<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>20.10.2011</Date><Ref>B7-0538/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija b'talba għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0633" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0633">B7&#8209;0633/2011</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0634" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0634">B7&#8209;0634/2011</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-theddida għas-saħħa pubblika tar-reżistenza antimikrobika</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2025">Françoise Grossetête</Author>, <Author id="2327">Linda McAvan</Author>, <Author id="97018">Theodoros Skylakakis</Author>, <Author id="23705">Miroslav Ouzký</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="28182">Kartika Tamara Liotard</Author>, <Author id="97196">Oreste Rossi</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2865"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.734v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0538/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-theddida għas-saħħa pubblika tar-reżistenza antimikrobika</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi, b'enfasi fuq is-saħħa tal-annimali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) "on the public health risks of bacterial strains producing extended-spectrum β-lactamases and/or AmpC β-lactamases in food and food-producing animals"(dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika tar-razez batteriċi responsabbli mill-produzzjoni ta' β-lattamażi u/jew β-lattamażi tat-tip AmpC ta' spettru wiesa' fl-ikel u fl-annimali li jipproduċu l-ikel) ippubblikata f'Awwissu 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar ir-reżistenza antimikrobika tat-18 ta' Novembru 2009 (SANCO/6876/2009r6),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Rapport Tekniku Konġunt taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ta' Settembru 2009 bit-titolu 'The bacterial challenge: time to react (L-isfida batterika: wasal iż-żmien li nirreaġixxu), appell biex jitqarreb id-distakk eżistenti bejn il-preżenza fl-UE ta' batterji reżistenti għal ħafna mediċini u l-iżvilupp ta' aġenti antibatteriċi ġodda,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2001 dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem (2002/77/KE) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-proposta għal din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (COM(2001)333 - C5-0411/2001 - <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COS-2001-2164" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COS-2001-2164">2001/2164(COS)</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2001 dwar Strateġija Komunitarja kontra r-reżistenza antimikrobika (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2001-0333" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2001-0333">COM(2001)0333</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-aġenti antimikrobiċi huma kapaċi jeqirdu jew jipprevjenu t-tkabbir tal-batterji, virus u mikrorganiżmi oħrajn (l-antibijotiċi huma aġenti mikrobiċi li jirreaġixxu biss kontra l-batterji) u għalhekk żvolġew rwol sinifikanti fit-titjib tas-saħħa pubblika billi għenu biex jitnaqqas in-numru ta' mwiet minħabba mard u infezzjonijiet li qabel ma setgħux jiġu kkurati jew kienu fatali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-użu tagħhom irriżulta f'ċerti mikrorganiżmi preċedentement sensittivi għal dawk l-aġenti antimikrobiċi li żviluppaw reżistenza, l-hekk imsejħa 'reżistenza antimikrobika';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi dan il-proċess naturali huwa aċċelerat bis-saħħa tal-użu eċċessiv u inkontrollat ta' dawn l-aġenti antimikrobiċi u b'hekk ikkompromettew is-suċċessi mediċi miksuba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi t-tnedija ta' kull antibijotiku ġdid kienet, u se tkun, segwita minn reżistenza fil-batterji fil-mira; billi ż-żamma ta' kapaċità effettiva għall-ġlieda kontra l-mard infettiv teħtieġ kemm l-iżvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda kif ukoll il-konservazzjoni mtejba tar-riżorsi antibijotiċi eżistenti, b'hekk tiġi enfasizzata l-prijorità li jiġi garantit li l-użu tal-antibijotiċi huwa kkontrollat u limitat b'mod effikaċi esklużivament għat-trattament neċessarju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-industrija farmaċewtika ilha madwar 40 sena (mill-Erbgħinijiet sas-Sebgħinijiet) tipprovdi fluss kostanti ta' antibijotiċi ġodda, ħafna minnhom b'mekkaniżmi ta' azzjoni ġodda li daru mal-problemi kkawżati mir-reżistenza għal aġenti preċedenti; billi minn dak iż-żmien huma biss ftit l-aġenti antimikrobiċi li ġew żviluppati u awtorizzati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi r-reżistenza antimikrobika hija problema importanti li baqgħet fil-biċċa l-kbira tagħha mhux solvuta u saret theddida għas-saħħa pubblika fl-Ewropa u fid-dinja, li ssarrfet fi trattamenti itwal u iktar ikkumplikati, tnaqqis tal-kwalità tal-ħajja, riskju ikbar ta' mewt (huma 25 000 il-pazjenti li jmutu kull sena fl-Unjoni Ewropea minħabba infezzjoni kkawżata minn mikrorganiżmi reżistenti), iżjed spejjeż fl-assistenza sanitarja u telf fil-produttività li jammonta għal tal-anqas EUR 1.5 biljun fis-sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi perċentwal għoli ta' infezzjonijiet nożokomjali huwa kkawżat minn batterji estremament reżistenti għall-iStaphylococcus aureus reżistenti għall-metiċillina (MRSA) u għas-C. difficile, li jirrappreżentaw riskju gravi għas-sikurezza tal-pazjenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi r-reżistenza antimikrobika tant saret kwistjoni kritika li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa adottatha bħala t-tema tal-Jum Dinji tas-Saħħa ta' din is-sena li jiġi mfakkar fis-7 ta' April u li l-Unjoni Ewropea ilha mill-2008 torganizza annwalment jum Ewropew tas-sensibilizzazzjoni dwar l-użu tajjeb tal-antibijotiċi fit-18 ta' Novembru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-użu inadegwat u irrazzjonali tal-mediċini antimikrobiċi joffri kundizzjonijiet favorevoli biex jinbtu, jinfirxu u jippersistu mikrorganiżmi reżistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi r-reżistenza antimikrobika fil-bnedmin sikwit hija kkawżata minn dożi inadegwati ta' antibijotiċi, minn kuri żbaljati u permezz tal-esponiment kontinwu tal-organiżmi patoġeni għall-aġenti antimikrobiċi fl-isptarijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi jeżistu rabtiet ċari bejn l-użu ta' antibijotiċi għal skopijiet veterinarji u l-iżvilupp tar-reżistenza fil-bniedem; billi minkejja l-projbizzjoni tal-użu ta' antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir, jidher li ma ġie rreġistrat l-ebda tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' antibijotiċi fis-settur veterinarju u dawn għadhom jintużaw sistematikament għal skopijiet ta' "profilassi" minħabba prattiki agrikoli insostenibbli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi t-trobbija tajba tal-annimali tnaqqas sal-minimu l-bżonn ta' antibijotiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi l-azzjoni kontra r-reżistenza għal aġenti antimikrobiċi fil-mediċini tal-bniedem ma tistax għaldaqstant ma tittiħidx flimkien ma' miżuri intiżi biex jiġġieldu r-reżistenza għal aġenti antimikrobiċi fil-mediċini veterinarji, fl-għalf u fil-koltivazzjoni ta' għelejjel; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N. billi l-EPRUMA<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">  European Platform for the Responsible Use of Medicines in Animals (Pjattaforma Ewropea għall-Użu Responsabbli tal-Mediċini fl-Annimali).</p>
</footnote> hija inizjattiva b'ħafna partijiet interessati intiża li tippromwovi l-użu responsabbli tal-mediċini veterinarji; billi l-kunċett ta' One Health ikopri kemm il-mediċini tal-bniedem kif ukoll dawk veterinarji u l-EPRUMA tirrikonoxxi l-aġenti antimikrobiċi bħala problema fl-ambitu ta' One Health,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">O. billi huwa ċar li r-reżistenza antimikrobika tikkostitwixxi fenomenu li għandu implikazzjonijiet transfruntieri u ma tistax tiġi eskluża l-eżistenza ta' sitwazzjonijiet estremi li wisq probabbli ma tkunx tista' tiġi ġestita bir-riżorsi u bl-għarfien attwali u jaf ikollhom riperkussjonijiet fuq livell mediku, soċjali u ekonomiku imprevedibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Josserva mħasseb li r-reżistenza antimikrobika hija theddida dejjem ikbar għas-saħħa pubblika fl-Ewropa u fid-dinja kollha, minkejja l-azzjonijiet meħuda f'livell Ewropew u internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jappella għal intensifikazzjoni ulterjuri tal-ġlieda kontra r-reżistenza għal aġenti antimikrobiċi fil-mediċini tal-bniedem, b'enfasi, f'dan l-ordni ta' prijorità li ġej, fuq:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.4pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  l-użu prudenti ta' aġenti antimikrobiċi kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali u jiġi garantit li jintużaw biss meta effettivament meħtieġa għal trattament reali tal-mard, bid-dożaġġ, l-intervalli tad-dożi u t-tul ta' żmien korretti,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.4pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  il-monitoraġġ u s-sorveljanza tar-reżistenza antimikrobika,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.4pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  il-bżonn ta' riċerka u ta' żvilupp ta' aġenti antimikrobiċi u alternattivi ġodda,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.4pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  ir-rabtiet mal-miżuri intiżi biex jiġġieldu r-reżistenza għal aġenti antimikrobiċi fil-mediċini veterinarji, fl-għalf u fil-koltivazzjoni ta' għelejjel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien qafas leġiżlattiv għal azzjoni kontra r-reżistenza antimikrobika, billi tippromwovi inizjattivi marbuta mal-'użu responsabbli' u ssostni t-tixrid ta' tali inizjattivi u l-informazzjoni dwarhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">L-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jerġa' jikkonferma li tinħtieġ azzjoni urġenti biex tevita żieda ulterjuri tal-mikrorganiżmi reżistenti, jew saħansitra treġġa' lura t-tendenza, billi tnaqqas l-użu bla bżonn u inadegwat tal-aġenti antimikrobiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jenfasizza li l-objettiv aħħari hu li l-aġenti antimikrobiċi jibqgħu jinżammu bħala strument effikaċi biex jiġi miġġieled il-mard, kemm fl-annimali kif ukoll fil-bnedmin, filwaqt li l-aġenti antimikrobiċi jintużaw biss meta verament ikun meħtieġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Josserva li r-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2001<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a href="http://ec.europa.eu/health/antimicrobial_resistance/docs/cswd_technicalannex_en.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Dokument ta' akkumpanjament tat-tieni rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2002/777/KE) dwar l-użu prudenti ta' aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem</span></a>. </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</footnote> u tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2010 identifika sensiela ta' nuqqasijiet u lakuni fil-promozzjoni tal-użu prudenti tar-reżistenza antimikrobika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Josserva li l-livell ta' aċċess għall-informazzjoni dwar ir-reżistenza antimikrobika u l-impatt fuq l-imġiba tal-konsum taċ-ċittadini għadu mhux uniformi fl-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-użu b'riċetta medika biss ta' antibijotiċi, billi l-perċentwal ta' antibijotiċi mibjugħ mingħajr riċetta medika fl-2008 wera differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Josserva f'dan ir-rigward li l-Ewropa hija dgħajfa daqs l-aktar ħolqa dgħajfa, għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pajjiżi b'livelli ta' reżistenza antimikrobika għolja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti intiżi li jnaqqsu konsiderevolment l-użu tal-antibijotiċi u jidentifikaw u jiddefinixxu l-prinċipji ġenerali u l-aħjar prattiki dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi li jkomplu jelaboraw fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2001 u tiggarantixxi li tali prinċipji u metodi huma implimentati kif suppost fl-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jirrikonoxxi li jeżistu ħafna prekunċetti żbaljati dwar l-antibijotiċi u l-effetti tagħhom, u li skont stħarriġ ikkummissjonat mill-Kummissjoni, 53 % tal-Ewropej għadhom jemmnu li l-antibijotiċi joqtlu l-virus u 47 % jemmnu li huma effikaċi kontra l-irjiħat u l-influwenza (Ewrobarometru Speċjali 338 dwar ir-Reżistenza Antimikrobika, April 2010);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jirrikonoxxi li n-nuqqas, min-naħa tal-pazjenti, ta' aderenza u ta' konformità mar-riċetti mediċi, bħal meta jonqsu milli jtemmu ċ-ċiklu tat-trattament jew ma jsegwux ir-rakkomandazzjonijiet dwar id-dożaġġ, jikkontribwixxi bil-bosta għar-reżistenza antimikrobika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-kwistjoni tal-użu inadegwat u l-bejgħ ta' aġenti antimikrobiċi b'riċetta medika jew mingħajrha tul il-katina, mit-tabib u l-ispiżjar sal-pazjent, f'termini ta' mġiba tal-atturi kollha involuti u timplimenta strateġija komprensiva fit-tul dwar is-sensibilizzazzjoni ta' dawn l-atturi kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jenfasizza l-fatt li biex jiġi garantit l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi, l-atturi rilevanti għandhom jagħtu attenzjoni lill-użu aħjar tal-antibijotiċi attwalment disponibbli, permezz ta' eżami bir-reqqa tad-dożaġġ, it-tul tat-trattament u l-kombinazzjoni ta' mediċini; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jilqa' favorevolment, għalhekk, il-jum Ewropew tas-sensibilizzazzjoni dwar l-użu tajjeb tal-antibijotiċi li jitfakkar kull sena fit-18 ta' Novembru, intiż biex jissensibilizza dwar it-theddida għas-saħħa pubblika tar-reżistenza antimikrobika u biex jappella għal iktar użu responsabbli tal-antibijotiċi permezz ta' azzjonijiet moltepliċi fl-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Il-monitoraġġ u s-sorveljanza tar-reżistenza antimikrobika</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Jenfasizza l-importanza ta' sistema ta' monitoraġġ u sorveljanza li taħdem sew biex tinġabar data affidabbli u kumparabbli dwar is-suxxettibilità tal-aġenti patoġeni għall-aġenti antimikrobiċi u l-infezzjonijiet ikkawżati minnhom, b'hekk tkun possibbli analiżi tat-tendenzi, twissijiet bikrin u monitoraġġ tal-firxa tar-reżistenza f'livell nazzjonali, reġjonali u Komunitarju u biex tinġabar data dwar il-preskrizzjoni ta' riċetti mediċi u l-użu ta' aġenti antimikrobiċi biex l-użu kumplessiv ikunu jista' jiġi monitorat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Jilqa' favorevolment, għalhekk, il-ħidma li bdiet tagħmel is-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tar-Reżistenza Antimikrobika (EARSS) is-Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi għal Użu Veterinarju (ESVAC) u llum imkomplija mill-ECDC, f'dak li huwa ġbir ta' data fuq skala tal-UE, ta' kwalità u kumparabbli dwar ir-reżistenza antimikrobika, filwaqt li jirrikonoxxi li bosta diffikultajiet għadhom jeżistu fir-rigward tal-aċċess għad-data u l-kwalità tad-data f'xi pajjiżi; jilqa' favorevolment ukoll il-ħidma mibdija mill-Proġett ta' Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi u llum imkomplija mill-ECDC f'dak li huwa ġbir ta' data fuq skala tal-UE, ta' kwalità u kumparabbli dwar il-konsum tal-antimikrobiċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">17. Jenfasizza l-importanza tad-dijanjostika fil-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika u jappella għal aktar investimenti f'dan il-qasam kif anki għal użu aktar effiċjenti u għal użu aħjar tal-istrumenti dijanjostiċi attwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">18. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-ECDC u lill-aġenziji tal-UE l-oħra rilevanti jaħdmu flimkien mingħajr dewmien biex jiġu żviluppati sistemi ta' monitoraġġ armonizzati u integrati għar-reżistenza antimikrobika u għall-użu antimikrobiku fl-Ewropa, inkluż rispons għat-twissijiet bikrin għall-mekkaniżmi u għar-razez ta' reżistenza ġdida;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"><span font-weight="bold">Il-bżonn ta' riċerka u ta' żvilupp ta' aġenti antimikrobiċi u alternattivi ġodda</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">19. Jirrikonoxxi d-distakk dejjem usa' bejn il-frekwenza tal-infezzjonijiet ikkawżati minn mikrorganiżmi reżistenti u t-tnaqqis fir-riċerka u fl-iżvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda qiegħed issa jhedded li jreġġa' s-settur tas-saħħa pubblika lura għall-era preantibijotika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">20. Iqis li t-tnaqqis fir-riċerka u fl-iżvilupp huwa r-riżultat ta' falliment tas-suq u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti, permezz ta' toroq regolamentari u tipi ta' miżuri oħrajn, biex toħloq jew ittejjeb l-inċentivi għall-industrija farmaċewtika biex tintensifika l-investimenti fir-riċerka u żvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda u f'alternattivi possibbli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">21. Ifakkar fil-bżonn ta' iżjed riċerka dwar aġenti antimikrobiċi ġodda kif ukoll dwar alternattivi possibbli fi ħdan il-Programmi Qafas tal-UE dwar ir-Riċerka u jħeġġeġ riċerka kollaborattiva f'livell tal-UE li twassal għal gwadann f'termini ta' effiċjenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">22. Josserva li n-nuqqas ta' dijanjożi rapida għen kemm l-użu eċċessiv ta' antibijotiċi kif ukoll biex jgħolli l-kostijiet tal-iżvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">23. Jirrikonoxxi l-bżonn ta' promozzjoni ta' miżuri kumplementari bħall-użu ta' vaċċini effikaċi għall-prevenzjoni tal-infezzjonijiet kif jinsabu fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-inċentivi innovattivi għall-antibijotiċi effikaċi tal-1 ta' Diċembru 2009;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Approċċ olistiku</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">24. Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-miżuri dwar ir-reżistenza antimikrobika u s-saħħa pubblika huma parti minn approċċ olistiku dwar ir-reżistenza antimikrobika u tirrikonoxxi r-rabtiet mal-miżuri intiżi biex jiġġieldu r-reżistenza għal aġenti antimikrobiċi fil-mediċini veterinarji, fl-għalf u fil-koltivazzjoni ta' għelejjel, partikolarment fir-rigward tar-riskju ta' trażmissjoni inkruċjata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">25. Jistieden lill-Kummissjoni tittratta n-nuqqas ta' informazzjoni fir-rigward tal-użu ta' antibijotiċi fuq skala tal-UE fil-mediċini veterinarji billi tiġbor data speċifika għall-ispeċijiet, ta' kwalità u kumparabbli għal kull Stat Membru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">26. Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi għall-allinjament u t-titjib tal-valutazzjoni tar-regolamentazzjoni ta' antibijotiċi ġodda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">27. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssostni l-EARSS u l-ESVAC f'dak li hu ġbir ta' data dwar l-użu ta' antibijotiċi bħala bażi għall-miżuri futuri biex ikun garantit użu responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">28. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi biex jeliminaw gradwalment l-użu profilattiku tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-annimali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">29. Jisħaq fuq il-fatt li s-settur tat-trobbija tal-annimali u tal-pixxikultura intensiva għandhom jikkonċentraw fuq il-prevenzjoni tal-mard permezz ta' iġjene, alloġġi u żooteknika tajbin, kif anki miżuri rigorużi ta' bijosigurtà, aktar milli jirrikorru għall-profilassi bl-antibijotiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">30. Jappella, b'mod partikolari, għall-istabbiliment ta' prattiki tajba għat-trobbija tal-annimali li jimminimizzaw ir-riskju għar-reżistenza antimikrobika; jenfasizza li dawn il-prattiki għandhom japplikaw b'mod partikolari għall-frieħ raggruppati minn diversi persuni li jrabbu l-bhejjem u għalhekk iżidu r-riskju ta' mard li jittieħed;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">31. Josserva li meta r-residwi farmaċewtiċi ma jintremewx b'mod korrett, jispiċċaw fil-passaġġi tal-ilma tagħna b'hekk iżidu l-esponiment mhux intenzjonali għal varjetà ta' sustanzi marbuta mar-reżistenza antibijotika; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi aktar riċerka dwar ir-riperkussjonijiet ta' esponiment fit-tul għar-residwi farmaċewtiċi mill-ilma u mill-ħamrija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">32. Jappella għal separazzjoni bejn l-ingredjenti attivi u l-mekkaniżmi ta' effett użati fil-mediċina tal-bniedem u f'dik veterinarja, sal-punt possibbli, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' reżistenza kontra l-antibijotiċi milli tiġi trasferita mill-annimali mrobbija għall-bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">33. Iqis li l-użu tal-hekk imsejħa antibijotiċi 'tal-aħħar istanza' li jimmiraw aġenti patoġeni umani għandu jiġi projbit fl-użu agrikolu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Kooperazzjoni internazzjonali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">34. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-operazzjoni mill-qrib tagħha mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku (OIE) u ma' partijiet u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn f'livell internazzjonali bil-għan li r-reżistenza antimikrobika tiġi ttrattata b'mod aktar effikaċi f'livell dinji; jilqa' f'dan il-kuntest l-istabbiliment tat-task force Transatlantika dwar ir-reżistenza antimikrobika urġenti (TATFAR);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">35. Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji rilevanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>