<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>11.10.2011</Date><Ref>B7-0534/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-tħejjija għal-laqgħa għall-Kunsill Ewropew (23 ta' Ottubru 2011)</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4342">Joseph Daul</Author>, <Author id="28167">Corien Wortmann-Kool</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE-DE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1911">Martin Schulz</Author>, <Author id="1407">Stephen Hughes</Author>, <Author id="4267">Udo Bullmann</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97058">Guy Verhofstadt</Author>, <Author id="97137">Sylvie Goulard</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28233">Rebecca Harms</Author>, <Author id="96648">Philippe Lamberts</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.719v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0534/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (it-23 ta' Ottubru 2011)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tat-28 ta' Settembru 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jemmen li l-Kunsill Ewropew li jmiss huwa ta' importanza kbira u jrid finalment u deċiżivament juri t-triq għall-futur; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden lill-President tal-Kummissjoni biex iressaq pjan komprensiv b' indikazzjoni direzzjonali ċara li tindika fażijiet distinti għall-implimentazzjoni tiegħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jinsisti li pjan bħal dan għandu jkun ibbażat totalment fuq il-metodu Komunitarju u jipprevedi l-użu ta' arranġamenti istituzzjonali eżistenti tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jenfasizza l-bżonn li pjan bħal dan ikollu skadenzi ċari sabiex jerġa' jġib il-fiduċja u juri t-triq għall-futur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Iqis li pjan bħal dan għandu jinkludi tal-anqas dawn l-elementi: </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  pjan tal-UE għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Ewropej,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  il-Komunitizzazzjoni tal-EFSF u l-ESM futur, u evalwazzjoni dwar jekk il-mezzi disponibbli u ppjanati humiex se jkunu biżżejjed sabiex irażżnu l-kriżi tad-dejn sovran; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  pjan Ewropew sinifikanti għat-tkabbir, l-investiment u l-impjiegi li jinkludi wkoll bonds tal-proġetti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  mezzi sabiex itejbu l-isforzi tal-Istati Membri biex jikkoordinaw u jarmonizzaw elementi tas-sistemi fiskali tagħhom, inklużi mizuri kontra l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  proposta għal mekkaniżmu aktar rapidu u qawwi li jippermetti lill-Kummissjoni tinforza l-<span font-style="italic">acquis</span> tas-Suq Uniku fl-Istati Membri,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  governanza ekonomika għaż-żona tal-euro ibbażata fuq il-metodu Komunitarju,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  proposti għall-ikkompletar tar-reviżjoni globali tar-regolament tas-suq finanzjarju sabiex tagħmel l-ekonomija tal-UE aktar flessibbli fi kriżijiet futuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.15pt">-  rapport dwar it-twaqqif ta' sistema komuni ta' ħruġ  ta' bonds sovrani Ewropej (ewrotitoli) abbażi ta' responsabilità <span font-style="italic">in solidum</span> qabel tmien l-2011. Dawn l-ewrotitoli jkollhom l-għan li jsaħħu d-dixxiplina fiskali u jqawwu l-istabilità fiż-żona tal-euro permezz tas-swieq, kif ukoll li, billi jisfruttaw iż-żieda fil-likwidità, jiżguraw li l-Istati Membri li jgawdu l-ogħla klassifikazzjonijiet ta' kreditu ma jkunux penalizzati b'rati ogħla tal-imgħax;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jenfasizza li l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà ta’ rendikont ta' pjan bħal dan u ta' kwalunke miżura relatata jeħtieġ li jkunu żgurati permezz tal-involviment tal-Parlament Ewropew, partikolarment fir-rigward tat-twaqqif ta' governanza ekonomika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Se jevalwa r-riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>