<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>12.9.2011</Date><Ref>B7-0513/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Libja</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="22097">Véronique De Keyser</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="96892">Roberto Gualtieri</Author>, <Author id="96701">María Muñiz De Urquiza</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.694v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0513/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Libja</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) 1970/2011 tas-26 ta’ Frar 2011 u 1973/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011, li jawtorizzaw ‘kwalunkwe miżura meħtieġa’ għall-ħarsien taċ-ċivili,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-appelli tal-Lega Għarbija biex isiru interventi għall-ħarsien taċ-ċivili Libjani u r-risposta li tat in-NATO, flimkien ma’ xi pajjiżi Għarab bħall-Qatar, permezz tal-kampanja mill-ajru Odyssey Dawn, li tnediet fid-19 ta’ Marzu 2011 u li għadha għaddejja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) tal-1 ta' Marzu 2011 li b’unanimità ssospendiet is-sħubija tal-Libja fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-UNHRC S-15/2 adottata fil-25 ta' Frar 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra s-sospensjoni fit-22 ta' Frar 2011 tan-negozjati dwar Ftehim ta' Qafas UE-Libja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li ltaqa’ riċentement u d-dikjarazzjonijiet dwar il-Libja u dwar l-Afrika ta’ Fuq tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konferenza ta’ Pariġi li saret fl-1 ta’ Settembru 2011, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tal-10 ta' Marzu 2011, u r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 li tispeċifika l-kundizzjonijiet kritiċi rigward in-negozjati dwar il-Ftehim ta' Qafas UE-Libja (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/INI-2010-2268" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/INI-2010-2268">2010/2268(INI)</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi d-dittatorjat ta’ Gaddafi ntemm, b’riżultat tar-Rivoluzzjoni tas-17 ta’ Frar – rewwixta spontanja u qalbiena tal-poplu Libjan, li damet 6 xhur u li inkludiet fiha liberazzjoni armata tal-Libjani minn Bengażi sa Tripli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-kampanja mill-ajru Odyssey Dawn mmexxija min-NATO se tibqa' għaddejja sakemm ikun hemm bżonn biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili fil-Libja, skont ir-Riżoluzzjonijiet 1970 u 1973 tal-KSNU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi nhar is-27 ta’ Ġunju 2011 il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) ħarġet mandat ta’ arrest għall-Kurunell Gaddafi u għal żewġ membri tal-familja tiegħu minħabba allegati reati kontra l-umanità mwettqa sa mill-bidu tar-rewwixta tal-poplu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi fl-1 ta’ Settembru 2011 l-UE temmet l-iffriżar tal-assi ta’ 28 entità Libjana, fosthom kumpaniji taż-żejt, sabiex tipprovdi r-riżorsi lill-gvern interim u lill-poplu Libjan u sabiex tgħin lill-ekonomija terġa’ tiffunzjona;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-UE pprovdiet aktar minn EUR 152 miljun f’appoġġ umanitarju u billi fit-22 ta’ Mejju 2011 ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President fetħet uffiċċju tal-UE f’Bengażi, bl-għan li tistabbilixxi kuntatti mal-Kunsill Nazzjonali ta' Tranżizzjoni (NTC) Libjan u tgħin lil-Libja tħejji għall-istadju li jmiss ta’ tranżizzjoni demokratika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jesprimi s-solidarjetà u l-appoġġ tiegħu għar-revoluzzjoni mmexxija mill-poplu Libjan u jħeġġeġ lill-UE żżid l-għajnuna umanitarja bħala rispons għall-ħtiġijiet il-ġodda tal-popolazzjoni Libjana, b’mod partikolari fi Tripoli u fi bliet oħra l-aktar effettwati, ħtiġijiet li jinkludu l-aċċess għall-ilma nadif, mediċini u provvisti mediċi għal persuni li sofrew amputazzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jitlob lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President biex mill-aktar fis possibbli tiftaħ Delegazzjoni tal-UE kompluta fil-kapitali Libjana, u biex tibni fuq ix-xogħol siewi li twettaq mill-uffiċċju tal-UE f'Bengażi biex ikomplu jiġu promossi r-relazzjonijiet mal-NTC u biex tgħin lill-awtoritajiet ġodda tal-Libja jindirizzaw l-aktar ħtiġijiet urġenti tal-poplu Libjan; iħeġġeġ lill-UE tipprovdi appoġġ b’mod partikolari biex tassisti lill-NTC fit-tħejjija tal-proċessi elettorali u kostituzzjonali, li hu maħsub li se isiru fit-18-il xahar li ġejjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jieħdu l-awtorizzazzjoni tal-KSNU u jirrilaxxaw assi ffriżati Libjani sabiex jgħinu lill-NTC jipprovdi l-governanza meħtieġa f’dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni u jitlob lill-Istati Membri b’mod partikolari biex iwettqu l-wegħdiet li saru fil-Konferenza ta’ Pariġi fl-1 ta’ Settembru 2011, fejn 60 stat wegħdu li se jirrilaxxaw USD 15 biljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jiddikjara l-aspettattiva tiegħu li l-NTC iwettaq ir-responsabilitajiet tiegħu u l-impenji li ħa li jibni stat tolleranti, magħqud u demokratiku fil-Libja, li jipproteġi d-drittijiet universali tal-bniedem għaċ-ċittadini kollha tal-Libja kif ukoll għall-ħaddiema migranti jew barranin; jenfasizza li filwaqt li l-abbozz ta’ kostituzzjoni ġdida tidentifika x-sharia bħala s-sors legali ewlieni, l-UE tistenna li stat demokratiku ġdid Libjan se jinterpreta x-sharia b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet universali tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jinnota r-rapporti li jindikaw li Gaddafi ġie ċirkondat mir-ribelli f’post mhux magħruf, u jħeġġeġ lill-ġellieda tal-NTC biex ma joqtlux lid-dittatur, lil qrabatu jew lill-persuni ta' madwaru, u biex minflok iżommuhom u jressquhom biex jiġu proċessati legalment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistenna li jekk Gaddafi, qrabatu jew il-persuni ta’ madwaru jitressqu quddiem il-ġustizzja fil-Libja għar-reati kollha mwettqa tul id-dittatorjat, u mhux biss dawk ir-reati li qed takkużahom bihom l-ICC, il-qrati u l-proċessi Libjani jkunu kompletament konformi mal-istandards internazzjonali ta' proċessi ġusti, jinkludu t-trasparenza għall-osservazzjoni internazzjonali u jeskludu l-piena kapitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha, b’mod speċjali lill-ġirien tal-Libja, jikkooperaw mal-awtoritajiet il-ġodda tal-Libja filwaqt li jħeġġeġ lill-ġustizzja internazzjonali, jiġifieri lill-ICC, tiżgura li Gaddafi u l-akbar alleati tiegħu jitressqu quddiem il-ġustizzja; ifakkar li, pereżempju, in-Niġer u l-Burkina Faso huma partijiet fl-ICC u għaldaqstant, għandhom l-obbligu li jikkooperaw mal-Qorti u li jagħtu lil Gaddafi u lil qrabatu li jinsabu akkużati f’idejn l-ICC jekk dawn jidħlu fit-territorju tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jistieden lill-NTC biex bla ebda dewmien jagħti bidu għal proċess ta’ ġustizzja u konċiljazzjoni nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa ta’ skjerament urġenti ta’ osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, b’mod speċjali f’żoni fejn għad hemm persuni leali lejn Gaddafi, bħal Tawergha, Sebha, Sirte, Bani Walid u xi bliet fil-Muntanji tal-Punent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lill-forzi kollha tal-NTC jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali fit-trattament tal-priġunieri tal-gwerra, jiġifieri l-forzi u l-merċenarji pro-Gaddafi li għad fadal; iħeġġeġ lill-NTC biex b’mod immedjat jeħles lill-ħaddiema migranti Afrikani u lil-Libjani suwed li ġew miżmuma arbitrarjament minħabba li ħasbuhom li kienu merċenarji pro-Gaddafi u biex kull min wettaq reati jitressaq għal proċess legali indipendenti; jistieden lill-NTC iħares id-drittijiet ta’ eluf ta’ migranti Afrikani sub-Saħarjani li qed iħabbtu wiċċhom mal-fastidju purament minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom u jiżgura protezzjoni u evakwazzjoni tal-migranti li għadhom maqbuda fiċ-ċentri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, bħala pereżempju f’Sebha jew kwalunkwe kamp improvizzat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jenfasizza l-fatt li kien il-poplu Libjan li wettaq ir-revoluzzjoni u fetaħ it-triq; għaldaqstant, l-UE u l-atturi reġjunali l-oħra, bħal-Lega Għarbija u l-Unjoni Afrikana, għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jgħinu lil-Libja tibni istituzzjonijiet demokratiċi, tiżgura d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, ir-rijabilitazzjoni u r-riforma tas-settur tas-sigurtà, inklużi l-forzi tal-pulizija professjonali, tħejji elezzjonijiet ħielsa u ġusti, tibni s-sistema tal-ġustizzja u twettaq l-istat tad-dritt u l-governanza responsabbli; jenfasizza li minħabba li rwol tan-NU f’dan il-proċess m’għandux sostituti, il-PE jistenna li l-atturi internazzjonali kollha jappoġġaw lin-NU f’dan l-isforz;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jilqa’ l-inkjesta mnedija mir-Renju Unit biex tinvestiga allegat kondiviżjoni ta’ intelligence mis-servizzi sigrieti Britanniċi mar-reġim ta’ Gaddafi; jistieden lill-Istati Membri konċernati kollha biex isegwu dan l-eżempju u jwaqqfu inkjesti indipendenti biex jinvestigaw l-allegazzjonijiet ta’ kompliċità fit-tortura minn xi servizzi sigrieti Ewropej li setgħu ikkooperaw mar-reġim ta' Gaddafi fil-qafas tal-programm ta' kunsenji straordinarji tas-CIA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, l-SEAE, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, il-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, il-Kunsill Nazzjonali ta’ Tranżizzjoni Libjan, il-KSNU, l-AĠNU, il-UNHRC, il-Lega Għarbija u l-Unjoni Afrikana.</p>
</Section></Motion>