<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>12.9.2011</Date><Ref>B7-0490/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-karestija fl-Afrika tal-Lvant</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="23712">Jan Zahradil</Author>, <Author id="1318">James Nicholson</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="96697">Valdemar Tomaševski</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="23788">Adam Bielan</Author>, <Author id="23792">Michał Tomasz Kamiński</Author>, </span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.671v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0490/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-karestija fl-Afrika tal-Lvant</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Qarn tal-Afrika,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra r-riżultati tal-konferenza tad-donaturi f’Addis Ababa, tal-25 ta' Awwissu 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-NU,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">A.  billi n-NU ddikjarat li 750 000 jinsabu f’periklu imminenti li jmutu bil-guħ fl-erba’ xhur li ġejjin u 13.3 miljun persuna fis-Somalja, l-Etjopja, l-Eritrea, il-Kenja u d-Djibouti jinsabu fi bżonn urġenti ta’ għajnuna ta’ emerġenza,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">B.   billi s-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika tqieset bħala l-aktar kriżi serja tal-inċertezza tal-ikel fid-dinja kemm f’termini ta’ kobor kif ukoll ta’ severità,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">C.  billi f’xi postijiet, ir-rati ta’ malnutrizzjoni huma aktar minn tliet darbiet il-livelli ta’ emerġenza, u għaxriet ta’ eluf ta’ persuni huma maħsuba li diġà mietu; billi ġie previst li s-sitwazzjoni fil-Qarn se tmur għall-agħar qabel titjieb, bis-sitwazzjoni, prevista li tkun fl-agħar tagħha f’Ottubru 2011 mingħajr perspettiva ta’ rkupru qabel l-2012,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">D.  billi fir-reġjun, il-kriżi marret għall-agħar minħabba l-kunflitt kontinwu u n-nuqqas ta’ sigurtà, il-prezzijiet għolja tal-ikel, it-tibdil fil-klima, it-tkabbir demografiku, in-nuqqas ta’ infrastruttura u t-tnaqqis tar-riżorsi naturali, </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">E.   billi l-impatt tan-nixfa fuq il-bhejjem evolva b'mod negattiv matul dawn l-aħħar sitt xhur minn produzzjoni fqira tal-bhejjem għad-deterjorament tal-kundizzjonijiet fiżiċi tal-bhejjem,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">F.   billi s-Somalja b’mod partikolari kienet l-aktar pajjiż milqut, b’1.4 miljun persuna spustjati internament, fejn aktar minn nofs il-popolazzjoni tinsab dipendenti fuq l-għajnuna alimentari; billi l-UNICEF irrapurtat li 780 000 tifel u tifla qed ibagħtu minn malnutrizzjoni qawwija fin-Nofsinhar tas-Somalja,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">G.  billi skont il-FAO l-għadd ta’ Somali fi bżonn ta’ għajnuna umanitarja żdied minn 2.4 miljun għal 4 miljuni fit-tmien xhur li għaddew, bi tliet miljuni minnhom fin-Nofsinhar tal-pajjiż,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">H.  billi s-sitwazzjoni umanitarja fis-Somalja qed tmur għall-agħar minħabba l-governanza batuta u l-konflitt li hemm bejn ir-ribelli u t-truppi tal-gvern; billi l-grupp militanti, al-Shabab jikkontrolla bosta żoni fejn ġiet iddikjarata l-karestija u ma wriex flessibilità biex iħalli l-aġenziji ta’ għajnuna mill-punent jidħlu fiż-żona, li dan qed ifixkel ħafna l-isforzi ta’ għajnuna,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">I.    billi l-kisbiet militari magħmula mill-forzi tal-Gvern Federali ta’ Tranżizzjoni u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja qed jipprovdu xi grad ta’ sigurtà – l-għajnuna ma tistax tilħaq lill-benefiċjarji fil-mira minħabba n-nuqqas ta’ stabilità politika u sigurtà,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">J.    billi aktar minn 860 000 refuġjat ħarbu mis-Somalja lejn pajjiżi ġirien, b’mod partikolari lejn il-Kenja u l-Etjopja, biex ifittxu s-sigurtà, l-ikel u l-ilma, hekk li l-kamp tar-refuġjati f’Dadaab fil-Kenja kien miżgħud b’aktar minn 420 000 ruħ, </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">K.  billi 80% tar-refuġjati huma nisa u tfal li ħafna minnhom isofru vjolenza sesswali u intimidazzjoni tul it-triq lejn il-kampijiet tar-refuġjati jew fihom stess,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">L.   billi l-mard bħall-kolera, il-ħosba u l-malarja jirrappreżenta theddida dejjem akbar għall-popolazzjoni mdgħajfa u li ż-żieda tal-flussi ta’ appoġġ fil-qasam tas-saħħa, l-ilma u l-iġjene meħtieġa b’mod urġenti,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">M.  billi l-UE impenjat €158 miljun għall-għajnuna umanitarja fl-2011, flimkien ma’ €440 miljun mill-Istati Membri, li jiżdiedu ma’ aktar minn €680 miljun għar-reġjun bħala għajnuna għal terminu twil ta’ żmien fl-oqsma tal-agrikultura, l-iżvilupp rurali u s-sikurezza alimentari sal-2013,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">N.  Billi l-mexxejja tal-Unjoni Afrikana (AU) wiegħdu aktar minn US$350 miljun, għall-operazzjoni umanitarja,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">O.  billi ż-żieda fir-rapidità tar-rispons ta’ emerġenza hi ta’ importanza vitali biex ikunu indirizzati l-bżonnijiet umanitarji eżistenti u jkun evitat deterjorament addizzjonali; billi n-nuqqas operattiv totali matul s-sitt xhur li ġejjin għal operazzjonijiet tal-Programm Dinji tal-Ikel (PDI) marbuta man-nixfa li jkopru d-Djibouti, l-Etjopja, il-Kenja u s-Somalja huwa ta’ USD 190 miljun,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">P.   billi l-impatt tat-tibdil fil-klima kellu effetti serji fuq il-produzzjoni tal-uċuħ fir-reġjun, li flimkien mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali u ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel u l-fjuwil bagħtu lura t-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">Q.  jirrikonoxxi li żieda fil-piraterija fl-Oċean Indjan qed tfixkel sew il-provvisti lejn ir-reġjun u minnu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">      </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">1.<span padding-left="12pt"> </span> Jesprimi l-akbar mogħdrija għat-telf ta’ ħajja u t-tbatija fir-reġjun. Jitlob għal żieda fil-mobilizzazzjoni tal-għajnuna min-naħa tal-Istati Membri għal żoni fejn il-karestija hija qawwija ħafna biex ikunu provduti għajnuna alimentari, kura tas-saħħa, ilma nadif u provvisti għall-iġjene lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">2.<span padding-left="12pt"> </span> Jitlob lill-awtoritajiet u l-fazzjonijiet kollha fir-reġjun biex jippermettu l-ftuħ ta’ passaġġi umanitarji sabiex l-ikel u l-għajnuna jkunu jistgħu jittieħdu aktar ’il ġewwa fir-reġjuni milquta;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">3.<span padding-left="12pt"> </span> Jirrikjedi li l-partijiet kollha jwaqqfu immedjatament l-abbużi kontra ċ-ċivili, speċjalment nisa u tfal u li dawk li jwettqu dawn l-atti jwieġbu għal għemilhom, u jiżguraw l-aċċess għall-għajnuna u l-moviment ħieles tal-persuni kollha li jaħarbu mill-konflitt jew min-nixfa;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">4.<span padding-left="12pt"> </span> Jikkundanna bis-saħħa r-rwol tal-grupp Islamista militanti, al-Shabab fit-tfixkil tal-ħidma tal-aġenziji ta’ għajnuna u d-DPI fil-proċess ta’ twassil tal-għajnuna alimentari lil kemm jista’ jkun mill-popolazzjoni kemm huwa operattivament possibbli;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">5.<span padding-left="12pt"> </span> Jitlob li fil-ġejjieni l-komunità internazzjonali tiffoka l-programmi ta' għajnuna tagħha fuq żewġ livelli, l-ewwel billi tmantni r-rispons għall-kriżi umanitarja u t-tieni billi twettaq aktar sforzi fuq medda twila ta' żmien biex tiżgura li l-popolazzjonijiet ikunu aktar reżistenti matul perjodi ta' nixfa sabiex tkun evitata t-tbatija tal-bniedem fil-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">6.<span padding-left="12pt"> </span> Jirrikonoxxi li fil-Qarn tal-Afrika, hemm bżonn strateġija kuraġġuża li tiżgura kemm l-irkupru kif ukoll ir-reżistenza waqt li jitqiesu l-ambjent, il-fatturi ekonomiċi tal-għejxien pastorali u nomadiku, it-tibdil demografiku, l-ekwità fl-infiq għall-iżvilupp, il-governanza soda u l-bżonn li tkun evitata d-dipendenza;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">7.<span padding-left="12pt"> </span> Jilqa’ l-impenji tal-Unjoni Afrikana għall-operazzjoni umanitarja li tinkludi l-missjoni taż-żamma tal-paċi AMISOM, iżda jiddispjaċih li 9 000 forzi taż-żamma tal-paċi tal-Unjoni Afrikana biss ġew mibgħuta s’issa fis-Somalja flok l-20 000 imwiegħda; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">8.<span padding-left="12pt"> </span> Jilqa’ l-impenji tal-UE u l-Istati Membri tagħha. ifakkar, madankollu, li l-appell ta' emerġenza tan-NU għadu USD biljun inqas minn dak li hu meħtieġ; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tonora l-impenji tagħha;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">9.<span padding-left="12pt"> </span> Jirrikonoxxi li sabiex fil-ġejjieni jkunu evitati l-karestija u l-kriżi tal-inċertezza tal-ikel fir-reġjun, l-Istati Membri u l-komunità internazzjonali għandhom isaħħu s-settur agrikolu u jħaffu l-investimenti fl-iżvilupp rurali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">10.<span padding-left="6pt"> </span> Jirrikonoxxi s-Somaliland bħala forza prinċipali għall-istabilità, is-sigurtà u t-tkabbir fil-Qarn tal-Afrika; jifraħ lit-territorju awtonomu demokratiku indipendenti għar-rwol ta’ oppożizzjoni għal al-Shabab u għall-ġlieda kontra l-piraterija fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">11.<span padding-left="6pt"> </span> Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u s-Segretarju Ġenerali, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-pajjiżi tal-IGAD, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE, lill-Presidenza tal-G20 u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE.</p>
</Section></Motion>