<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>11.1.2011</Date><Ref>B7-0022/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2010-0807" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2010-0807">B7&#8209;0807/2010</ANCHOR> – 0212/2010</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-Ftehima ta’ Sħubija bejn il-KE u l-Istati tal-Paċifiku  </p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1403">David Martin</Author>, <Author id="96930">Vital Moreira</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2859"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE455.847v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0022/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Ftehima ta’ Sħubija bejn il-KE u l-Istati tal-Paċifiku  </span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li saret f'Cancún<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 77 E, 26.3.2004, p 393.</p>
</footnote>, tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta' Doha wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta' Awwissu 2004<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.</p>
</footnote>, tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-preparamenti għas-Sitt Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Ħong Kong<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 285 E, 22.11.2006, p.126.</p>
</footnote>, tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-impatt fuq l-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.</p>
</footnote>, tal-4 ta' April 2006 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.</p>
</footnote>, tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: it-tfassil ta' politiki kummerċjali biex ikun massimizzat il-kontribut tal-kummerċ għat-tnaqqis tal-faqar<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.</p>
</footnote>, tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 305 E, 14.12.2006, p 244.</p>
</footnote>, tat-23 ta' Mejju 2007 dwar Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="21.25pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt">    GU C 285 E, 26.11.2009, p. 126</p>
</footnote>, tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">   ĠU C 102 E, 24.4.2008, p 301.</p>
</footnote> u tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u Nru 1100/2006<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt"> ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.</p>
</footnote>, u tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehima Tranżitorju ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 118.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-Ftehima Tranżitorja ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u tal-Paċifiku (ACP) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehima ta' Cotonou),</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="21.25pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt"> ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2007-0635" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2007-0635">COM(2007)0635</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b’mod partikulari l-Artikolu XXIV tagħha,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fit-18 ta’ Diċembru 2005 f’Hong Kong,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta’ Ottubru 2006,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000 li stabbiliet l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala kriterji stabbiliti kollettivament mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Kigali adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE f’Kigali, Rwanda, fit-22 ta’ Novembru 2007,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-Fiġi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="21.25pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt"> ĠU C 317 E, 23.11.2006, p. 898.</p>
</footnote>, li fiha kkundanna bil-qawwa l-ħtif tal-poter mill-forzi militari tal-Fiġi,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra katalgu ta’ 103 rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, maħruġa fir-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Rieżami Perjodiku Universali tat-23 ta’ Marzu 2010, u wara li kkunsidra r-risposta uffiċjali tal-gvern tal-Fiġi tal-10 ta’ Ġunju 2010 li tistqarr li l-elezzjonijiet ġenerali tant mitluba u bosta drabi posposti issa kienu ġew iffissati għall-2014 u li din id-data mhijiex negozjabbli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tal-XXX ta’ Dicembru 2010 lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima Tranżitorja ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra (O-0000/2010 – B7 0000/2010, O-0000/2010 – B7 0000/2010),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">A.  billi mill-1 ta' Jannar 2008 ir-relazzjoni kummerċjali preċedenti tal-UE mal-pajjiżi tal-ACP - li kienet tagħti lil dawn tal-aħħar aċċess preferenzjali għas-swieq tal-UE fuq bażi mhux reċiprokata - ma baqgħetx tikkonforma aktar mar-regoli tad-WTO,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">B.   billi l-EPAs huma ftehimiet kompatibbli mad-WTO mmirati biex jappoġġaw l-integrazzjoni reġjonali u jippromwovu l-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija dinjija, biex b’hekk jisseddaq l-iżvilupp sostenibbli soċjali u ekonomiku ta' dawk il-pajjiżi u jingħata kontribut għall-isforz globali biex jinqered il-faqar hemmhekk,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">C.  billi l-EPAs għandhom jintużaw biex tinbena relazzjoni fit-tul li fiha l-kummerċ jappoġġa l-iżvilupp,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">D.  billi l-Protokoll dwar iz-Zokkor taħt il-Konvenzjonijiet ta’ Lomé u l-Ftehima ta’ Cotonou suċċessivi pprovdew għal dħul prevedibbli għal gżejjer żgħar tal-Paċifiku, li għandhom potenzjal limitat ta’ diversifikazzjoni fis-settur agrikolu,<span text-decoration="underline"> </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">E.   billi l-Ftehimiet Interim ta' Sħubija Ekonomika (IEPAs) huma ftehimiet dwar kummerċ ta' merkanzija li għandhom l-għan li jevitaw it-tfixkil tal-kummerċ tal-AKP mal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">F.   billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali tfisser li l-politika kummerċjali hi importanti aktar minn qatt qabel għad-dinja li għadha qed tiżviluppa,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">G.  billi mill-Stati AKP tal-Paċifiku s'issa l-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi biss iffirmaw IEPA (fi tmiem l-2009); billi l-pajjiżi l-oħra AKP tal-Paċifiku lkoll huma koperti jew mill-inizjattiva ta' Kollox Barra Armi, li toffri aċċess liberu għal kwoti mingħajr dazji għas-suq tal-UE, jew mis-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi regolari tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">H.  billi fil-każ tal-Papwa Ginea Ġdida l-ftehima ġiet proviżorjament applikata sa mill-20 ta' Diċembru 2009; billi fil-każ tar-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi l-applikazzjoni tagħha għadha pendenti sakemm ikun hemm notifika ta' applikazzjoni proviżorja jew ratifika mir-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">I.    billi n-negozjati rigward EPA komprensiva mal-14-il Stat tal-Paċifiku kollha tal-AKP għadhom għaddejjin,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">J.    billi IEPA tinkorpora d-dispożizzjonijiet kollha ta’ ftehima rigward kummerċ ta’ merkanzija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">K.  billi l-impatt tal-impenji fuq il-pajjiżi konċernati u fuq ir-reġjun tal-Paċifiku inklużi fil-ftehima jista’ jkun sostanzjali ħafna;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">L.   billi l-IEPA se tinfluwenza l-ambitu u l-kontenut tal-ftehimiet futuri konklużi bejn il-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi u sħab kummerċjali oħra u l-pożizzjoni tar-reġjun fin-negozjati tal-EPA,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">M.  billi kien hemm pressjoni konsiderevoli fuq il-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi sabiex jgħaddu malajr għall-iffirmar tal-IEPA,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">N.  billi hemm kompetizzjoni limitata bejn l-UE u l-Istati tal-Paċifiku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjoni mill-UE tikkonsisti prinċipalment minn prodotti li l-Istati tal-Paċifiku ma jipproduċux imma li sikwit ikunu jeħtiġuhom għall-konsum direttjew bħala ħtiġijiet tal-industrija domestika,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">O.  billi s-sajd u l-attivitajiet u l-industriji marbuta miegħu juru l-akbar potenzjal għaż-żieda fl-esportazzjoni għall-ġejjieni sakemm is-sajd isir b'mod sostenibbli mil-lat ambjentali,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">P.   billi regoli ġodda dwar il-kummerċ iridu jkunu maħsuba bil-għan li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ industriji domestiċi u jagħtuhom kenn mill-ħela tar-riżorsi u mill-bidla fil-klima u billi jeħtiġilhom ikunu akkumpanjati b’iktar appoġġ għall-għajnuna relatata mal-kummerċ,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">Q.  billi l-objettiv tal-Għajnuna għall-Kummerċ huwa li tkun imsaħħa l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali ġodda,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">R.   billi l-UE u l-pajjiżi tal-AKP innegozjaw regoli tal-oriġini mtejba ġodda u aktar flessibbli li se jwasslu għal benefiċċji konsiderevoli jekk jiġu implimentati kif jixraq f’rispett sħiħ tal-finijiet tal-ftehima u b’kunsiderazzjoni xierqa għal-livelli ta’ kapaċità mnaqqsa ta' dawk il-pajjiżi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">S.   billi d-deroga mir-regoli tal-oriġini fl-EPA interim tkopri l-katina sħiħa tal-produzzjoni, mill-estrazzjoni tal-materja prima għall-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-esportazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">T.   billi d-domanda kbira għall-prodotti tat-tonn tfisser li dawn tal-aħħar għandhom karatteristiki speċifiċi – pereżempju, li jirreaġixxu bil-ħeffa għal varjazzjonijiet fil-prezz – li wasslu biex jiġu kklassifikati bħala “prodotti sensittivi” fis-suq internazzjonali, ħaġa li jeħtieġ li titqies fin-negozjati kummerċjali kollha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">U.  billi l-Kummissjoni tas-Sajd tal-Punent u ċ-Ċentru tal-Paċifiku (WCPFC), l-organizzazzjoni internazzjonali responsabbli għall-iżgurar li l-istokkijiet tal-ħut fiż-żona jkunu sostenibbli, irrappurtat li pajjiżi terzi – b’mod partikolari ċ-Ċina – li ilhom jinvestu fi proġetti kbar fil-Papwa Ginea Ġdida mindu ġew stabbiliti r-regoli l-ġodda dwar l-oriġini, żiedu b'mod massiv il-kapaċità tas-sajd tagħhom fiż-żona u billi din ix-xejra tidher li se tkompli tikber, bi tkabbir tar-riskju li l-istokkijiet tal-ħut jiġu sfruttati żżejjed,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">1.   Jemmen li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn dan ir-reġjun u l-UE għandhom jippromwovu u jżidu l-kummerċ, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli, l-integrazzjoni reġjonali, filwaqt li jġibu 'l quddiem id-diversifikazzjoni ekonomika u t-tnaqqis tal-faqar; jinnota li l-IEPA jeħtiġilha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-MDGs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">2.   Jenfasizza li l-konklużjoni pożittiva tan-negozjati tal-IEPA mal-Papwa Ginea Ġdida u l-Fiġi turi li l-Unjoni Ewropea għandha interess qawwi li tkompli żżomm relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib u ta' livell għoli mal-Istati tal-Paċifiku; jittama li dan l-IEPA, illum limitat għal żewġ pajjiżi, jista' jwitti t-triq għal ftehim usa' li jinkludi pajjiżi oħra fiż-żona tal-Paċifiku;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">3.   Jenfasizza li l-IEPA għandha l-iskop li żżomm miftuħ is-suq għall-esportazzjonijiet mill-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi u tippermetti negożjati għal EPA komprensiva jekk l-Istati konċernati jkunu jixtiequ hekk;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">4.   Jirrimarka li l-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi - iż-żewġ pajjiżi tal-Paċifiku li għandhom esportazzjonijiet sinifikkattivi lejn l-UE - huma l-uniċi membri tar-reġjun tal-Paċifiku li s'issa kkonkludew il-ftehim, waqt li l-membri l-oħra ta' dak il-grupp jagħżlu li ma jiffirmawx minħabba l-livelli iktar baxxi ta' kummerċ ta' merkanzija mal-UE min-naħa tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">5.   Ifakkar li waqt li l-IEPA tista' titqies bħala l-ewwel pass fil-proċess, f'termini legali din hija ftehima internazzjonali kompletament indipendenti li tista' ma twassalx awtomatikament la lejn EPA sħiħa u lanqas għall-firma tal-EPA komprensiva min-naħa tal-firmatarji inizjali kollha tal-IEPA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">6.   Ifakkar lill-istituzzjonijiet u lill-gvernijiet tal-UE li la l-konklużjoni u lanqas ir-rinunzja għal EPA m’għandhom iwasslu għal sitwazzjoni fejn pajjiż tal-AKP jista’ jsib ruħu f’pożizzjoni anqas favorevoli milli kien fiha skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ tal-Ftehima ta’ Cotonou;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">7.   Jenfasizza li l-kunsens possibbli mill-Parlament għall-IEPA ma jiddeterminax minn qabel il-pożizzjoni tal-Parlament rigward il-kunsens tiegħu għall-EPA komprensiva, ladarba l-proċedura tal-konklużjoni hija relatata ma’ żewġ ftehimiet internazzjonali differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">8.   Ifakkar li suq reġjonali ġenwin huwa bażi essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-IEPA - u bl-istess mod kwalunkwe EPA komprensiva tal-futur - u li l-integrazzjoni u l-koperazzjoni reġjonali huma essenzjali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Istati Paċifiċi; jemmen li dan għandu jitqies fil-kuntest tal-implimentazzjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">9.   Jenfasizza li l-iskop ta' dispozizzjionijiet speċifiċi dwar regoli tal-oriġini għall-prodotti tas-sajd huwa l-izvilupp tal-kapaċità ta' pproccessar fuq l-art fl-Istati tal-Paċifiku tal-AKP sabiex  jiġu ġenerati impjiegi lokali u dħul ekonomiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">10. Jinnota li EPA tranżitorja wittiet it-triq għall-iżvilupp ta’ proġetti industrijali fil-Papwa Ginea Ġdida, bħaż-Żona Industrijali Marina tal-Paċifiku f’Madang, li hi mistennija li tipproduċi aktar minn 400 000 tunnellata ta’ bottijiet tat-tonn tul sentejn; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">11.<span font-style="italic" font-weight="bold"> </span>F’dan il-kuntest, huwa mħasseb u allarmat b'miżuri, pereżempju bħala ma hi r-rieżami reċenti tal-leġiżlazzjoni ambjentali min-naħa tal-awtoritajiet tal-Papwa Ginea Ġdida, li fil-prattika jneħħi r-rekwiżit li jitressqu rapporti ambjentali għal proġetti bħal dawn u jfixkel il-proċess tal-klejms; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">12. Jenfasizza l-importanza tal-industrija tas-sajd bħala sors primarju ta' impjiegi għan-nisa fir-reġjun tal-Paċifiku; jemmen li l-Kummissjoni għandha tipprovdi għajnuna teknika, politika u finanzjarja sabiex ittejjeb l-opportunitajiet ta' xogħol għan-nisa fl-Istati tal-Paċifiku;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">13. Jirrimarka bi tħassib li d-dejta tal-WCPFC turi li pajjiżi terzi kabbru l-kapaċità tas-sajd tagħhom f’dawn l-ilmijiet tal-Paċifiku u li għalhekk hemm riskju ta’ sajd u sajd żejjed illegali, mhux rappurtat u mhux regolat, li ma jwasslux għall-iżvilupp sostenibbli tal-industrija tas-sajd lokali;<span font-style="italic" font-weight="bold"> </span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">14. Jenfasizza li anki minejja l-fatt li l-Papwa Ginea Ġdida u l-Fiġi għandhom kapaċità limitata ta' sajd u għalhekk provvista limitata ta' ħut miksub sħiħ u kapaċità limitata ta' pproċessar fuq l-art, id-deroga mir-regoli dwar l-oriġini għal-prodotti tas-sajd ipproċessati, li qed tintuża attivament mill-Papwa Ginea Ġdida, lil dan il-pajjiż għamlitu tabilħaqq ċentru għall-ipproċessar ta' kwantitajiet enormi ta' tonn minn diversi sorsi (il-Filippini, it-Tajlandja, Ċina, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Awstralja); jiġbed attenzjoni għall-fatt li d-deroga mir-regoli dwar l-oriġini jista' jkollha effett destabilizzanti fuq l-industrija tal-ipproċessar u tal-konservazzjoni fil-laned tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">15. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament rapport dwar dawn l-aspetti speċifiċi tas-settur tas-sajd tal-Istati tal-Pacifiku u dwar il-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Pacifiku, inklużi prattiki ta' żvilupp sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibda l-konsultazzjonijiet previsti mill-Artikolu 6(6)(d) tal-Protokoll II anness mal-IEPA u twettaq is-sospensjoni tal-arranġamenti eċċezzjonali rigward ir-regoli dwar l-oriġini fil-każ li r-rapport ta' valutazzjoni juri l-effett destabilizzanti fuq l-industrija tas-sajd u tal-prodotti fil-laned tal-UE;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">16. Iħeġġeġ lill-Fiġi sabiex taċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-komunità internazzjonali u sabiex timplimenta prattiki ta' governanza tajba; jemmen li passi bħal dawn għandhom jirriżultaw fir-rilaxx ta' assistenza finanzjarja għas-settur taz-zokkor fil-Fiġi; jirrikonoxxi li dawn il-flus huma meħtieġa ħafna sabiex jappoġġaw is-settur taz-zokkor li huwa sors kruċjali ta' impjiegi fil-Fiġi; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">17. Jirrakkomanda strateġija flessibbli, asimmetrika u pragmatika fin-negozjati li għadhom għaddejjin għal Ftehima ta' Sħubija Ekonomika komprensiva; jinsisti fuq l-inklużjoni ta' kapitolu tal-koperazzjoni fl-iżvilupp fl-EPA komprensiva;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">18. Ifakkar li l-ftehima jista' jkollha wkoll implikazzjonijiet għar-relazzjonijiet bejn ir-reġjun Paċifiku u l-eqreb u l-ikbar sħab kummerċjali tiegħu, l-Awstralja u n-New Zealand, u li jrid ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet tal-ftehima attwali ma jkunux ta' tfixkil għall-ftehimiet kummerċjali futuri ma' dawk il-pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">19. Ifakkar li l-EPA għandha tappoġġa l-objettivi, il-politiki u l-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati tal-Paċifiku, mhux biss fl-istruttura u l-kontenut, iżda wkoll fil-mod u l-ispirtu tal-implimentazzjoni tagħha;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">20. Ifakkar fl-adozzjoni f'Ottubru 2007 tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ tiżdied għal EUR 2 biljun fis-sena sal-2010 (EUR 1 biljun mill-Komunità u EUR 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li r-reġjun Paċifiku għandu jirċievi sehem xieraq u ġust ta' din l-għajnuna;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">21. Jitlob li jkun deċiż u pprovdut minn kmieni s-sehem tar-riżorsi tar-reġjun tal-Paċifiku ta’ Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li dawn il-fondi għandhom ikunu riżorsi addizzjonali u mhux biss fondi mill-EDF ippreżentati f'pakket ġdid, u li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi kif ukoll tar-reġjun usa' tal-Paċifiku, u li l-għoti tagħhom isir f'waqtu, b'mod prevedibbli u skont l-iskedi ta' twettiq tal-pjanijiet strateġiċi ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">22. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-impenji li ttieħdu mill-Kunsill f'Settembru 2007 b'konnessjoni mal-Ftehima dwar Aspetti li Għandhom x'Jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (TRIPS) u l-aċċess għall-mediċini, sabiex ma tinnegozjax dispożizzjonijiet TRIPS-Plus relatati mal-farmaċewtika li jaffettwaw is-saħħa pubblika u l-aċċess għall-mediċini fl-EPA, sabiex toqgħod lura milli titlob l-adeżjoni mat-Trattat ta’ Kooperazzjoni dwar il-Privattivi jew mat-Trattat tal-Liġi dwar il-Privattivi jew l-aċċettazzjoni tal-obbligi marbuta magħhom, u biex toqgħod lura wkoll milli tinkorpora t-termini tad-Direttiva 2004/48/KE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> GU L 157, 30.4.2004, p. 45.</p>
</footnote> u biex ma tintroduċix fl-EPA regoli bħall-protezzjoni ta' bażi ta' dejta mhux originali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">23. Jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għal EPA finali bejn L-UE u l-Istati tal-Paċifiku; jaqbel li l-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu nnegozjati jinkludu:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">1) negozjati dwar id-dritt tal-proprjetà intellettwali li jkopru mhux biss l-għarfien tradizzjonali iżda wkoll prodotti teknoloġiċi tal-Punent;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">2) it-trasparenza tal-akkwist pubbliku b'opportunitajiet għal kuntratturi tal-UE li tibda taħdem f'punt xieraq għall-ħtigijiet tal-Istati Pacifici;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">3) viżi għax-xogħol li għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċittadini tal-Gżejjer Paċifiċi għal perjodi ta' mhux anqas minn 24 xahar sabiex ikunu jistgħu jaħdmu bħala 'carers' jew f'xogħlijiet simili;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">24. Jitlob madankollu li l-Kummissjoni tkompli taħdem għal ftehim aktar komprensiv u tfittex alternattivi possibbli, aċċessibbli u vijabbli li jiggarantixxu aċċess għas-suq, f’konformità mar-regoli tad-WTO, b’użu kreattiv tal-flessibilitajiet kollha disponibbli taħt dawk ir-regoli, inklużi rinunzji għal dawk il-pajjiżi li ma jixtiqux li jimpenjaw ruħhom fl-IEPA jew fl- EPA sħiħa jew fit-tnejn li huma;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">25. Huwa tal-fehma li fl-EPA komprensiva għandu jitwaqqaf Kumitat Parlamentari biex jimmoniterja l-implimentazzjoni tal-ftehima u li l-kompożizzjoni  ta' dan il-kumitat min-naħa tal-PE għandha għalhekk tkun konformi ma’ dik tal-Kumitat Parlamentari Konġunt Cariforum-UE; </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">26. Jisħaq li sew l-IEPA kif ukoll l-EPA komprensiva għandhom tinkorporaw klawsola ta’ rieżami li tipprevedi evalwazzjoni globali tal-impatt indipendenti, li tinkludi l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali u l-kosts u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni, li għandha xsir fi żmien perjodu ta' bejn tlieta u ħames snin wara l-iffirmar tal-ftehima; jenfasizza li l-klawsola ta’ rieżami tal-IEPA - u sussegwentament, dik tal-EPA - għandu jkollha dispożizzjoni li l-firmatarji kollha jkunu intitolati li jinvokawha abbażi tal-evalwazzjoni tal-impatt diġà msemmi; jitlob li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti tal-Istati tal-Paċifiku għandhom ikunu involuti f'kull rieżami tal-ftehima; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">27. F’dan il-kuntest, jappoġġa l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li din id-deroga ġenerali mir-regoli dwar l-oriġini tkun l-eċċezzjoni u mhux ir-regola fil-ftehimiet ta’ sħubija tal-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-AKP, lill-Kunsill AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.</p>
</Section></Motion>