Seduta plenarja

 

22.3.2011                                                                                                                B7‑0221/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)

Sharon Bowles

f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

B7‑0221/2011

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Marzu 2011 mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)[1],

–   wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji sema' lill-kandidat magħżul mill-Bord ta' Superviżuri tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi Carlos Montalvo jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010),

1.  Japprova l-ħatra ta' Carlos Montalvo bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol).

[1] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.