<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>19.10.2011</Date><Ref>B7-0537/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 90(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-tiftix ta' opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record tar-Reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan  </p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="28514">Kyriacos Triantaphyllides</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2950"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE►472.733►v►►</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0537/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tiftix ta' opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-paragrafi 6 u 11 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09825/2011),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-Reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Pasiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0492" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0492">COM(2010)0492</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 dwar SWIFT, il-Ftehim tal-PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 349.</p>
</footnote>, tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-evalwazzjoni tal-Ftehim tal-PNR bejn l-Awstralja u l-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 46.</p>
</footnote>, tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-illanċjar ta’ negozjati għal ftehimiet dwar ir-Reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 70.</p>
</footnote>, u tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0397" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0397/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2010)0397</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Pasiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 357, 30.12.2010, p. 7.</p>
</footnote> u tal-15 ta' Lulju 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-Reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Għadha ma ġietx ippubblikata f'<span font-style="italic">Il-Ġurnal Uffiċjali</span>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Opinjoni 7/2010 tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Artikolu 29, adottata fit-12 ta' Novembru 2010, dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti tad-data mir-recordtar-Reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 16 TFUE u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0000/2011),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 90(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-qafas legali Ewropew li jippermetti lill-kumpaniji tal-ajru Ewropej jittrasferixxu data tal-PNR tal-passiġġieri ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2008/651/PESK/ĠAI tat-30 ta' Ġunju 2008 dwar l-iffirmar ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-UE minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim");</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-Ftehim applika b'mod proviżorju mit-30 ta' Ġunju 2008, u dan fi 17-il Stat Membru biss tal-UE, peress li l-unanimità meħtieġa ma setgħetx tinkiseb fil-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-konklużjoni ta' ftehimiet tal-PNR ġodda tirrikjedi l-kunsens tal-Parlament Ewropew qabel ma jiġu finalment adottati mill-Kunsill;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-Kunsill talab lill-Parlament Ewropew għall-kunsens tiegħu dwar ftehim PNR ġdid mal-Awstralja fil-15 ta' Frar 2010;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi fil-5 ta' Mejju 2010 l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni biex tiġi posposta l-votazzjoni dwar din it-talba għal kunsens, u dan ittardja l-konklużjoni tal-Ftehim u wassal biex il-Kummissjoni u l-Awstralja jiftħu negozjati ġodda f'Jannar 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-Kummissjoni bdiet ftehim ġdid u, fid-19 ta' Mejju 2011, bagħtet rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jikkonkludi l-Ftehim, li l-Kunsill imbagħad iffirma fid-29 ta' Settembru 2011; billi fl-istess jum, il-Parlament Ewropew irċieva t-talba tal-Kunsill għall-approvazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-iskop ċar tal-Ftehim, kif iddikjarat fl-ewwel Artikolu tiegħu, huwa li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bi qbil magħhom data tal-PNR tkun tista' tiġi trasferita u użata, u kif id-data se tiġi protetta; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Huwa tal-fehma li hemm inċertezza legali dwar jekk l-abbozz tal-Ftehim huwiex konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, u għalhekk jekk huwiex kumpatibbli mat-Trattati f'dan ir-rigward; barra minn hekk, għandu dubji dwar l-għażla tal-bażi legali, jiġifieri l-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) TFUE (koperazzjoni tal-pulizija u koperazzjoni ġudizzjarja), u mhux l-Artikolu 16 TFUE (protezzjoni ta' data);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jiddeċiedi li jfittex opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità tal-Ftehim mat-Trattati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni u biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jikseb din l-opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja<span font-weight="bold">.</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>