Dokument ta' sessjoni

 

27.1.2011                                                                                                                B7‑0090/2011

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

imressqa skont l-Artikolu 77 tar-Regoli ta' Proċedura

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008

Véronique Mathieu

f'isem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

B7‑0090/2011

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, b'konformità mal-informazzjoni pprovduta fir-Rendikonti Finanzjarji Finali tas-CEPOL għall-2009, bid-data tal-5 ta' Lulju 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7 0061/2010),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010[2] li biha ġiet posposta d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2008, u t-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Puluzija,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010[3] li ma jagħtix kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Puluzija,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)[5] u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 tar-Regoli ta' Proċedura, u l-Anness VI għalihom, b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(b) ta' dak l-Anness,

1.  Jagħlaq il-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

[1] ĠU C 304, 15.12.2009, p.124.
[2] ĠU L 252, 25.9.2010, p. 232.
[3] Testi adottati, P7_TA(2010)0348
[4] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[5] ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
[6] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.