<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>4.7.2011</Date><Ref>B7-0397/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Iskema tad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96726">Marije Cornelissen</Author>, <Author id="96744">José Bové</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1985">Pervenche Berès</Author>, <Author id="4337">Alejandro Cercas</Author>, <Author id="28311">Luis Manuel Capoulas Santos</Author>, <Author id="96891">Paolo De Castro</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">S&amp;Df'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE465.725v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0397/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Iskema tad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Otturbu 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.</p>
</footnote> u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008 tat-3 ta' Ottubru 2008 li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 268, 9.10.2008, p. 3.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007, rigward tad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (COM(2010)486),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-Kawża T-576/08,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2012 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni Ewropea u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 152, 11.6.2011, p. 24.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-26 ta' Marzu 2009 għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità(<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2008-0563" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2008-0563">COM(2008)0563</ANCHOR> – C6-0353/2008 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/CNS-2008-0183" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/CNS-2008-0183">2008/0183(CNS)</ANCHOR>)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 117E, 6.5.2010, p. 258.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Kummissjoni tipprevedi li 43 miljun persuna fl-UE jinsabu f'riskju ta’ faqar alimentari,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-prezzijiet tal-ikel li dejjem jogħlew qed iqiegħdu lil iktar persuni f'riskju ta' faqar alimentari,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lin-nies l-iktar imċaħħda fl-Unjoni, imwaqqfa fl-1987 taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK), attwalment tipprovdi għajnuna għall-ikel lil 13-il miljun persuna li qed isofru mill-faqar fi 19-il Stat Membru u għandha ktajjen tad-distribuzzjoni li jinvolvu madwar 240 bank tal-ikel u karità,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-iskema dejjem kienet tistrieħ iktar fuq l-akkwist mis-suq bħala konsegwenza tal-Politika Agrikola Komuni mibdula, u dan wassal għal tnaqqis fil-livelli ta' ħażniet ta’ intervent, li huma s-sors tradizzjonali ta' provvista għall-iskema,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi sentenza tal-QĠUE iddikjarat li l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 983/2008, li jittratta l-akkwist addizzjonali ta' ikel mis-suq, għandu jiġi kkanċellat,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi wara s-sentenza tal-QĠUE, il-proposta tal-Kummissjoni għall-2012 tinkludi tnaqqis ħesrem fil-finanzjamenti minn EUR 500 miljun fl-2011 għal EUR 113 miljun fl-2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-PAK u l-iskemi relatati tagħha u l-Fondi Strutturali, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), se jibdew perjodu ġdid ta' finanzjament fl-2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jenfasizza li meta titwaqqaf skema ta' għajnuna eżistenti u operattiva mingħajr preavviż jew tħejjija, dan ikollu impatt kbir fuq l-iktar persuni vulnerabbli tal-UE u ma jikkostitwixxix prassi affidabbli ta' finanzjament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw soluzzjoni tranżitorja għas-snin li fadal tal-pjan ta' finanzjament (l-2012 u l-2013) biex jiġi evitat tnaqqis immedjat u qawwi fl-assistenza alimentari dovut għat-tnaqqis fil-finanzjamenti minn EUR 500 miljun għal EUR 113 miljun, u biex jiġi żgurat li l-persuni dipendenti fuq l-assistenza alimentari ma jsofrux minn faqar alimentari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob biex fuq medda twila ta' żmien il-persuni kollha kkonċernati jevalwaw bir-reqqa l-adegwatezza tal-iskema ta' assistenza alimentari, b'mod partikolari bħala element tal-PAK fil-kuntest tal-perjodu ġdid ta' finanzjament mill-2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jilqa' t-tħabbir mill-Kummissarju Ciolos fid-29 ta' Ġunju 2011 tal-proposta li l-iskema ta' distribuzzjoni tal-ikel tiġi ttrasferita mill-PAK għall-FSE, sakemm tiġi żgurata l-adegwatezza tal-finanzjament u sakemm it-trasferiment ma jwassalx għal tnaqqis fil-flus disponibbli għall-programmi eżistenti tal-FSE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jenfasizza li effetti negattivi tal-faqar spiss huma d-dgħjufija fiżika minħabba nuqqas ta' ikel sustanzjuż u l-faqar alimentari; jenfasizza li fil-ġlieda kontra l-faqar, tenħtieġ politika integrata li tiġbor fiha introjtu ġust u kundizzjonijiet ta' ħidma u għajxien; iqis li l-miżuri ta' assistenza alimentari jistgħu jikkostitwixxu element temporanju wieħed fost l-oħrajn f'politika integrata għall-ġlieda kontra l-faqar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jenfasizza li l-bdiewa għandhom jingħataw l-assigurazzjoni ta' introjtu u rimunerazzjoni deċenti u ġusti għall-ħidma tagħhom; jirrimarka li l-bdiewa f'bosta reġjuni qed jiffaċċjaw problemi finanzjarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-faqar rurali u tal-kollass tal-komunitajiet rurali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jemmen li, fil-kuntest ta' żieda fis-sikurezza alimentari u ta' ħolqien ta' produzzjoni u ta' sistemi ta' provvista sostenibbli f'sens, jibqa' ta' importanza kruċjali li jkun hemm ħela minima ta' ikel fuq medda twila ta' żmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jirrimarka li s-sentenza tal-QĠUE tgħid biċ-ċar li l-proposta attwali għall-iskema riveduta ta' assistenza alimentari mhijiex konformi mal-prinċipji ġenerali li jiggvernaw il-PAK; jistieden lill-Kummissjoni tissostitwixxi l-proposta attwali b'miżura temporanja li għandha tibqa' fis-seħħ sa tmiem il-perjodu ta' finanzjament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>