<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>9.11.2011</Date><Ref>B7-0577/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-Samit bejn l-UE u l-USA li se jsir fit-28 ta' Novembru 2011</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="23712">Jan Zahradil</Author>, <Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="4536">Martin Callanan</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="23695">Hynek Fajmon</Author>, <Author id="28323">Oldřich Vlasák</Author>, <Author id="28324">Milan Cabrnoch</Author>, <Author id="1318">James Nicholson</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="2037">Robert Sturdy</Author>, <Author id="4513">Geoffrey Van Orden</Author>, <Author id="23788">Adam Bielan</Author>, <Author id="96713">Evžen Tošenovský</Author>, <Author id="28320">Ivo Strejček</Author>, <Author id="4546">Struan Stevenson</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.788v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0577/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Samit bejn l-UE u l-USA li se jsir fit-28 ta' Novembru 2011</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Samits UE-USA u r-relazzjonijiet trans-Atlantiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti u r-rapporti ta' progress adottati fil-laqgħat preċedenti tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlatiku (TEC), inkluż il-5 TEC tas-17 ta' Diċembru 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Kooperazzjoni UE-USA fir-riċerka u l-iżvilupp fl-avjazzjoni ċivili,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">–</span><span font-weight="bold">   </span>wara li kkunsidra l-ftehim UE-USA dwar it-trasport bl-ajru ta’ Marzu 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">–</span>   wara li kkunsidra l-Qafas għall-Avvanz tal-Integrazzjoni Ekonomika Trans-Atlantika bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-USA hija pedament fundamentali tal-politiki esterni tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-UE u l-USA għandhom rwol strateġiku rigward l-isfidi ekonomiċi dinjija. ladarba l-Prodott Domestiku Gross (PDG) tagħhom jirrappreżenta aktar minn nofs il-PDG dinji u huwa mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku, il-kummerċ u l-prosperità tad-dinja, u għandhom relazzjoni ekonomika li hija l-akbar, l-aktar integrata u l-aktar dejjiema fid-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-esportazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi mill-UE lejn l-USA fl-2010 laħqet total ta’ EUR 411.6 biljuni, filwaqt li l-importazzjoni mill-USA laħqet EUR 300.5 biljuni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-UE u l-Istati Uniti għandhom interessi politiċi komuni u responsabbiltà konġunta fl-arena politika dinjija li jippromwovu l-paċi, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istabbiltà, kif ukoll li jindirizzaw diversi perikli u sfidi globali, bħalma huma, fost l-oħrajn, il-proliferazzjoni nukleari, it-terroriżmu, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija, u l-eradikazzjoni tal-faqar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E   billi l-kriżi ekonomika attwali u l-problemi fiskali tal-lum f’xi pajjiżi taż-Żona tal-Euro se jkollhom impatt serju sew fuq l-ekonomija tal-UE kif ukoll dik tal-USA, jekk ma jiġux trattati sewwa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi erbgħa mill-Istati Membri tal-UE għadhom soġġetti għal reġim tal-viża restrittiv tal-USA; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku (TEC) għandu rwol importanti biex jissorvelja u jaċċelera l-kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-USA bil-għan li jġib ‘il quddiem l-integrazzjoni ekonomika; billi r-rwol attwali tat-TEC għandu jissaħħaħ, speċjalment rigward il-promozzjoni tal-konverġenza ta’ standards tekniċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Itenni li r-relazzjoni bejn l-UE u l-USA hija l-aktar sħubija strateġika importanti għall-UE u jinsisti fuq l-importanza li nintensifikaw id-djalogu, il-kooperazzjoni u l-koordinament strateġiċi aħna u nindirizzaw l-isfidi dinjija u l-kunflitti reġjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jenfasizza l-importanza tan-NATO bħala l-bażi fundamentali tas-sigurtà Trans-Atlantika; jitlob aktar kooperazzjoni strateġika bejn l-USA u l-Istati Membri tal-UE sabiex nindirizzaw sfidi tas-sigurtà dinjija; jilqa’ r-rwol li kellhom il-forzi tan-NATO biex fil-Libja seħħew tibdiliet demokratiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jerġa’ jistieden liż-żewġ partijiet jippromwovu r-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja bħala element prinċipali tal-politika tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jistieden lill-UE u lill-USA jsaħħu l-kooperazzjoni quddiem sfidi dinjija komuni, b’mod partikolari fir-rigward tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sigurtà tal-enerġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jilqa’ l-pożizzjoni tal-USA rigward l-applikazzjoni Palestinjana fin-NU; jistieden lill-USA u l-UE jissuktaw bl-impenn sħiħ tagħhom fil-ħidma tal-Kwartett biex il-Palestinjani u l-Iżraeljani jġibuhom madwar il-mejda tan-negozjati, għaliex huma biss it-taħditiet bilaterali li jistgħu jipproduċu riżultati tanġibbli u jġibu l-paċi fir-reġjun, bil-mira ta’ soluzzjoni ta’ żewġ stati bi stat Palestinjan indipendenti u vijabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Itenni l-importanza li ż-żewġ sħab jippromwovu, fi spirtu ta’ fiduċja u trasparenza, approċċi koordinati fil-politiki tagħhom fir-rigward tal-Iran, l-Iraq, l-Afganistan u l-Pakistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-UE u l-USA jaħdmu fuq approċċ komuni għat-tibdiliet li qed iseħħu fl-Afrika ta’ Fuq u jikkoordinaw is-sostenn tagħhom għall-forzi demokratiċi f’pajjiżi bħat-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu ħalli jgħinuhom jiżviluppaw il-pajjiżi rispettivi tagħhom f’demokraziji awtentiċi u qawwija; f’dan ir-rigward, jistieden liż-żewġ sħab jaħdmu flimkien u jagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet fis-Sirja u fil-Baħrejn ħalli dawn itemmu l-attivitajiet ta’ fastidju u brutalità kontra ċ-ċittadini tagħhom stess u jimplimentaw riformi demokratiċi li jippermettu l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-għaqda u l-protezzjoni tad-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  iħeġġeġ lill-USA tneħħi r-reġim tal-viża għall-Istati Membri li għadhom soġġetti għalih u tittratta liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea ndaqs abbażi ta’ reċiproċità sħiħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lill-UE u l-USA jkomplu d-djalogu onest li nbeda fis-Samit tal-G20 f’Cannes fuq l-identifikazzjoni ta’ modi kif tista’ tiġi solvuta l-kriżi tad-dejn taż-Żona tal-Euro, li sawret theddida għall-ekonomija dinjija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. jilqa’ l-ftehim dwar il-promozzjoni u l-użu tas-sistemi tan-navigazzjoni bis-satelliti GALILEO u GPS, li l-Parlament Ewropew dan l-aħħar esprima l-kunsens tiegħu għalihom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jilqa’ l-konklużjoni tan-negozjati dwar it-tieni stadju tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-USA, li fih għadd ta’ inċentivi biex jinkoraġġixxu tibdiliet leġiżlattivi fl-USA, li – meta jkunu implimentati – se jippermettu li ż-żewġ naħat jiftħu Żona tal-Avjazzjoni Miftuħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jilqa’ l-ewwel testijiet li rnexxew ta’ risposti trans-Atlantiċi għall-inċidenti ċibernetiċi, inklużi l-attakki ċibernetiċi, li saru fl-4 ta’ Novembru 2011 fi Brussell; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Ifaħħar ir-rwol pożittiv tat-TEC, li sal-lum tlaqqa’ ħames darbiet; huwa konvint li t-TEC jista’ jkollu rwol importanti fit-trawwim ta’ approċċ komuni bejn l-UE u l-USA fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom ma’ pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jinnota li l-impenji meħuda fis-Samit tat-TEC tal-2010 fuq kwsitjonijiet bħalma huma n-negozjanti awtorizzati, il-materja prima u l-prinċipji tal-kummerċ fis-servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), iżda jqis li għandha ssir analiżi eżawrjenti biex tivvaluta l-progress li sar; jissottolinja li għandu jiġi intensifikat ix-xogħol komuni f’xi oqsma, b’mod partikolari d-djalogu regolatorju, l-eliminazzjoni tat-tariffi, it-tneħħija tal-ostakli mhux tariffarji li mhumiex ġustifikati (NTBs), u l-ħolqien ta’ standards komuni li jwarrbu l-ostakli tekniċi għall-kummerċ miftuħ u ġust; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Jifraħ lill-UE u l-USA għas-sħubija tagħhom fil-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) flimkien ma' pajjiżi industrijalizzati, emerġenti u li qed jiżviluppaw li ngħaqdu fil-livell internazzjonali biex jiġġieldu kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija tal-prodotti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Ifakkar fil-proposta tiegħu għal Inizjattiva Trans-Atlantika għat-Tkabbir u l-Imjiegi, u jqis li din għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fis-samit, bil-għan tal-istabbiliment ta’ linji gwida li għandhom jiġu segwiti fix-xhur li ġejjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">17. Ifakkar l-importanza tal-investimenti barranin diretti fi ħdan ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi u l-ħtieġa li jinħoloq ambjent stabbli u attraenti għall-investituri, li jikkontribwixxi għaċ-ċertezza tal-investimenti, għat-tkabbir u għall-impjiegi fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">18. Huwa konvint li l-kummerċ bejn l-UE u l-USA għandu ħafna potenzjal għal aktar tkabbir ekonomiku; f’dan ir-rigward liż-żewġ naħat iħeġġiġhom jidħlu fi djalogu dwar it-tnaqqis ta’ ostakli mhux tariffarji li mhumiex ġustifikati (NTB); ifakkar li t-tneħħija ta’ nofs l-NTBs u d-diverġenzi regolatorji eżistenti tissarraf f’qabża ta’ EUR 163 biljun fil-PDG, sal-2018, fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvern tal-USA jikkommettu ruħhom, sew f’fora bilaterali kif ukoll f’dawk multilaterali, għall-ġlieda kontra x-xejra dinjija lejn il-protezzjoniżmu; jitlob li l-UE u l-USA jimplimentaw mekkanżimu ta' twissija bikrija għall-individwazzjoni u d-deterrent tal-protezzjoniżmu fir-relazzjonijiet bilaterali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">20. Jilqa’ l-konklużjoni ta’ kontroversji li ilhom għaddejjin fid-WTO (eż. Memorandum ta’ Ftehim dwar iċ-ċanga ta’ kwalità għolja), imma huwa determinat li jitlob lill-USA timplimenta r-rapporti tal-panels u d-deċiżjonijiet pendenti tad-WTO u twarrab l-ostakli għall-kummerċ; iħeġġeġ li l-USA. b’mod partikolari, terġa’ taħsibha dwar l-obbligazzjoni ta’ 100% skennjar tal-kontejners, tottempera ruħha mad-deċiżjoni tal-Korp tal-Appelli tad-WTO dwar il-prattika tal-iżżerar meta tadotta miżuri anti-dumping, ittejjeb serjament il-protezzjoni inadegwata tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (GIs), timplimenta bis-sħiħ r-rakkomandazzjonijiet tal-OIE (l-Organizzazzjoni Dinjija għa-Saħħa tal-Annimali) rigward il-BSE (enkefalopatija sponġiformi bovina) u tippermetti l-importazzjoni tal-prodotti taċ-ċanga kollha li joriġinaw fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">21. Jenfasizza l-bżonn li r-Rawnd ta’ Żvilupp ta’ Doha jiġi konkluż fil-ġejjieni qarib; iqis, madankollu, minħabba l-imblokk persistenti fl-arkitettura u fl-objettivi oriġinali fl-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp, li huwa obbligatorju li jerġa’ jissokta mill-aktar fis id-dibattitu dwar kif tista' tissaħħaħ id-WTO u kif tista' titħejja għall-isfidi tal-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">22. Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet fit-TEC biex jistimulaa il-kooperazzjoni bilaterali fir-riċerka biex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-Ftehim UE-USA estiż dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija u għall-iżvilupp ta’ kooperazzjoni favur diversifikazzjoni tal-enerġija u l-promozzjoni ta’ ekonomija ekoeffiċjenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika, lill-kopresidenti tad-Djalogu bejn il-Leġiżlaturi Trans-Atlantiċi u lill-kopresidenti u s-segretarjat tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku.</p>
</Section></Motion>