<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>26.1.2011</Date><Ref>B7-0073/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0805" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0805">B7&#8209;0805/2011</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kriżi tal-iskart fir-reġjun ta’ Campania</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97129">Luigi de Magistris</Author>, <Author id="97086">Sonia Alfano</Author>, <Author id="97229">Niccolò Rinaldi</Author>, <Author id="97131">Giommaria Uggias</Author>, <Author id="37324">Adina-Ioana Vălean</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE455.901v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0073/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi tal-iskart fir-reġjun ta’ Campania</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart, b'mod partikulari l-Artikolu 4 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 91/689/KEE fuq skart perikoluż, b'mod partikulari l-Artikolu 2 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 99/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f’ terraferma, b'mod partikulari l-Artikolu 11 u l-Anness II tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Qafas rivedut tad-Direttiva dwar l-iskart (2008/98/KE), b'mod partikulari l-Artikoli 17 u 18 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Novembru 2003 dwar id-Direttiva Qafas dwar l-iskart<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-5-2003-0508" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-5-2003-0508/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P5_TA(2003)0508</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 1998 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-immaniġġjar tal-iskart<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 313 12.10.1998, p. 0053-0099. </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma dwar il-missjoni għall-ġbir ta’ fatti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu għamel f’Campania, fl-Italja, bejn it-28 u t-30 ta’ April 2010<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> PETI_DT(2010)442870.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-liġi 123/2008 tar-Repubblika Taljana li ġiet promulgata fl-14 ta' Lulju 2008,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-135/05 tas-26 ta' April 2007,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-kawża C-297/08 tal-4 ta' Marzu 2010, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 191 u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/35/KE li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent, b'mod partikulari l-Artikolu 2 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Aarhus,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-kriżi tal-iskart fir-reġjun ta’ Campania hi l-aktar kapitolu kumpless ta' storja ta' ġestjoni problematika tal-iskart f'ħafna partijiet tal-Italja, inkluż Lazio, Calabria u Sqallija billi f’dawn ir-reġjuni kollha fis-snin disgħin ġiet iddikjarata emerġenza tal-iskart u nħatru Kummissarji tal-Gvern b'setgħat u fondi speċjali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi, fil-5 ta' Ottubru 2010, Dokument ta' Ħidma li rrapporta dwar il-missjoni għall-ġbir ta’ fatti f’Campania, fl-Italja, bejn it-28 u t-30 ta’ April 2010, bħala riżultat tad-diversi petizzjonijiet li tressqu matul iż-żmien dwar il-problemi tal-ġestjoni tal-iskart fir-reġjun, ġie adottat kważi unanimament mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet ta' dan il-Parlament,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi, ftit wara l-adozzjoni tar-rapport dwar il-missjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, reġgħet faqqgħet kriżi ġdida wara dik tas-sajf tal-2008 u ġie ddikjarat stat ta' emerġenza ġdid; billi, wara li tħabbru l-miżuri straordinarji konsegwenti, bħall-ftuħ ta' landfills ġodda, kien hemm protesti massivi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi s-soluzzjoni inizjali li jiġu prodotti "Ekobalal" u skart organiku, eventwalment, saret mingħajr l-attenzjoni dovuta fir-rigward tal-konformità mal-liġi; billi, minħabba n-nuqqas ta' filtraġġ jew għażla tal-iskart, hu stmat li għad fadal aktar minn sitt miljun Ekoballa ta' kwalità inferjuri u b'suspett li fihom skart tossiku ġew akkumulati f'siti temporanji,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-ewwel inċineratur f'Acerra beda jiffunzjona biss f'Marzu 2010 imma t-tħaddim tiegħu bata minħabba n-nuqqas ta' infrastruttura xierqa għas-separazzjoni u t-trattament tal-iskart; billi ma jidhirx li hemm limiti ċari għat-tip ta’ skart li jiġi inċinerat u għad hemm tħassib dwar id-destin tal-irmied tossiku li jirriżulta mill-inċinerazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-progress fit-tnaqqis tal-iskart u r-riċiklaġġ tal-iskart domestiku kien minimu u l-iskart domestiku u ta' tip ieħor għadu jasal fil-landfills b'mod indiskriminat u f'xi każi jidher li qed ikun imħallat ma' tipi differenti ta' skart industrijali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi ħafna landfills ġew iddikjarati żoni ta’ interess strateġiku, u għaldaqstant iċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali, inklużi l-pulizija twaqqfu milli jivverifikaw dak li tabilħaqq jasal hemm; billi maġġoranza kbira tal-landfills huma mmexxija privatament mingħajr il-liċenzja xierqa jew il-permess u mingħajr kontroll pubbliku tal-ġestjoni tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-karatteristika l-aktar importanti tat-tmexxija ta’ emerġenza mill-Kummissarji hija s-setgħa tagħhom li jidderogaw mir-regolamenti u l-kontrolli, inkluż pereżempju, l-eżenzjoni mill-valutazzjoni ta’ impatt ambjentali u l-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku, u jidher hemm aċċess bla kontroll għall-fondi pubbliċi; billi ngħataw is-setgħa li jiddeċiedu l-post tal-impjanti, il-landfills u l-inċineraturi, u l-kumpanija mqabbda, ħielsa mill-obbligu li jinfurmaw lill-awtoritajiet lokali u l-abitanti bid-deċiżjonijiet li jittieħdu; billi s-sistema tal-Kummissarji fiha nnifisha qalgħet ħafna kritika u qed isiru bosta inkjesti ġudizzjarji u billi l-ġestjoni tal-iskart mill-kummissarji ta’ emerġenza fil-fatt tqieset mill-popolazzjoni bħala parti mill-problema, iktar milli s-soluzzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi, skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus, iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu informati dwar is-sitwazzjoni fit-territorju tagħhom u hu d-dmir tal-awtoritajiet li jipprovdu l-informazzjoni u li jimmotivaw liċ-ċittadin biex jiżviluppa attitudni u mġiba responsabbli; billi, f'konformità mad-Direttiva 2003/35/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet bikrin u effikaċi biex jieħu sehem fit-tħejjija u l-modifika jew ir-rieżami tal-pjanijiet jew il-programmi li hemm bżonn jitfasslu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi ċ-ċittadini li pprotestaw kontra s-sitwazzjoni jew li ppruvaw jipproponu approċċi alternattivi ġew marġinalizzati fil-pubbliku jew injorati; billi r-reazzjoni ewlenija min-naħa tal-awtoritajiet politiċi nazzjonali kienet li s-siti tal-iskart u l-inċineratur ta' Acerra jitqiegħdu taħt il-kontroll strett tal-armata; billi dan l-aħħar saru xi arresti waqt dimostrazzjonijiet pubbliċi dwar il-kwistjoni, u jidher ċar li saret ħsara kbira għar-relazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet u li l-iskuntentizza ċivili tiżdied biż-żmien,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi l-ġestjoni skont l-emerġenzi mill-Kummissarji u n-nuqqas ta’ suċċess tagħhom biex isibu soluzzjonijiet għall-problemi, aggravati min-nuqqas ta’ kontrolli u ekwilibrji istituzzjonali, wasslu għal opportunitajiet ġodda għall-kriminalità organizzata; billi hemm evidenza ċara ta’ implikazzjoni dejjiema ta’ gruppi ta' kriminalità organizzata, bħall-Camorra, fil-proċess ta' ġestjoni tal-iskart bi qligħ, inkluż ir-rimi ta' skart tossiku minn industriji fit-Tramuntana tal-Italja f’mijiet ta’ landfills illegali jew saħansitra fil-baħar; billi lanqas huwa maħsub li ma kienx hemm awtorità li kienet konxja dwar attività fuq skala bħal din,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi, fl-2007, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet tissospendi l-ħlas ta' EUR 135 miljun f'kontribuzzjonijiet mill-perjodu ta' finanzjament 2006-2013 għal proġetti relatati mal-iskart u ta' EUR 10.5 miljun oħra mill-perjodu ta' finanzjament 2000-2006 sa meta tiġi abolita l-istruttura tal-kummissarji,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi ċ-ċiklu attwali tal-iskart għadu jiddependi ħafna fuq il-landfills u l-inċinerazzjoni, fatt li jmur kontra l-linji gwida tad-Direttiva Qafas il-ġdida dwar l-Iskart (2008/98/KE); billi għad m'hemm l-ebda pjan koerenti għall-ġestjoni tal-iskart fir-reġjun li jikkonforma mal-prinċipji fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, la fir-rigward tal-ġerarkija ta' trattament, lanqas fir-rigward tal-użu sikur ta' landfills jew inċinerazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N. billi l-fatt li l-iskart perikoluż jitħallat u/jew jintrema flimkien mal-iskart domestiku jew organiku u l-fatt li l-fatturi ġeoloġiċi u idroloġiċi ma tqisux kif jixraq meta ġie deċiż li l-landfills jitqiegħdu f'siti bħal Chiaiano wasslu għal riskji għoljin ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u tas-sorsi ta' ilma minn taħt l-art tal-madwar; billi dan il-fatt qed jikser l-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u anke d-Direttiva dwar il-Landfills,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">O. billi l-landfill f’Cava Sari, Terzigno – fis-sit Natura 2000 tal-Park Nazzjonali tal-Vessuvju, kif ukoll sit tal-Wirt Dinji tal-UNESCO – mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tal-proċeduri ta’ aċċettazzjoni tad-Direttiva dwar il-Landfills,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">P.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tas-26 ta' April 2007 għall-kawża C-135/05, iddikjarat li, meta naqqset milli tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura, b'mod partikulari, li l-iskart jiġi rkuprat jew eliminat mingħajr periklu għas-saħħa umana u mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ambjent u milli tipprojbixxi l-abbandun, ir-rimi jew l-eliminazzjoni bla rażan tal-iskart, inter alia, ir-Repubblika Taljana naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja; billi, fis-sentenza riċenti tagħha tal-4 ta' Marzu 2010 fil-kawża C-297/08, iddikjarat li, meta naqset milli tadotta l-miżuri kollha meħtieġa għar-reġjun ta’ Campania, ir-Repubblika Taljana naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2006/12/KE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">Q. billi dan il-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 1998 dwar l-applikazzjoni tad-direttivi dwar il-ġestjoni tal-iskart, diġà talab li jinbdew b'mod sistematiku proċedimenti ta' ksur kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dawn id-direttivi u li kull tliet xhur tiġi pprovduta lista tal-kawżi diġà deċiżi mill-Qorti u lista tal-multi imposti mill-Qorti u, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Novembru 2003 dwar ir-rapport ta' segwitu dwar id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, talab li jkun hemm monitoraġġ u koordinazzjoni bir-reqqa u konsistenti tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar l-iskart,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jappella għall-identifikazzjoni urġenti ta’ soluzzjoni sostenibbli li tissodisfa l-kriterji tal-UE, bħall-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni ta’ skart fejn, skont id-direttiva 2008/98/KE, ir-rispett għall-ġerarkija taċ-ċiklu tal-iskart jikkostitwixxi bażi ewlenija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Ifakkar li l-konformità mal-liġi tal-UE dwar l-iskart fir-reġjun ta’ Campania tirrikjedi sforz enerġetiku ħafna biex jitnaqqas il-volum ta’ skart u ssir xaqliba lejn il-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, billi tiġi pprovduta infrastruttura adegwata u jinnota li għandha titqiegħed enfasi ikbar fuq l-irkupru tal-iskart organiku partikolarment f’dan ir-reġjun b’tant agrikoltura – element li jidher li s'issa bilkemm ingħata importanza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Iqis li l-miżuri dejjiema ta’ eċċezzjonalità meħuda mill-awtoritajiet Taljani, inkluża l-ħatra ta’ kummissarji speċjali jew l-identifikazzjoni ta’ siti tal-iskart bħala ‘ta’ interess strateġiku’ taħt il-kontroll tal-armata kienu kontraproduttivi u jibża li l-opaċità stabbilita fil-ġestjoni tal-iskart mill-istituzzjonijiet pubbliċi ffaċilitat iktar milli waqfet iż-żieda fil-preżenza ta’ gruppi kriminali organizzati, kemm fil-ġestjoni uffiċjali tal-iskart fir-reġjun kif ukoll fir-rimi illegali tal-iskart industrijali; jitlob għalhekk, għal trasparenza ħafna akbar f’isem id-diversi awtoritajiet responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jenfasizza l-importanza tal-bini tal-fiduċja permezz ta’ djalogu strutturat li jinvolvi liċ-ċittadini u lid-diversi awtoritajiet u bejn il-livelli differenti tal-gvern, f'qafas strutturat; jiddispjaċih dwar l-inkriminazzjoni mill-awtoritajiet ta’ xi ċittadini li pprotestaw b'mod paċifiku kontra l-ftuħ ta' landfills ġodda u l-vjolenza li ħabbtu wiċċhom magħha mill-korpi tas-sigurtà; huwa konvint li permezz tal-involviment attiv taċ-ċittadini biss tul il-proċess kollu, biż-żmien tista’ tinsab soluzzjoni sostenibbli għall-problemi tal-iskart tar-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jeħtieġ li l-Kummissjoni ttawwal sine die ż-żamma tal-fondi tal-UE allokati għall-proġetti tal-iskart fir-reġjun, u żżommhom iffriżati sakemm jitlesta pjan verifikabbli ta’ ġestjoni tal-iskart u jkun hemm qbil dwaru mill-partijiet interessati affettwati kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jiġbed l-attenzjoni lejn is-7 miljun tunnellata ‘Ekobalal’ akkumulati f’siti tal-ħażna, partikolarment fis-sit Taverna del Ré, u jenfasizza l-importanza tal-prijoritizzazzjoni tat-tneħħija u l-eliminazzjoni tagħhom meta l-kontenut preċiż ikun ġie evalwat sew; jinsisti li r-rimi ta’ Ekobalal għandu jsegwi t-trattament xieraq<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Għal dawk l-iktar ġodda, f’dan il-punt, l-inċinerazzjoni f’impjanti speċjalizzati tidher li hi l-uniku mezz prattiku, filwaqt li għandha tiġi riabilitata b’mod xieraq iż-żona tar-rimi attwali; għall-iskart pendenti 'mummifikat’, l-inċinerazzjoni mhijiex possibbli, u għalhekk għandu jsir rimi f'siti ta’ landfills akkreditati uffiċjalment biss, kompatibbli mad-Direttiva tal-Landfills tal-UE. </p>
</footnote> u għandu jkun indirizzat fl-ambitu tal-pjan ta' ġestjoni tal-iskart, fejn jiġu stabbiliti b'mod ċar is-siti għal kull fażi ta' trattament u skont prattiki legali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jinnota li hemm bżonn ta' attenzjoni urġenti għar-rimi bil-miftuħ u illegali ta' skart imħallat u mhux identifikat ħdejn is-sit ta' Ferandelle, u jitlob li jiġu infurzati kontrolli stretti fuq il-ġestjoni; ifakkar lill-awtoritajiet kompetenti li, f'konformità sħiħa mad-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (2008/1, riveduta bid-Direttiva 2010/75)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 024 29.01 2008 u ĠU L 334 17.12 2010, bl-iskadenzi ta’ traspożizzjoni fl-2013.</p>
</footnote>, iridu jistabbilixxu kontroll strett fuq l-ittrattar tat-tipi speċifiċi ta' skart industrijali, hi x'inhi l-oriġini tiegħu; jirrimarka wkoll li jridu jiġu stabbiliti siti indikati apposta li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-UE, waqt li jiġi żgurat li tiġi żviluppata infrastruttura xierqa għall-iskart industrijali, speċjali u tossiku; jitlob spjegazzjoni għan-nuqqas ta' użu tas-sit ippjanat biex jirċievi l-iskart organiku u jirrikjedi li jibda jiffunzjona, sakemm jissodisfa l-kriterji stabbiliti mid-Direttiva dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li nfetħu landfills f'żoni naturali protetti fil-Park Nazzjonali tal-Vessuvju, bħal f'Terzigno; jopponi bis-saħħa kull pjan għall-estensjoni ta' dawn is-siti ta' landfills u jqis il-proposta li l-ftuħ tat-tieni landfill f'Terzigno (Cava Vitiello) bħala aberrazzjoni mhux aċċettabbli; jipproponi li l-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja għal inġunzjoni jekk jiġu estiżi l-landfills eżistenti f’żoni naturali protetti jew jekk jinfetħu oħrajn ġodda fis-siti ta' Natura 2000;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Iħeġġeġ lill-Gvern Taljan biex f'din il-kwistjoni jaġixxi b'osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod iktar partikolari biex josserva l-aħħar żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u biex jikkoreġi l-każi kollha msemmija ta' ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE, filwaqt li jfakkar fl-obbligu li jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-acquis communautaire tal-UE jiġi osservat fil-livelli kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel ħilitha fil-limiti tal-kompetenzi tagħha sabiex tikkontrolla li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja effettivament jiżguraw li l-iskart jinġabar, jiġi separat u jiġi trattat kif suppost, pereżempju permezz ta' spezzjonijiet sistematiċi, u li jiġi ppreżentat pjan kredibbli mill-awtoritajiet reġjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jikkunsidra li l-piż tat-tindif tas-siti f’Campania li ġew kkontaminati bit-tniġġis mid-diversi forom ta' skart m'għandux jiġġarrab minn min iħallas it-taxxi imma, f'konformità mal-prinċipju li min iniġġes iħallas, minn dawk responsabbli għat-tniġġis;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jinnota li l-Italja ma nnotifikatx it-traspożizzjoni tagħha tad-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali fi żmien l-iskadenza tas-26 ta' Diċembru 2010 imma jistenna li l-Italja tikkonforma kompletament mad-direttiva u tapplika s-sanzjonijiet xierqa għar-reati relatati mal-iskart elenkati fid-direttiva anke lill-persuni ġuridiċi meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għal dan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jitlob lill-Kummissjoni biex mingħajr dewmien tiftaħ proċeduri ta’ ksur kontra l-Italja skont l-Artikolu 260 tat-TFUE, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti penali li jiżguraw li l-awtoritajiet Taljani jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti, partikolarment billi jkun żgurat li l-landfills eżistenti jikkonformaw mal-liġi tal-UE; iqis li jkun xieraq u konformi mas-sentenza C-304/02  tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, li l-Italja tintalab tħallas somma f’daqqa bħala penali tal-ksur kontinwu fit-tul tad-direttivi tal-UE tul dawn l-aħħar snin u penali ta’ kuljum minn issa ’l quddiem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u l-Parlament tal-Italja.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>