat meħtieġa sabiex ikun stabbilit MES permanenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Ifakkar li huwa laqa’ t-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja biex jindirizza r-riskji ta’ nuqqas ta’ ħlas minn debituri sovrani, parzjalment bl-użu l-Artikolu 122 TFUE bħala l-bażi legali ta’ dan il-pjan, u li nnota l-iżbilanċ demokratiku inerenti u n-nuqqas ta’ responsabilità tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-pakkett ta' salvataġġ, li ma kienx jinkludi konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew;  jeżiġi li l-Parlament Ewropew ikun involut bħala koleġiżlatur fil-proposti u d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar is-salvataġġ mill-kriżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jenfasizza li, minn perspettiva razzjonali, prattika u demokratika, il-kunsiderazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika ma tistax tinfired mid-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Ewropew għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jixtieq, bħala ko-leġiżlatur, jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq EMF permanenti bbażat fuq il-metodu komunitarju; jinnota li, fi kwalunkwe każ, il-MES u/jew l-EMF għandu jkun ibbażat fuq is-solidarjetà, suġġett għal regoli ta’ kondizzjonalità stretta u ffinanzjat fost sorsi oħra, mill-multi applikati lill-Istati Membri bħala konsegwenza ta’ proċedura li tittratta defiċits eċċessivi, dejn eċċessiv jew żbilanċi eċċessivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Iqis li mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet li jkun kredibbli, b'saħħtu, dejjiem u msejjes fir-realtajiet tekniċi essenzjali għandu jkun adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u għandu jkun ispirat mill-metodu komunitarju sabiex jissaħħaħ l-involviment tal-Parlament Ewropew, ħalli tittejjeb ir-responsabilità demokratika u nkunu nistgħu noqogħdu fuq il-kompetenza, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Kummissjoni; iħeġġeġ f’din il-perspettiva lill-Kunsill Ewropew biex jipprovdi bażi legali adegwata fil-qafas tar-reviżjoni tat-TFUE għal dan l-iskop;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni li tgħaqqad il-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi (Artikolu 121(2) TFUE) kif ukoll il-linji gwida dwar il-politiki tax-xogħol (Artikolu 148(2) TFUE) għall-kunsiderazzjoni fid-dibattitu dwar is-‘Semestru Ewropew’ biex jitnaqqsu diskussjonijiet bla sens u bla tmiem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura involviment akbar tal-Parlament Ewropew f'kull stadju ta’ dan id-dibattitu biex tissaħħaħ ir-responsabilità demokratika u biex tgħolli l-profil pubbliku tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Iqis li r-rispons tal-politika għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi indirizzati lill-Istati Membri fil-qafas tas-'Semestru Ewropew’ għandhom jitqiesu speċifikament fl-implimentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika li bħalissa qed jiġu diskussi mill-Parlament u mill-Kunsill; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jinnota li l-BERS għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-Parlament fl-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku u fl-iżgurar tal-funzjonament kif suppost tal-MES, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tas-solvenza tal-pajjiż ikkonċernat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni, wara konsultazzjoni mal-BĊE, li jkun fiha deskrizzjoni komprensiva tal-MES, li tiċċara l-pożizzjoni tal-investituri, ta’ dawk li jfaddlu u tal-parteċipanti fis-suq u li tiddikjara b'mod espliċitu li l-MES se jkun totalment konsistenti mal-politika u l-prattiċi tal-FMI rigward l-involviment tas-settur privat sabiex ixejjen it-tħassib tas-suq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jinnota li l-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet għandu jkun implimentat malajr kemm jista’ jkun sabiex tkun żgurata l-istabilità fis-swieq u biex titneħħa l-inċertezza fir-rigward ta’ bonds li nħarġu taħt il-mekkaniżmu temporanju iżda li għandhom jitħallsu lura wara li jitwaqqaf il-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jirrikonoxxi li, filwaqt li huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha li jitwaqqaf mekkaniżmu ta’ kriżi li jaħdem,  mhux l-Istati Membri kollha se jkunu membri jew kandidati taż-żona tal-euro sa meta jitwaqqaf dan il-mekkaniżmu, u jinnota li s-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom għandhom jiġu ċċarati, speċjalment fil-każ ta’ dawk li mixjin lejn iż-żona tal-euro u li għandhom dejn sovran f'euro; ifakkar li membri li mhumiex fiż-żona tal-ewro jibbenefikaw mill-faċilità tal-bilanċ tal-pagamenti skont l-Artikolu 143 tat-TFUE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jinnota għalhekk li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro għandhom ikunu involuti fil-ħolqien ta’ mekkaniżmu bħal dan u li dawk l-Istati Membri li huma lesti li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għandu jkollhom din il-possibiltà; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jinnota li, fi kwalunkwe każ, il-MES għandu jkunu suġġett għal regoli ta’ kondizzjonalità stretta u ffinanzjat, fost sorsi oħra, bi strumenti ta’ finanzjament innovattivi u/jew mill-multi applikati lill-Istati Membri bħala konsegwenza ta’ proċedura ta’ defiċit eċċessiv, dejn eċċessiv jew żbilanċ eċċessiv, jekk dawn ikunu inklużi fil-leġiżlazzjoni li bħalissa qed tiġi nnegozjata u skont il-forma li jieħdu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jenfasizza li l-finanzjament tal-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet bi qbil mal-prinċipju li ‘min iniġġes iħallas’, ifisser li l-Istati Membri li joħolqu riskji ikbar bid-defiċits u d-dejn li jkollhom għandhom jiffinanzjaw proporzjon ikbar mill-assi totali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Jenfasizza li din il-kondizzjonalità stretta u ta’ żieda għandha sservi biex terġa’ ġġib it-tkabbir sostenibbli u mhux tintlaħaq a spejjeż tal-aktar vulnerabbli u għalhekk ma għandhiex issarraf fit-tnaqqis tad-dħul minimu u fl-aggravazzjoni tal-faqar u l-inugwaljanzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Jinsisti li s-settur privat ikun involut fil-qsim tal-piżijiet u li, f'dan ir-rigward, ir-regoli għandhom jiġu adattati biex jagħmlu dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni fuq bażi ta’ kull każ għalih tal-kredituri mis-settur privat, b’koerenza sħiħa mal-politiki tal-FMI;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">17. Jenfasizza l-ħtieġa għal grad għoli ta’ trasparenza fit-tagħrif dwar il-kontijiet nazzjonali, inkluża l-attività kollha li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ; jinnota li din trid tkun appoġġata minn verifiki esterni, statistika u data affidabbli, u responsabilità; jilqa’ l-poteri mtejba tal-Eurostat u jfakkar li l-Parlament fil-passat talab biex l-Eurostat ikun jista’ jagħmel spezzjonijiet għal għarrieda tal-kontijiet ta’ Stat Membru bħala miżura għat-titjib tas-sorveljanza fiskali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">18. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni li jkun fiha deskrizzjoni komprensiva ta’ klawżoli u kundizzjonijiet mehmuża mal-EFSM, kif ukoll mal-istrumenti l-oħra tal-UE għall-għajnuna finanzjarji u pakketti mogħtija b’reazzjoni għall-kriżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">19. Jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-effett stmat fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-UE (a) tal-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja u (b) tal-użu tal-linja sħiħa tal-kreditu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">20. Jitlob lill-Kummissjoni biex tqassam skont il-prijorità l-infiq mill-baġit tal-UE f'kull sena tal-eżistenza tal-EFSM bil-għan li tistabbilixxi l-ordni li fih il-baġit ikollu jiġi kkanċellat f'każ li jkun hemm bżonn li jingħata lura ammont sa EUR 60 biljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">21. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-President tal-Grupp tal-Euro, lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>