Dokument ta' sessjoni

 

1.2.2011                                                                                                                  B7‑0093/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

Sharon Bowles

 

 

f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

B7‑0093/2011

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)[1] u b'mod partikolari l-Artikolu 48(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

–   wara li sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 u l-Artikolu 169(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Joġġezzjona għall-ħatra tal-kandidat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

[1] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.