Dokument ta' sessjoni
1.2.2011 B7‑0091/2011
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)
Sharon Bowles
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)[1] u b'mod partikolari l-Artikolu 48(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
– wara li sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 u l-Artikolu 169(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Joġġezzjona għall-ħatra tal-kandidat;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea.