<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>9.2.2011</Date><Ref>B7-0114/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2295">Hannes Swoboda</Author>, <Author id="28162">Stéphane Le Foll</Author>, <Author id="28311">Luis Manuel Capoulas Santos</Author>, <Author id="96891">Paolo De Castro</Author>, <Author id="96976">Luís Paulo Alves</Author>, <Author id="33989">Daciana Octavia Sârbu</Author>, <Author id="28137">Kader Arif</Author>, <Author id="97009">Kriton Arsenis</Author>, <Author id="96987">Ricardo Cortés Lastra</Author>, <Author id="4267">Udo Bullmann</Author>, <Author id="96888">Leonardo Domenici</Author>, <Author id="4429">Robert Goebbels</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE459.646v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0114/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2011 dwar ir-Rikonoxximent tal-agrikoltura bħala settur strateġiku fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Frar 2009 dwar Il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar il-Politika Agrikola Komuni u s-Sigurtà Globali tal-Ikel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A.  billi l-volatilità li seħħet dan l-aħħar tal-prezzijiet tal-ikel u tal-prodotti bażiċi qajmet tħassib serju dwar il-funzjonament tal-provvista alimentari Ewropea u dinjija u billi ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel laqtet l-agħar lill-gruppi tal-popolazzjoni l-aktar vulnerabbli, kemm fil-pajjiżi żviluppati u kemm f’dawk li qiegħdin jiżviluppaw; billi l-prezzijiet għolja tal-ikel qed jitfgħu miljuni ta’ nies f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel, filwaqt li qiegħdin jiggravaw il-kundizzjonijiet għal ħafna li diġà kienu insikuri fir-rigward tal-ikel u qiegħdin jheddu s-sigurtà dinjija tal-ikel għal medda twila ta’ żmien,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi waqt laqgħa reċenti tal-Kumitat tas-Sigurtà Alimentari Dinjija fil-FAO, l-UE saħqet fuq il-problema tal-volatilità estrema tal-prezzijiet u l-Panel ta’ Esperti ta’ Livell Għoli l-ġdid ġie mitlub jirrapporta dwar il-kawżi u l-miżuri fir-rigward taċ-ċaqliq fil-prezzijiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C.  billi ġrajjiet klimatiċi u ġrajjiet oħra jistgħu jwasslu lill-pajjiżi biex jadottaw politiki protezzjonisti, kif ġara fil-każ tal-projbizzjoni reċenti fuq l-esportazzjoni tal-qamħ li ġiet imposta mir-Russja u mill-Ukraina, li flimkien jesportaw madwar 30% tal-qamħ dinji,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D.  billi l-produzzjoni dinjija tal-ikel tista’ tiddgħajjef b’mod regolari minn snesiela ta’ fatturi inklużi l-impatt tal-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pesti) u tal-mard, id-disponibilità tar-riżorsi naturali u d-diżastri naturali, kif ġara fl-2010 minħabba n-nixfa fit-tul u n-nirien li ħakmu r-Russja u l-għargħar massiv li seħħ fil-Pakistan u dan l-aħħar ukoll fl-Awstralja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.   billi t-tibdil tal-klima se jirriżulta f’każijiet aktar frekwenti ta’ tali diżastri naturali, li minħabba fihom tiddgħajjef is-sigurtà tal-ikel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi, skont l-FAO, it-tkabbir stmat fil-popolazzjoni dinjija minn 7 biljun ruħ għal 9.1 biljuni se jeħtieġ żieda ta' 70% fil-provvista tal-ikel sas-sena 2050,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G.  billi s-sigurtà tal-ikel ma tfissirx biss id-disponibilità ta' provvisti tal-ikel, iżda, skont l-FAO, tinkludi wkoll id-dritt għall-ikel u l-aċċessibilità għal nutriment tajjeb għas-saħħa għal kulħadd; billi, meta qed issir dejjem aktar kompetittiva, l-Ewropa tista' tikkontribwixxi għas-sigurtà dinjija tal-ikel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H.  billi s-sigurtà tal-ikel hija kwistjoni ċentrali għall-Ewropa u teħtieġ koerenza u koordinament bejn diversi oqsma politiċi settorjali fil-livell tal-UE, jiġifieri l-PAK, il-politika tal-enerġija, il-programmi ta' riċerka, il-politiki kummerċjali u tal-iżvilupp, u r-regolament finanzjarju,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi kien hemm żieda fil-volatilità fis-swieq tal-ikel u tal-agrikoltura wara l-Att tal-2000 dwar il-Modernizzazzjoni tal-Kuntratti ta’ Xiri fil-Futur (Futures) tal-Prodotti Bażiċi, li neħħa r-regolamenti minn fuq il-kummerċ tal-prodotti bażiċi fl-Istati Uniti, u d-dħul ta’ investituri istituzzjonali fis-swieq tal-prodotti bażiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jisħaq fuq il-punt li settur agrikolu b'saħħtu u sostenibbli fl-UE kollha u ambjent rurali sostenibbli u li jkun qed jiżviluppa tajjeb, żgurat minn PAK b'saħħitha, huma komponenti vitali sabiex tingħeleb l-isfida tas-sigurtà tal-ikel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jafferma li l-UE għandha l-ogħla standards tal-produzzjoni agrikola u tal-ikel fid-dinja b’enfasi qawwija fuq is-sikurezza tal-ikel, il-kwalità tal-ikel u s-sostenibilità ambjentali tal-agrikoltura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jafferma mill-ġdid li d-dritt għas-sigurtà tal-ikel huwa dritt tal-bniedem bażiku u fundamentali u jinkiseb meta kulħadd, f'kull ħin, ikollu aċċess fiżiku u ekonomiku għal ikel xieraq, sikur (fir-rigward tas-saħħa) u nutrittiv biex jissodisfa l-ħtiġijiet u l-preferenzi dijetetiċi tiegħu għal ħajja attiva u mimlija saħħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jafferma li l-UE għandha d-dmir li titma' liċ-ċittadini tagħha u li t-tkomplija tal-attività tal-biedja fl-UE għandha importanza ewlenija f'dan ir-rigward; jiġbed l-attenzjoni lejn id-dħul mill-biedja li qed jonqos fl-UE, minħabba l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed jiżdiedu u l-volatilità tal-prezijiet, li għandhom impatt negattiv fuq il-ħila tal-bdiewa li jżommu l-produzzjoni għaddejja kif tkun; jenfasizza l-ispejjeż li jkollhom iġarrbu l-bdiewa Ewropej biex jissodisfaw l-ogħla standards tas-sikurezza tal-ikel, ambjentali, tal-benesseri tal-annimali u tax-xogħol fid-dinja; jisħaq fuq il-punt li l-bdiewa għandhom jiġu kkumpensati għal dawn l-ispejjeż addizzjonali u talli jipprovdu l-prodotti pubbliċi lis-soċjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jenfasizza li huma n-nies il-fqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma l-aktar esposti għall-impatt negattiv tal-volatilità tal-prezzijiet u tal-kriżi tal-ikel; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Istati Membri kollha biex jirduppjaw l-impenn tagħhom għall-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju 1 (li sal-2015 inaqqsu l-ġuħ bin-nofs), b’mod partikolari billi jżidu b’mod sinifikanti s-sehem tal-għajnuna uffiċċjali għall-iżvilupp (ODA) iddedikat għall-agrikoltura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jirrikonoxxi li l-garanzija ta’ provvista tal-ikel adegwata hija komponent essenzjali tas-sigurtà tal-ikel, imma jirrikonoxxi wkoll li l-aċċess għall-ikel u kemm wieħed jista’ jaffordja l-ikel jeħtieġu li tingħata attenzjoni lit-twaqqif ta’ standard ta' għajxien xieraq, partikolarment għal min m'għandux biżżejjed riżorsi ekonomiċi, li spiss ikunu tfal, anzjani, migranti, refuġjati u persuni qegħda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jenfasizza li t-tibdil tal-klima u l-fenomeni ta’ temp estrem li qed jikkawżaw in-nixfiet u l-għargħar x’aktarx li jnaqqsu r-riżorsi naturali u r-rendiment tal-produzzjoni agrikola; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni marbuta mat-tibdil tal-klima fl-Istati Membri u tikkunsidra miżuri ulterjuri bil-ħsieb li jsir adattament għal dawn l-isfidi l-ġodda; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jseddqu l-adattament għat-tibdil tal-klima fl-agrikoltura u s-sivikoltura billi jużaw strumenti finanzjarji eżistenti; jenfasizza li l-miżuri ta’ adattament għandhom jimmiraw lejn żieda fis-sostenibilità kemm mil-lat ambjentali u kemm mil-lat ekonomiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri adegwati ta' prevenzjoni tar-riskju u ta' mmaniġġjar tar-riskju biex jillimitaw il-konsegwenzi negattivi tad-diżastri naturali fuq il-produzzjoni agrikola;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Itenni l-ħtieġa għall-kooperazzjoni dwar it-tibdil tal-klima bejn l-UE u l-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw, partikolarment il-ħtieġa tat-trasferiment tat-teknoloġiji u l-bini tal-kapaċitajiet; jenfasizza li l-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima għandu jiġi integrat fil-politiki relevanti kollha tal-UE inkluża l-kooperazzjoni għall-iżvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Iqis li għandha tintefa’ attenzjoni ffukata fuq l-appoġġ u ż-żieda  fil-kapaċità ta’ rkupru tas-sistemi tal-biedja organika ta’ skala żgħira maħsuba għall-konsum lokali u reġjonali, li jirrappreżentaw l-aktar mod effikaċi u ambjentalment sostenibbli ta’ kif tintuża l-art;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jagħraf li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-prodotti tal-ikel agrikoli u tal-prodotti bażiċi primarji agrikoli esponiet lill-bdiewa li għandhom azjendi żgħar, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għal ħafna sfidi ġodda; Hu tal-fehma li, bil-għan li tiġi ggarantita s-sikurezza tal-ikel, ir-regoli u l-ftehimiet kummerċjali internazzjonali kollha għandhom iqisu l-impatt fuq l-agrikoltura u l-aċċess għall-ikel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jenfasizza li l-oligopoliji ż-żrieragħ għandhom effetti devastanti fuq is-sostenibilità tal-biedja ta’ skala żgħira, fejn jinkoraġġixxu d-dipendenza fuq għadd limitat ta’ korporazzjonijiet għax-xiri taż-żrieragħ u l-fertilizzanti speċjalizzati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Iqis li l-fatturi li jikkontribwixxu għal żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima agrikola jeħtieġ li jiġu indirizzati b'mod integrat u komprensiv;  jenfasizza l-ħtieġa ta' rispons politiku integrat u li tinħoloq strateġija konprensiba biex tiġi indirizzata l-kwistjoni taż-żidiet fil-prezzijiet tal-materja prima agrikola li tinkludi l-produttività agrikola, l-iżvilupp sostenibbli, is-sikurezza tal-ikel, il-kummerċ, l-iżviluppi teknoloġiċi, l-enerġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jemmen li s-swieq finanzjarji u agrikoli llum il-ġurnata huma aktar interkonnessi minn qatt qabel; iqis li reazzjoni Ewropea waħedha m'għadhiex biżżejjed u li l-Ewropa għandha taġixxi flimkien ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-volatilità tal-prezzijiet u tas-sigurtà tal-ikel; għalhekk hemm ħtieġa urġenti li tiżdied it-trasparenza u li jiġu stabbiliti limiti minimi għall-operaturi li jitħallew jikkummerċjaw fis-swieq tal-prodotti bażiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jitieden bil-qawwa kollha lill-G20 jikkordinaw fuq livell internazzjonali l-ħolqien ta' mekkaniżmi preventivi għal kontra fluttwazzjonijiet eċessivi fil-prezzijiet u biex jaħdmu għal regolamentazzjoni mfassla speċifikament biex tindirizza b’mod determinat il-kriżi agrikola u tal-ikel; jistieden lill-G20 jiżguraw il-konverġenza tar-regolamentazzjoni tal-prodotti bażiċi tal-ikel u tal-agrikoltura u jinvolvu l-pajjiżi li mhumiex parti mill-G20;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi proposti adegwati fir-rieżamijiet li deħlin tad-Direttiva dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) u d-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq biex tindirizza t-tħassib li tqajjem minħabba s-swieq tal-prodotti bażiċi alimentari u agrikoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Jappoġġja, f'dan il-kuntest, reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-istrumenti finanzjarji, li għandha tipprevedi kummerċ aktar trasparneti u limiti minimi għall-operaturi li jitħallew jagħmlu l-kummerċ f'dawn is-swieq; ifakkar li l-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu ta' servizz għall-ekonomija u jgħinu l-produzzjoni agrikola tegħleb il-kriżijiet u l-ġrajjiet klimatiċi; fl-istess ħin, l-ispekulazzjoni m'għandhiex titħalla thedded lill-azjendi agikoli li altrimenti huma effiċjenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">17. Jenfasizza li s-swieq tal-prodotti bażiċi alimentari u agrikoli għandhom ikunu aċċessibbli biss għan-negozji kummerċjali li jużaw il-prodotti derivattivi biex jilqgħu kontra ġrajjiet imprevedibbli u dan għandu jkun ristrett għal kummerċjanti u sensara li m'għandhomx interess kummerċjali f'dawn is-swieq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">18. Jinnota li l-indiċi tal-prezzijiet fis-swieq finanzjarji għall-prodotti agrikoli primarji qatt ma kien daqshekk instabbli; il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi alimentari żdiedu b’mod sinifikanti fl-2010; kif hemm iddikjarat fil-bullettin ta’ kull xahar tal-BĊE li ħareġ f'Jannar il-prezz tal-qamħ żdied b'91%, tal-qamħirrum b'57%, tas-soja bi 33% u taz-zokkor żdied bi 32%;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">19. Jenfasizza l-fatt li dawn l-avvenimenti huma biss parzjalment ikkawżati minn elementi fundamentali tas-suq bħalma huma d-domanda u l-provvista u fil-biċċa l-kbira huma r-riżultat tal-ispekulazzjoni; jinnota li l-imġiba spekulattiva kkaġunat sa 50% taż-żidiet reċenti tal-prezzijiet; japprova l-konklużjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel rigward ir-rwol li jwettqu investituri istituzzjonali kbar, bħalma huma l-fondi spekulattivi, il-fondi tal-pensjonijiet u l-banek tal-investiment – li ġeneralment l-ebda wieħed minnhom ma juri  interess fis-swieq agrikoli – fl-influwenzar tal-indiċijiet tal-prezzijiet tal-prodotti bażiċi permezz taċ-ċaqliq tagħhom fis-swieq tad-derivattivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">20. Jikkundanna bil-qawwa l-attivitajiet tal-ispekulaturi fuq il-prodotti bażiċi globali, il-materja prima agrikola u l-enerġija li jikkontribwixxu biex tiġi enfasizzata l-volatilità tal-prezzijiet tal-ikel u biex tiggrava l-kriżi globali tal-ikel; jenfasizza li mhuwiex aċċettabbli li l-ġuħ ta’ xi wħud jagħmel il-qligħ tal-oħrajn u jitlob għal regolamentazzjoni adegwata u sorveljanza effikaċi fil-livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali biex l-ispekulazzjoni tiġi pprevenuta milli tikser id-dritt għall-ikel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">21. Jistieden lill-UE tieħu azzjoni konkreta kontra l-faqar billi tadotta politika koerenti li tiġbor fiha l-oqsma tal-kummerċ u l-iżvilupp u l-politika agrikola komuni tagħha, bil-għan li jiġu evitati l-impatti diretti u indiretti negattivi minn fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">22. Jenfasizza r-rwol importanti li bħalissa hemm previst għall-AETS fis-sorveljanza tas-swieq tal-prodotti bażiċi; jistieden lill-Kummissjoni  tivvaluta l-kapaċità tal-AETS li twettaq il-funzjonijiet tagħha b’mod effikaċi fl-ambitu tar-responsabilità legali tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti fuq il-possibilità li tagħti lill-AETS aktar poteri biex tipprevjeni l-manipulazzjoni u l-abbużi fis-swieq tal-prodotti bażiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">23. Jenfasizza li mhux possibbli li tittieħed azzjoni effikaċi kontra fluttwazzjonijiet maġġuri  fil-prezzijiet mingħajr stokkijiet ta' intervent jew stokkijiet strateġiċi; iqis, għalhekk, li r-rwol tal-istrumenti ta' intervent fis-suq irid jisseddaq fil-PAK tal-futur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">24. Huwa favur azzjoni Ewropea aktar kuraġġjuża biex tiġi ttrattata l-problema tal-ispekulazzjoni, inkluż permezz ta' mandat maħruġ lir-regolaturi u lill-korpi ta' sorveljanza biex jirrestrinġu l-ispekulazzjoni; jemmen li d-derivattivi tal-prodotti bażiċi huma differenti minn derivattivi finanzjarji oħra u li tal-ewwel għandhom jiġu ttrattati biss min-negozjanti li għandhom interessi leġittimi li jipproteġu l-merkanzija agrikola mir-riskji kif ukoll minn kategoriji oħra ta' persuni marbuta direttament mal-produzzjoni agrikola vera; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-trattament ta' derivattivi tal-prodotti bażiċi tal-ikel ikun ristrett kemm jista' jkun għal investituri marbuta direttament mas-swieq agrikoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
</Section></Motion>