<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>27.9.2011</Date><Ref>B7-0525/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1934">Daniel Cohn-Bendit</Author>, <Author id="28161">Margrete Auken</Author>, <Author id="96737">Nicole Kiil-Nielsen</Author>, <Author id="4385">Hélène Flautre</Author>, <Author id="96662">Franziska Katharina Brantner</Author>, <Author id="96736">Jan Philipp Albrecht</Author>, <Author id="4550">Jill Evans</Author>, <Author id="28463">Frieda Brepoels</Author>, <Author id="96821">Rui Tavares</Author>, <Author id="96868">Karima Delli</Author>, <Author id="96639">Isabelle Durant</Author>, <Author id="96740">Yannick Jadot</Author>, <Author id="96909">Michail Tremopoulos</Author>, <Author id="28409">Raül Romeva i Rueda</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="96732">Malika Benarab-Attou</Author>, <Author id="96703">Emilie Turunen</Author>, <Author id="96745">Catherine Grèze</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.708v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0525/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina </span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani tat-12 ta' Marzu 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tat-8 ta' Diċembru 2009 u tat-13 ta' Diċembru 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani tat-23 ta' Settembru 2011 wara t-tressiq mill-President Abbass tal-applikazzjoni biex il-Palestina ssir Stat Membru tan-Nazzjonijiet Uniti, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-UE b'mod ripetut ikkonfermat l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta' żewġ stati bl-Istat tal-Iżrael u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, talbet li jerġgħu jibdew it-taħditiet diretti dwar il-paċi bejn l-Iżrael u l-Palestinjani, u ddikjarat li mhumiex se jiġu rikonoxxuti bidliet tal-fruntieri ta' qabel l-1967, anke fir-rigward ta' Ġerusalemm, ħlief dawk li diġà ntlaħaq ftehim dwarhom bejn il-partijiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-Awtorità Nazzjonali Palestinjana implimentat b'suċċess il-pjan tagħha ta' bini ta' stat "Il-Palestina: It-tmiem tal-okkupazzjoni, it-twaqqif tal-Istat"; billi l-Laqgħa tal-Kumitat ta' Kollegament Ad Hoc (AHLC) li saret fi Brussell fit-13 ta' April 2011 laqgħet il-valutazzjoni tal-Bank Dinji, il-FMI, u n-NU li l-Awtorità Palestinjana qabżet il-livell limitu ta' stat funzjonanti fis-setturi ewlenin li eżaminaw, u li l-istituzzjonijiet Palestinjani m'għandhom xejn inqas minn dawk fi stati stabbiliti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-proċċess li għaddej ta' okkupazzjoni u kolonizzazzjoni fix-Xatt tal-Punent qed jipperikola l-prospett tas-soluzzjoni ta' żewġ stati u wassal għas-sospensjoni tan-negozjati dwar il-paċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi Settembru tal-2011 ġie identifikat bħala l-iskadenza għall-konklużjoni ta' ftehim qafas mill-Kwartett,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi fid-Dikjarazzjoni ta' Berlin tal-1999, il-Kunsill iddikjara li se jirrikonoxxi l-Istat tal-Palestina fi żmien debitu; billi tenna fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2010 li huwa lest jirrikonoxxi, meta xieraq, Stat Palestinjan, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi fit-23 ta' Settembru 2011 il-President Abbas ressaq applikazzjoni Palestinjana għal sħubija sħiħa fin-NU fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta' 15-il membru, li tinħtieġ l-approvazzjoni tiegħu għas-sħubija fin-NU u għal rikonoxximent sħiħ tal-istatus ta' Stat, għandu jibda jiddiskuti fis-26 ta' Settembru dwar l-approvazzjoni ta' din l-applikazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi r-rebbiegħa Għarbija li nfirxet għall-Iżrael iżżid l-urġenza li tinkiseb paċi komprensiva fil-Lvant Nofsani li hija fl-interess fundamentali tal-partijiet, tal-popli kollha fir-reġjun u tal-komunità internazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-appoġġ għal-libertà, id-dinjità, ir-responsabbiltà u l-ġustizzja fir-reġjun għandu jinkludi l-appoġġ għall-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Palestinjan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-istabbiliment ta' Stat Palestinjan jgħin il-paċi u s-sigurtà internazzjonali u jippermetti li tinżamm is-soluzzjoni ta' żewġ stati u jwitti t-triq biex jerġgħu jinbdew in-negozjati dwar il-paċi skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tat-8 ta' Diċembru 2009 u tat-13 ta' Diċembru 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati, ibbażata fuq il-fruntieri tal-1967 u b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, bl-Istat tal-Iżrael u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà; għalhekk jappoġġja l-applikazzjoni mressqa mill-President Abbas lis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon fit-23 ta' Settembru 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu l-isforzi kollha sabiex tintlaħaq pożizzjoni komuni skont dikjarazzjonijiet preċedenti li jappoġġjaw ir-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina skont il-fruntieri tal-1967, anke fir-rigward ta' Ġerusalemm, u l-adeżjoni tiegħu bħala membru sħiħ tan-NU; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jirrikonoxxi u jilqa' s-suċċess tal-isforzi ta' bini tal-istat tal-President Palestinjan Mahmoud Abbas u tal-Prim Ministru Salam Fayyad, li ġew imħeġġa u appoġġjati bil-qawwa mill-UE u approvati minn diversi atturi internazzjonali, u jqis li dan huwa bażi soda u affidabbli tal-fatt li l-Palestina lesta biex issir stat sovran;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jitlob li jerġgħu jinbdew minnufih taħditiet diretti u serji dwar il-paċi, imsejsa fuq il-parametri rikonoxxuti internazzjonalment, inklużi l-fruntieri tal-1967, u kalendarju miftiehem bejn iż-żewġ partijiet, billi huwa biss ftehim negozjat bejn iż-żewġ naħat li jista' jwassal għall-paċi u s-sigurtà dejjiema għall-Iżraeljani u l-Palestinjani; ifakkar li l-insedjamenti huma illegali skont il-liġi internazzjonali u huma ostaklu għall-paċi, u għalhekk jitlob li jieqfu għalkollox l-attivitajiet marbuta mal-insedjamenti; jenfasizza li l-ebda bidla fil-fruntieri ta' qabel l-1967, anke fir-rigward ta' Ġerusalemm, għajr il-bidliet miftiehmin mill-partijiet, m'għandha tiġi aċċettata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jenfasizza li hekk kif l-Iżrael għandu jirrikonoxxi Stat Palestinjan abbażi tal-fruntieri tal-1967, hekk ukoll l-Istat il-ġdid għandu jadotta r-rikonoxximent tal-1993 mill-PLO tal-Istat tal-Iżrael abbażi tal-fruntieri tal-1967 u jiggarantixxi l-ħtiġijiet leġittimi tiegħu dwar is-sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tat-23 ta' Settembru 2011 tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani li jtenni l-appell urġenti tiegħu lill-partijiet biex jegħlbu l-ostakli attwali u jerġgħu jibdew negozjati bilaterali diretti bejn l-Iżrael u l-Palestinjani bl-iskop li jintlaħaq ftehim skont skeda ta' żmien iżda mhux aktar tard minn tmiem l-2012; iqis f'dan ir-rigward li l-approvazzjoni mill-partijiet kollha tal-obbligi tagħhom skont il-Pjan Direzzjonali u b'mod partikolari, waqfien komplet tal-attivitajiet marbuta mal-insedjamenti mill-Iżrael huwa pass indispensabbli biex jerġgħu jinbdew negozjati effikaċi u kredibbli dwar il-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-Mibgħut tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u l-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>