<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>14.11.2011</Date><Ref>B7-0588/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-projbizzjoni tal-munizzjonijiet tat-tferrix</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97017">Ulrike Lunacek</Author>, <Author id="96739">Reinhard Bütikofer</Author>, <Author id="107973">Tarja Cronberg</Author>, <Author id="96728">Barbara Lochbihler</Author>, <Author id="28409">Raül Romeva i Rueda</Author>, <Author id="28139">Carl Schlyter</Author>, <Author id="102931">Keith Taylor</Author>, <Author id="96732">Malika Benarab-Attou</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.800v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0588/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni tal-munizzjonijiet tat-tferrix</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix (Convention on Cluster Munitions, CCM), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2010, approvata minn 111-il stat fit-8 ta' Novembru 2011 (108 firmatarji, fosthom 3 Stati Membri tal-UE, 63 ratifikazzjoni, fosthom 19-il Stat Membru tal-UE u 3 adeżjonijiet),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar Projbizzjonijiet u Restrizzjonijiet fuq l-Użu ta' Ċerti Armi Konvenzjonali li jistgħu jitqiesu li huma ta' Ħsara Eċċessiva jew li għandhom Effetti Indiskriminati (CCW), li daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Diċembru 1983, u wara li kkunsidra l-emendi u l-protokolli addizzjonali (I-V), u l-fatt li fit-8 ta’ Novembru 2011, 50 Stat iffirmaw il-Konvenzjoni filwaqt li 114-il Stat kienu Stati Partijiet tagħha, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix tas-26 ta’ Awwissu 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-tip Cluster<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 61.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2010 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar Munizzjonijiet tat-Tferrix(CCM) u r-rwol tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0285" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0285/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2010)0285</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0061" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0061/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2010)0061</ANCHOR>.</p>
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-iżvilupp tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0228" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0228/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2011)0228</ANCHOR>.</p>
</footnote> u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-Progress rigward il-Ġlieda Kontra l-Mini<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0339" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0339/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2011)0339</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-munizzjonijiet tat-tferrix jippreżentaw riskji serji għaċ-ċivili, minħabba li tipikament jinfirxu letalment fuq medda ta’ art kbira, u billi fil-kuntesti ta' wara l-kunflitti l-użu ta' dawn il-munizzjonijiet ikkawża bosta korrimenti u mwiet traġiċi fost iċ-ċivili, ladarba s-sottomunizzjonijiet mhux sploduti li jitħallew spiss isibuhom it-tfal u nies innoċenti oħra li ma jkunux konxji mill-periklu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-appoġġ tal-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, ta’ inizjattivi parlamentari u ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kien deċiżiv biex ġie konkluż b'suċċess il-"Proċess ta' Oslo" li rriżulta fil-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix (CCM); billi s-CCM illum għandha 66 Stat Parti, fosthom 17-il Stat Membru tal-UE u 5 pajjiżi fi triqithom lejn l-adeżjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi s-CCM tipprojbixxi l-użu, l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-akkwist b’xi mod ieġor, il-ħżin, iż-żamma jew it-trasferiment lil kwalunkwe persuna, direttament jew indirettament, u l-assistenza, inkoraġġiment jew il-provokazzjoni lil xi persuna biex twettaq xi attività pprojbita lil Stat Parti skont il-Konvenzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi s-CCM tiddefinixxi l-vittmi tal-munizzjonijiet tat-tferrix bħala l-persuni kollha li nqatlu jew ġarrbu korrimenti fiżiċi jew psikoloġiċi, danni ekonomiċi, marġinalizzazzjoni soċjali jew tnaqqis sostanzjali fil-ħila li jgawdu d-drittijiet tagħhom minħabba l-użu ta' munizzjonijiet tat-tferrix fosthom dawk il-persuni milquta direttament mill-munizzjonijiet tat-tferrix kif ukoll il-familji u l-komunitajiet affettwati tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi s-CCM tiddefinixxi l-munizzjonijiet tat-tferrix bħala munizzjonijiet maħsuba biex iferrxu jew jirrilaxxaw sottomunizzjonijiet splussivi, li kull wieħed minnhom jiżen anqas minn 20 kilogramma; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi s-CCM tesiġi li jinqerdu l-munizzjonijiet tat-tferrix kollha malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni għal dak l-Istat Parti u li Stat Parti jista’, f’ċirkostanzi speċjali, jitlob li jingħata estensjonijiet addizzjonali sa erba' snin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi s-CCM tistabbilixxi standard umanitarju ġdid għall-assistenza tal-vittmi, fosthom dawk il-persuni milquta direttament mill-munizzjonijiet tat-tferrix kif ukoll il-familji u l-komunitajiet affettwati tagħhom;   </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H.  billi fil-kuntest tas-CCW l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix jipprojbixxi biss l-użu, l-akkwist, il-ħżin u ż-żamma ta’ munizzjonijiet tat-tferrix magħmula qabel l-1 ta’ Jannar 1980 u wara perjodu ta’ differiment li jista’ jdum sa 12-il sena, jipprojbixxi xi munizzjonijiet tat-tferrix oħra magħmula wara l-1 ta’ Jannar 1980, iżda b’eċċezzjoni ta’ dawk il-munizzjonijiet tat-tferrix li għandhom mill-inqas waħda mis-salvagwardji li ġejjin: (a) mekkaniżmu ta’ awtodestruzzjoni jew awtonewtralizzazzjoni; (b) element ta’ awtodeattivazzjoni; jew (c) żewġ mekkaniżmi ta’ inizzjazzjoni jew aktar, li mill-inqas wieħed minnhom jiffunzjona bħala mekkaniżmu ta’ awtodestruzzjoni; billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-munizzjonijiet tat-tferrix jipprovdi wkoll eċċezzjoni għal kwalunkwe munizzjon tat-tferrix li jinkorpora mekkaniżmu jew disinn li, wara li jinfirex, jirriżulta f’mhux aktar minn 1% munizzjon mhux splodut fil-firxa kollha ta’ ambjenti operattivi intenzjonati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-munizzjonijiet tat-tferrix b’mekkaniżmu ta’ salvagwardja wieħed biss urew li mhumiex affidabbli għax iħallu għadd kbir ta’ sottomunizzjonijiet mhux sploduti fl-art u kkawżaw diversi mwiet fis-snin riċenti;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix ma jipprovdix standard tekniku li jeżisti qbil dwaru li hu trasparenti u li jista’ jiġi verifikat dwar ir-rati tal-fallimenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi kważi l-Munizzjonijiet tat-Tferrix kollha li ntużaw f’kunflitti riċenti u li wrew li kellhom impatt umanitarju qawwi fuq popolazzjonijiet ċivili, mhumiex ipprojbiti taħt l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix mhuwiex kompatibbli u mhuwiex kumplimentari mas-CCM; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix jistipula obbligazzjonijiet li huma aktar dgħajfa minn xi politiki nazzjonali adottati diġà; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N. billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix jista’ jwassal għal żieda fl-użu ta’ Munizzjonijiet tat-Tferrix li huma magħrufa li jikkawżaw ħsara inaċċettabbli liċ-ċivili billi jipprovdi qafas legali speċifiku internazzjonali għal dan it-tip ta’ użu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">O. billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix se joħloq preċedent perikoluż għad-Dritt Umanitarju Internazzjonali billi joħloq sitwazzjoni bla preċedent bi standard internazzjonali aktar baxx adottat wara li l-maġġoranza tan-nazzjonijiet tad-dinja qablu dwar standard ogħla, meta d-Dritt Umanitarju Internazzjonali għandu jkun kumulattiv u joffri protezzjoni dejjem akbar liċ-ċivili; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">P.  billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI)  dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix jista’ jagħmel ħsara lill-kredibilità u r-reputazzjoni tas-CCW billi joħloq liġi umanitarja alternattiva u regola aktar dgħajfa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">Q. billi hemm dubji serji dwar il-konsistenza, u anke l-legalità ta’ Stati Partijiet tas-CCM li jipparteċipaw f’dawn in-negozjati li għandhom l-għan li jkattru l-użu ta' munizzjonijiet tat-tferrix, filwaqt li s-CCM tesiġi l-iskoraġġiment ta' kull tip ta' użu ta' munizzjonijiet tat-tferrix u tinkoraġġixxi l-adeżjoni għas-CCM;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">R.  billi l-Abbozz ta’ Protokoll (VI) dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix jista’ jfixkel l-isforzi għall-kisba ta’ aderenza universali mas-CCM; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE biex la jadottaw, la japprovaw u lanqas sussegwentement jirratifikaw kwalunkwe protokoll għall-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali (CCW) li jippermetti l-użu ta' munizzjonijiet tat-tferrix li huma pprojbiti mis-CCM, u jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE jaġixxu kif xieraq fir-Raba’ Konferenza ta’ Rieżami tas-CCW, li għandha ssir mill-14 sal-25 ta’ Novembru 2011 f’Ġinevra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati tal-UE li mhumiex Parti fil-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix biex jaderixxu b’urġenza mas-CCM, u jistieden lill-Istati firmatarji tas-CCM jirratifikawha malajr kemm jista' jkun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE li għadhom ma ngħaqdux mas-CCM iżda li jixtiequ jnaqqsu l-impatt umanitarju tal-munizzjonijiet tat-tferrix, biex jieħdu miżuri nazzjonali b'saħħithom u trasparenti sakemm isseħħ l-adeżjoni, fosthom l-adozzjoni ta’ moratorju dwar l-użu, il-produzzjoni u t-trasferiment ta’ munizzjonijiet tat-tferrix u biex, b'urġenza, jibdew jeqirdu l-ħażniet ta’ munizzjonijiet tat-tferrix;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE firmatarji tas-CCM biex jieħdu kull opportunità biex iħeġġu Stati li mhumiex parti fis-CCM jaderixxu mal-Konvenzjoni malajr kemm jista' jkun, inkluż permezz ta' laqgħat bilaterali, djalogu bejn is-servizzi militari u fora multilaterali, u biex, skont l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 21 tas-CCM, jagħmlu ħilithom kollha ħalli jiskoraġġixxu lil Stati mhux parti fil-Konvenzjoni milli jużaw munizzjonijiet tat-tferrix;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Iħeġġeġ lill-Istati kollha jieħdu sehem fil-laqgħat intersessjonali tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet tat-Tferrix f’Ġinevra mis-16 sad-19 ta’ April 2012 u fit-Tielet Laqgħa tal-Istati Partijiet, li se ssir f’Oslo mill-10 sal-14 ta’ Settembru 2012; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jwettqu miżuri ħalli jibdew jimplimentaw il-Konvenzjoni inkluż billi jeqirdu l-ħażniet, iwettqu tindif u jipprovdu għajnuna lill-vittmi, u biex jikkontribwixxu għall-finanzjament jew għal forom differenti ta' assistenza lil Stati oħrajn li jixtiequ jimplimentaw il-Konvenzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinkludu l-projbizzjoni tal-munizzjonijiet tat-tferrix bħala klawsola standard fi ftehimiet ma' pajjiżi terzi, flimkien mal-klawsola standard dwar in-nonproliferazzjoni ta' armi għall-qerda tal-massa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex il-ġlieda kontra l-munizzjonijiet ta' tferrix issir parti integrali mill-programmi Komunitarji ta' għajnuna esterna u biex jappoġġaw lil pajjiżi terzi fil-qerda tal-ħażniet u fl-għoti ta' assistenza umanitarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwettqu miżuri ħalli jipprevjenu lill-pajjiżi terzi milli jipprovdu munizzjonijiet tat-tferrix lil atturi mhux statali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jkunu trasparenti dwar l-isforzi li jagħmlu b'reazzjoni għal din ir-riżoluzzjoni u biex jirrappurtaw pubblikament dwar l-attivitajiet tagħhom skont il-Konvenzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi kandidati, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Koalizzjoni kontra l-Munizzjonijiet tat-Tferrix.</p>
</Section></Motion>