<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>6.9.2011</Date><Ref>B7-0475/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0421" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0421">B7&#8209;0421/2011</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Bla Dar</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1985">Pervenche Berès</Author>, <Author id="96868">Karima Delli</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2863"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE465.773v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0475/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar an EU Homelessness Strategy</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tiegħu tat-22 April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta’ persuni bla dar u tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0163" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0163/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2008)0163</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0499" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0499/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2010)0499</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-verżjoni riveduta tal-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari l-Artikolu 31 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2010 tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Naħdmu flimkien biex niġġieldu l-faqar fl-2010 u lil hinn minnha</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet finali tal-Konferenza Ewropea ta’ Kunsens dwar il-Persuni Bla Dar tad-9 u l-10 ta’ Diċembru 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0758" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0758">COM(2010)0758</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Ġunju 1999 dwar L-Akkomodazzjoni u l-persuni bla dar (CdR 376/98 finali), tas-6 ta' Ottubru 2010 dwar L-Indirizzar tal-problema tal-persuni bla dar (CdR 18/2010 finali) u tal-31 ta' Marzu 2010 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (CdR 402/2010 finali),</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–   <span font-weight="bold"> </span>wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2011-000153" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2011-000153">O&#8209;000153/2011</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0475" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0475">B7&#8209;0475/2011</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-problema ta' persuni bla dar qed għadha qed tolqot lill-persuni fl-Istati Membri kollha tal-UE u hija vjolazzjoni mhux aċċettabbli tad-dinjità tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-problema ta' persuni bla dar tirrappreżenta waħda mill-aktar forom estremi ta’ faqar u privazzjoni, li kompliet tikber f'bosta Stati Membri tal-UE tul dawn l-aħħar snin,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-2010 hija s-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-problema ta' persuni bla dar saret prijorità qawwija fil-proċess ta' inklużjoni soċjali tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-kordinament ta' politika fil-livell tal-UE fil-qasam tal-persuni bla dar u fil-qafas tal-Metodu Miftuħ ta' Kordinazzjoni għall-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali saħħaħ  u żied il-valur tal-isforzi magħmula fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tul id-deċennju li għadda, u billi jenħtieġ li titkompla din il-ħidma fil-qafas ta' approċċ aktar strateġiku,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-problema ta' persuni bla dar hi kumplessa minnha stess u teħtieġ reazzjoni politika li tolqot aspetti differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-Istrateġija Ewropa 2020, u l-mira ewlenija tagħha tal-ħruġ ta' mill-anqas 20 miljun persuna mir-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali sal-2020 tagħti spinta ġdida lill-ġlieda kontra kull forma ta' faqar u esklużjoni soċjali, inkluż lill-problema ta' persuni bla dar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-inizjattiva ewlenija ta' Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali tirrappreżenta element ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi dan il-qafas iwitti t-triq għal azzjoni msaħħa u aktar ambizzjuża fil-livell tal-UE għall-persuni bla dar, billi tidentifika metodi u mezzi li jkomplu bl-aħjar mod il-ħidma mnedija mill-Kummissjoni għall-persuni bla dar, b'kunsiderazzjoni tal-eżitu tal-konferenza ta' kunsens ta' Diċembru 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi l-Kumitat tar-Reġjuni ddeskriva Aġenda Ewropea ta' Akkomodazzjoni Soċjali li għandha l-għan li tikkordina l-miżuri b'rabta mal-finanzjament tal-akkomodazzjoni soċjali, l-użu tal-fondi strutturali u t-tisħiħ tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; billi l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Bla Dar għandha tikkontribwixxi għal din l-aġenda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu progress lejn il-mira tat-temma tal-problema ta' persuni bla dar sal-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jitlob l-iżvilupp ta' strateġija tal-UE li tkun ambizzjuża, integrata u sostnuta minn strateġiji nazzjonali u reġjonali li jkollhom l-għan għat-tul li jtemmu l-problema ta' persuni bla dar fi ħdan il-kuntest aktar ġenerali tal-qafas ta' inklużjoni soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi grupp ta' ħidma għal strateġija tal-UE għall-persuni bla dar u biex tinkludi l-parteċipanti interessati kollha fil-ġlieda kontra l-problema ta' persuni bla dar, bl-inklużjoni ta' dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, riċerkaturi, NGOs li huma fornituri ta' servizzi għall-persuni bla dar, persuni li huma bla dar u s-setturi ġirien bħall-akkomodazzjoni, l-impjiegi u s-saħħa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jitlob li t-Tipoloġija Ewropea tal-Persuni Bla Dar u l-Esklużjoni minn Akkomodazzjoni (ETHOS) tiġi kkunsidrata fl-iżvilupp ta' strateġija tal-UE; jitlob lill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali u sotto-grupp ta' indikaturi tiegħu biex jippromwovu ftehim fost l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' din id-definizzjoni; jitlob lill-EUROSTAT jiġbor dejta dwar il-persuni bla dar fl-UE fil-qafas tal-Statistika tal-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (UE-SILC);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jitlob għal qafas, maqbul mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri, għall-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-persuni bla dar, bħala element ċentrali tal-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar; jitlob f'dan il-kuntest għal strateġija ta' rappurtaġġ annwali jew biennali li tirrapporta dwar il-progress mwettaq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Iqis li l-elementi ewlenin misluta minn strateġiji għall-persuni bla dar (imressqa mir-Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali tal-2010), għandhom jiġu monitorati u għandu jsir rapport dwarhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">-    miri ċari, partikolarment dawk rigward il-prevenzjoni tal-problema ta' persuni bla dar; tnaqqis fit-tul ta' żmien ta' din il-problema; tnaqqis tal-forom l-aktar gravi tal-problema ta' persuni bla dar; titjib tal-kwalità tas-servizzi għall-persuni bla dar u aċċess għal akkomodazzjoni bi prezzijiet raġonevoli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">-    approċċ integrat li jkopri l-oqsma ta' politika rilevanti kollha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">-    governanza adegwata,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">-    ġbir ta' dejta adegwat,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">-    dimensjoni ta' akkomodazzjoni b'saħħitha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">-    kunsiderazzjoni tal-profili dejjem jinbidlu tal-popolazzjoni ta' persuni bla dar, u b'mod partikolari tal-impatt tal-immigrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jitlob b'mod speċifiku li dan il-qafas ta' monitoraġġ jindirizza l-progress tal-Istati Membri biex itemmu l-problema ta' persuni bla dar u l-problema fit-tul ta' persuni bla dar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jitlob għal strateġija tal-UE għall-persuni bla dar li tmur lil hinn mill-monitoraġġ u r-rappurtaġġ u biex toffri pakkett ta' attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp u s-sostenn ta' strateġiji nazzjonali u reġjonali effettivi għall-persuni bla dar ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jitlob għal aġenda ta' riċerka b'saħħitha sabiex jiġi żviluppat l-għarfien u l-fehim fil-qafas ta' strateġija tal-UE għal persuni bla dar, u tagħlim reċiproku u skambju transnazzjonali kontinwu dwar kwistjonijiet ewlenin fil-ġlieda kontra l-problema ta' persuni bla dar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jitlob għal mira speċifiku fuq approċċi interni skont it-tifsira tal-innovazzjoni soċjali tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali sabiex tissaħħaħ il-bażi ta' evidenza dwar il-kombinazzjonijiet effettivi ta' akkomodazzjoni u appoġġ mhux fiss għal dawk li kienu persuni bla dar u għall-prattika bbażata fuq l-evidenza u l-iżvilupp ta' politika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jitlob għall-strateġija tal-UE għal persuni bla dar li tiffoka fuq il-promozzjoni ta' servizzi ta' kwalità għall-persuni bla dar u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas volontarju ta' kwalità kif stipulat mill-Komunikazzjoni dwar il-Pjattaforma Ewropea Kontra l-Faqar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jitlob l-iżvilupp ta' rabtiet b'saħħithom bejn l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar u l-kanali ta' finanzjament tal-UE - speċjalment il-Fondi Strutturali; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu tal-faċilità ta' finanzjament tal-FEŻR ukoll għall-akkomodazzjoni għal gruppi marġinalizzati biex tindirizza l-problema ta' persuni bla dar fl-Istati differenti tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jitlob l-allinjament tal-problema ta' persuni bla dar fost l-oqsma ta' politika rilevanti bħala aspett mill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Iqis li l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Bla Dar għandha tirrispetta bis-sħiħ it-Trattat ta' Lisbona li jistipula "r-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jipprovdu, jikkummissjonaw, u jorganizzaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali mill-aktar qrib possibbli għall-ħtiġiet tal-utenti"; iqis li hu f'idejn l-Istati Membri li jiddeffinixxu l-ambiti ta' akkomodazzjoni soċjali bi prezzijiet raġjonevoli u li Strateġija tal-UE għall-Persuni Bla Dar għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-politika tal-Istati Membri dwar l-akkomodazzjoni soċjali li legalment tinkludi l-prinċipju ta' promozzjoni tat-taħlita soċjali u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Iħeġġeġ lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) taħdem aktar dwar l-implikazzjonijiet ta' faqar estrem u l-esklużjoni soċjali f'termini ta' aċċess għal u t-tgawdija tad-drittijiet fundamentali, b'kunsiderazzjoni li t-twettiq tad-dritt għall-akkomodazzjoni hu kritiku għat-tgawdija ta' firxa sħiħa ta' drittijiet oħrajn, inklużi d-drittijiet politiċi u soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Iħeġġeġ lill-Kunsill dwar Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur biex jiddiskuti kif jiżviluppa strateġija tal-UE għall-persuni bla dar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali u lill-Kunsill tal-Ewropa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>