Dokument ta' sessjoni

 

14.9.2011                                                                                                                B7‑0519/2011

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

skont l-Artikolu 90(6) tar-Regoli ta' Proċedura

għal talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà, mat-Trattati, tal-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd bejn l-UE u l-Marokk

Andrew Duff, Raül Romeva i Rueda, Jan Philipp Albrecht, François Alfonsi, Pino Arlacchi, Catherine Bearder, Thijs Berman, Jean‑Paul Besset, Izaskun Bilbao Barandica, José Bové, Franziska Katharina Brantner, Frieda Brepoels, Nikolaos Chountis, Sergio Gaetano Cofferati, Tarja Cronberg, Chris Davies, Bairbre de Brún, Cornelis de Jong, Leonidas Donskis, Lena Ek, Jill Evans, Tanja Fajon, Göran Färm, Gerben-Jan Gerbrandy, Ana Gomes, Catherine Grèze, Anna Hedh, Sophia in 't Veld, Vincenzo Iovine, Anneli Jäätteenmäki, Oriol Junqueras Vies, Jelko Kacin, Franziska Keller, Nicole Kiil-Nielsen, Mojca Kleva, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Barbara Lochbihler, Isabella Lövin, Sarah Ludford, Olle Ludvigsson, Ulrike Lunacek, George Lyon, Arlene McCarthy, Edward McMillan-Scott, Willy Meyer, Guido Milana, Paul Murphy, Bill Newton Dunn, Norbert Neuser, Marit Paulsen, Miguel Portas, Phil Prendergast, Michèle Rivasi, Heide Rühle, Marietje Schaake, Carl Schlyter, Olle Schmidt, Helmut Scholz, Marco Scurria, Alyn Smith, Søren Bo Søndergaard, Francisco Sosa Wagner, Bart Staes, Catherine Stihler, Charles Tannock, Rui Tavares, Keith Taylor, Patrizia Toia, Ramon Tremosa i Balcells, Emilie Turunen, Michail Tremopoulos, Marita Ulvskog, Ivo Vajgl, Diana Wallis, Graham Watson, Åsa Westlund, Cecilia Wikström<<<

B7‑0519/2011

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew għal talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà, mat-Trattati, tal-Protokoll dwar il-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd bejn l-UE u l-Marokk

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 3(5) u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

 

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 218(6) u (11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

 

–   having regard to the proposal for a Council decision on the conclusion of a Protocol setting out the fishing opportunities and financial compensation provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Kingdom of Morocco and to the Council’s request for the consent of the European Parliamentwara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokku t-talba tal-Kunsill għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew

 

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 90(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

A. billi l-ewwel Protokoll dwar il-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk skada fit-28 ta' Frar 2011;

 

B. billi Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, ġie ffirmat fit-13 ta' Lulju 2011;

 

C. billi l-konklużjoni ta' Protokoll ġdid teħtieġ il-kunsens tal-Parlament Ewropew qabel ma l-Protokoll jista' jiġi adottat mill-Kunsill;

 

D. billi l-applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid testendi għall-ibħra lil hinn mill-kosta tas-Saħara tal-Punent, li ilhom fuq il-lista tat-Territorji li ma Jiggvernawx Lilhom Infushom mill-1963;

 

E. billi, sabiex ikunu konformi mal-liġi internazzjonali, l-attivitajiet ekonomiċi relatati mar-riżorsi naturali ta' Territorju li ma Jiggvernax Lilu Nnifsu għandhom isiru għall-benefiċċju tal-poplu ta' tali territorju, u skont ix-xewqat tagħhom; billi ma ntweriex kif il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni qed jintuża għall-benefiċċju tal-poplu tas-Saħara tal-Punent;

 

F. billi dawn l-obbligi jorbtu mhux biss lill-Marokk iżda lill-Unjoni wkoll bħala l-benefiċjarju ewlieni tal-Ftehim ta' Sħubija tas-Sajd u l-Protokoll tiegħu;

 

1.  Huwa tal-fehma li hemm inċertezza legali dwar jekk il-Protokoll il-ġdid huwiex konformi mal-liġi internazzjonali fir-rigward tal-interessi soċjo-ekonomiċi tat-Territorju li ma Jiggvernax Lilu Nnifsu fis-Saħara tal-Punent u l-isfruttament tar-riżorsi naturali tiegħu, u b'hekk jekk il-Protokoll il-ġdid huwiex kompatibbli mat-Trattati, f'dan ir-rigward;

 

2.  Jiddeċiedi li jfittex l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, mat-Trattati;

 

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal informazzjoni u biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jikseb tali opinjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja.