<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>5.10.2011</Date><Ref>B7-0532/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsijiet b’talba għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0440" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0440">B7-0440/2011</ANCHOR>, <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0621" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0621">B7-0621/2011</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0439" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0439">B7-0439/2011</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' Schengen</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="33982">Marian-Jean Marinescu</Author>, <Author id="97968">Andrey Kovatchev</Author>, <Author id="1892">Carlos Coelho</Author>, <Author id="28229">Manfred Weber</Author>, <Author id="28120">Simon Busuttil</Author>, <Author id="96824">Monica Luisa Macovei</Author>, <Author id="96848">Mariya Nedelcheva</Author>, <Author id="96702">Elena Oana Antonescu</Author>, <Author id="96900">Georgios Papanikolaou</Author>, <Author id="4412">Véronique Mathieu</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4519">Claude Moraes</Author>, <Author id="96859">Ioan Enciu</Author>, <Author id="38605">Iliana Malinova Iotova</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="39713">Renate Weber</Author>, Sophia in ‘t Veld, <Author id="28246">Alexander Alvaro</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author>, <Author id="4529">Sarah Ludford</Author>, <Author id="34249">Filiz Hakaeva Hyusmenova</Author>, <Author id="34235">Stanimir Ilchev</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="38613">Metin Kazak</Author>, <Author id="97086">Sonia Alfano</Author>, <Author id="4398">Gianni Vattimo</Author>, <Author id="28208">Nathalie Griesbeck</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28619">Tatjana Ždanoka</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96852">Cornelia Ernst</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2950"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.717v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0532/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' Schengen</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0254" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0254/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2011)0254</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Barranin tad-9 u l-10 ta’ Ġunju 2011, li sar fil-Lussemburgu<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> għad trid titlesta.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u s-25 ta' Ġunju 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> għad trid titlesta.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tad-29 ta' Settembru 2011 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-żona Schengen (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2011-000224" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2011-000224">O-000224/2011</ANCHOR> – B7 0440/2011, <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2011-000225" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2011-000225">O-000225/2011</ANCHOR> – B7 0621/2011, <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2011-000223" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2011-000223">O-000223/2011</ANCHOR> – B7 0439/2011),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-moviment ħieles tal-persuni huwa dritt fundamentali ggarantit liċ-ċittadini tal-UE mit-Trattati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-UE huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi r-Rumanija u l-Bulgarija ssodisfaw il-kriterji kollha sabiex jagħlqu b'suċċess il-proċess ta' valutazzjoni ta' Schengen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-preparazzjoni taż-żewġ pajjiżi sabiex jaderixxu ma' Schengen ġiet iċċertifikata mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 u mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi, matul il-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ġunju 2011, il-kapijiet tal-istat u tal-gvern qablu li d-deċiżjoni dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandha tittieħed mhux aktar tard minn Settembru 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi d-deċiżjoni dwar l-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija ġiet posposta minħabba li l-Kunsill naqas milli jagħmel votazzjoni waqt il-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Settembru 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jirrimarka li ż-żewġ pajjiżi t-tnejn irridisinjaw u rriorganizzaw mill-qiegħ s-sistemi tagħhom ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri billi investew kunsiderevolment fl-awtoritajiet tagħhom ta' infurzar tal-liġi, inkluż l-għoti ta' taħriġ u tal-aħħar teknoloġija, u saħħew b'mod viżibbli l-oqfsa istituzzjonali u legali tagħhom, fatt li huwa rikonoxxut fir-rapporti kollha ta' valutazzjoni ta' Schengen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jinnota l-appoġġ u s-solidarjetà kontinwi murija mill-Bulgarija u r-Rumanija bħala sħab affidabbli fix-Xlokk tal-Ewropa, flimkien mal-kontribut kontinwu tagħhom għas-sigurtà tal-fruntieri f'din il-parti tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jenfasizza li ż-żewġ pajjiżi implimentaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, li – skont it-Trattat ta' Adeżjoni tagħhom u l-qafas legali eżistenti tal-UE – huwa l-uniku prerekwiżit għall-adeżjoni tagħhom maż-żona ta' Schengen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jieħdu d-deċiżjoni u jkabbru ż-żona ta' Schengen sabiex tinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija abbażi tal-acquis u l-proċeduri ta' Schengen biss; jemmen li ma jistgħux jiġu imposti kriterji addizzjonali fuq Stati Membri li diġà jinsabu fil-proċess li jingħaqdu maż-żona ta' Schengen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Itenni l-appoġġ tal-Parlament biex iż-żona ta' Schengen titkabbar ħalli tinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija, u jistieden lill-Kunsill Ewropew jipproċedi skont it-Trattat tal-UE u jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex ir-Rumanija u l-Bulgarija jkunu jistgħu jaderixxu maż-żona Schengen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistieden lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom skont il-qafas legali tal-UE fir-rigward tal-kriterji tal-adeżjoni ta' Schengen, u biex ma jagħtux prijorità lill-populiżmu nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>